32000R1566



Official Journal L 180 , 19/07/2000 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2000

tat-18 ta'Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA' EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta'Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 11(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistipula li prodotti importati minn pajjiż terz jistgħu jinbigħu biss jekk ġejjin minn pajjiż terz li jidher fuq lista miktuba skond il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu. Dik il-lista hi fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 [3], l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 548/2000 [4].

(2) L-awtoritajiet Awstraljani talbu li l-Kummissjoni tinkludi korp ta' ċertifikazzjoni u ispezzjoni ġdida skond ir-Regolament (KEE) Nru 94/92.

(3) L-awtoritajiet Awstraljani taw lill-Kummissjoni l-garanziji u l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiżgura li l-korp ta' ispezzjoni u ċertifikazzjoni ġdid jilħaq il-kriterji stipulati minn l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91.

(4) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 94/92 jiġi emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ is-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 161, ta' l-1.7.2000, p. 62.

[3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14.

[4] ĠU L 67, tal-15.3.2000, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ANNESSPunt 3 tat-test li jirreferi għall-Awstralja jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Korpi ta' ispezzjoni:

- Servizz Awstraljan tal-Kwarantina u ta' l-Ispezzjoni (AQIS) (Dipartiment ta' l-Agrikoltura, is-Sajd u ta' l-Imsaġar)

- Istitut tar-Riċerka Bio-dinamika (BDRI)

- Bdiewa Bijoloġiċi ta' l-Awstralja (BFA)

- Kultivaturi tad-Dwieli Organiċi ta' l-Awstralja Ink. (OVAA)

- Kultivaturi ta' Ħwawar Organiċi ta' l-Awstralja Ink. (OHGA)

- Katina Alimentari Organika Pty Ltd. (OFC)

- Għaqda Nazzjonali ta'l-Agrikoltura Sostenibbli, Awstralja (NASAA)"

--------------------------------------------------