Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1578/2000 tad-19 ta’ Lulju 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fil-Komunità fuq il-forza tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-ispeċifikazzjoni tal-modulu ad hoc ta’ l-2001 dwar it-tul u l-mudelli tal-ħinijiet tax-xogħol
Official Journal L 181 , 20/07/2000 P. 0039 - 0041
CS.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
ET.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
HU.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
LT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
LV.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
MT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
PL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
SK.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
SL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 22 - 24
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1578/2000 tad-19 ta’ Lulju 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fil-Komunità fuq il-forza tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-ispeċifikazzjoni tal-modulu ad hoc ta’ l-2001 dwar it-tul u l-mudelli tal-ħinijiet tax-xogħol IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 [1] tad-9 ta’ Marzu 1998, dwar stħarriġ kampjun fil-Komunità dwar il-forza tax-xogħol, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 [2] u partikolarment l-Artikolu 4(2) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98 il-lista ddettaljata ta’ informazzjoni li għandha tinġabar f'modulu ad hoc għandha tiġi mfassla mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza għal dak il-modulu. (2) Sabiex tiġi ssorveljata l-applikazzjoni tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Impjiegi, il-Kummissjoni teħtieġ statistiki strutturali dwar l-arranġamenti dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli u t-tipi ta’ kuntratti ta’ xogħol. (3) Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [3], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-lista ddettaljata ta’ informazzjoni li għandha tinġabar fil-modulu ad hoc għas-sena 2001 hija mniżżla fl-Anness tar-Regolament preżenti. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 77, ta’ l-14.3.1998, p. 3. [2] Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. -------------------------------------------------- L-ANNESS STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL Speċifikazzjoni tal-modulu ad hoc 2001 dwar it-Tul u l-mudelli ta’ ħinijiet tax-xogħol 1. L-Istati Membri u r-reġjuni milquta: kollha 2. L-informazzjoni tinġabar biss għax-xogħol ewlieni 3. Il-fatturi varjabbli għandhom jiġu kkodifikati kif ġej: Kolonna | Kodiċi | Deskrizzjoni | Filtri / rimarki | 209 | | Jiddetermina l-metodi tax-xogħol u l-iskema tiegħu stess (mhux obbligatorja għal Ġermanja) | V26 ≠ 4, 9, vojta | 1 | Jiddetermina l-metodi tax-xogħol u l-iskeda tiegħu stess | 0 | Relazzjoni subordinarja | 210 | | Xogħol għal ditta waħda jew xerrej wieħed (mhux obbligatorja għal Ġermanja) | V26 ≠ 4, 9, vojta | 1 | Jaħdem regolari għal ditta waħda jew xerrej wieħed | 0 | Jaħdem regolari għal > minn ditta waħda jew xerrej wieħed | 211 | | Tmiem tal-kuntratt (mhux obbligatorja għal Ġermanja) | V26 ≠ 4, 9, vojta | 1 | It-taqsima tal-produttur tintemm meta l-prodott jew is-servizzi jiġu pprovduti | 0 | It-taqsima tal-produttur tkompli teżisti | 212-213 | | Sigħat ta’ sahra fil-ġimgħa ta’ referenza | V26 = 3 | … | Numru ta’ sigħat | 214-215 | | Sigħat ta’ sahra mħallsa fil-ġimgħa ta’ referenza | V214–215 < 212– 213 | | Numru ta’ sigħat ta’ sahra mħallsa | 204 | | Xogħol bix-xift | V26 = 3 | 1 | Persuna li tagħmel xogħol bix-xift | 3 | Persuna li ma tagħmilx xogħol bix-xift | 216 | | Mudell tax-xogħol bix-xift | V204 = 1 | 1 | Xogħol bix-xift kontinwu, normalment sistema ta’ tliet xiftijiet | 2 | Xogħol bix-xift kważi kontinwu, normalment sistema ta’ tliet xiftijiet | 3 | Sistema ta’ żewġ xiftijiet: ġurnata ta’ xift doppju | 4 | Xift xi drabi ta’ bil-lejl, xi drabi ta’ bin-nhar | 5 | Xogħol fiss għal xift partikolari | 6 | Xift ta’ tip ieħor | 217 | | Ħinijiet varjati ta’ xogħol | V26 = 3 | 1 | Bidu u tmiem fiss ta’ ġurnata xogħol | 2 | Kuntratt ta’ sigħat ta’ kull sena | 3 | Ħinijiet ta’ xogħol bankarji | 4 | Ħinijiet ta’ xogħol skond ftehim bejn żewġ naħat | 5 | Jiddetermina l-iskeda tax-xogħol tiegħu stess (m'hemmx limiti formali) | 6 | Oħrajn | 218 | | Kumpens għal sigħat ikkreditati | V217 = 3 | 1 | Jista’ juża sigħat ikkreditati biex jieħu ġranet sħaħ jew ġimgħat franki (ħlief biex jieħu sigħat franki) | 0 | Ma jistax juża sigħat ikkreditati biex jieħu ġranet sħaħ jew ġimgħat franki | 219 | | Kuntratti minimi-massimi, xogħol bis-sejħa jew kuntratti bla sigħat (mhux obbligatorju għal Ġermanja) | V26 = 3 | 1 | Numru minimu ta’ sigħat hu miftiehem permezz ta’ kuntratt iżda in-numru ta’ sigħat attwalment maħduma jistgħu jiskorru dan il-minimu u ma humiex imħallsin bir-rata tas-sahra | 2 | jirrapporta għax-xogħol biss meta hu msejjaħ | 0 | oħrajn | 220 | | Raġunijiet għal xogħol bix-xift | V204 = 1 | 1 | Ix-xogħol bix-xift kien it-tip ta’ xogħol li l-persuna kienet qed tfittex (inizjativa personali) | 2 | Ix-xogħol bix-xift ma kienx it-tip ta’ xogħol li l-persuna kienet qiegħda tfittex iżda l-ebda xogħol simili bla xift ma kien disponibbli (simili ma’ dan ix-xogħol jew ma’ din l-industrija) | 221 | | Raġuni għalfejn wieħed jaħdem b'dan l-arranġament ta’ ħinijiet ta’ xogħol (mhux obbligatorju għal Germanja) | V217 = 2, 3 jew V219 = 1, 2 | 1 | Dawn l-arranġamenti ta’ ħinijiet ta’ xogħol kienu it-tip ta’ xogħol li l-persuna kienet qiegħda tfittex (inizjativa personali) | 2 | Dawn l-arraġamenti ta’ ħinijiet ta’ xogħol ma kenux it-tip ta’ xogħol li l-persuna kienet qiegħda tfittex iżda l-ebda xogħol simili ma kien disponibbli b'arranġamenti ta’ ħinijiet ta’ xogħol ordinarji (simili ma’ dan ix-xogħol fl-industrija) | 9 | Ma japplikax | V209, V221 | "vojta" | M'hemmx risposta | 4. Il-fatturi varjabbli dwar xogħol filgħaxija, xogħol bil-lejl, xogħol is-Sibtijiet u l-Ħdud li jidhru bħala l-kolonni 205 sa 208 fl-Anness mar-Regolament (KE) 1575/2000 dwar il-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-2001 'il quddiem għandhom jiġu mistħarrġa fl-2001 għall-istess perjodu ta’ żmien ta’ referenza bħall-modulu ad hoc li għalih saret referenza fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti. --------------------------------------------------