32000R1552



Official Journal L 176 , 15/07/2000 P. 0027 - 0033


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1552/2000

tal-14 ta' Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1547/1999 dwar proċeduri ta' kontroll li japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart għal: l-Estonja, Hong Kong, l-Ungerija, l-Indonesja, l-Litwanja, San Marino u t-Tajlandja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/816/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Billi:

(1) F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet "note verbale" lill-pajjiżi kollha mhux membri tal-OECD (kif ukoll l-Ungerija u l-Polonja li għadhom ma japplikawx id-Deċiżjoni tal-OECD C(92)39 finali). L-għanijiet ta' dan in-"note verbale" kienu tlieta: (i) biex jinforma lil dawn il-pajjiżi bir-regolamenti ġodda tal-Komunità; (ii) biex jistaqsi għal konferma dwar il-pożizzjonijiet rispettivi kif indikat fl-annessi taż-żewġ regolamenti; u (iii) biex jirċievi risposta mingħand dawk il-pajjiżi li ma rrispondewx fl-1994.

(2) Fost il-pajjiżi li rrispondew, dawn li ġejjin avżaw lill-Kummissjoni li l-importazzjoni ta' ċerti skart elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 hu aċċettat jew mingħajr l-ebda proċedura ta' kontroll jew hi soġġetta għal kontroll skond il-proċedura ta' kontroll li tapplika għall-L-Annessi III jew IV ta' l-imsemmi Regolament:

1. l-Estonja (risposta tal-10 ta' Frar 2000),

2. Hong Kong (risposta tal-25 ta' Frar 2000),

3. l-Ungerija (risposta tad-9 ta' Frar 2000),

4. l-Indonesja (risposta tal-15 ta' Frar 2000 u dettalji oħra mogħtija fl-14 ta' April 2000),

5. il-Litwanja (risposta tal-15 ta' Frar 2000),

6. San Marino (risposta tal-14 ta' Frar 2000),

7. it-Tajlandja (risposta tas-17 ta' Frar 2000).

(3) Skond kif provdut fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart [3], kif emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [4], ġie notifikat dwar it-talba uffiċjali ta' dawn il-pajjiżi fis-26 ta' April 2000.

(4) Sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ġdida ta' dawn il-pajjiżi, hu meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li japplika għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart għal ċerti pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD C(92)39 finali ma tapplikax [5], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1208/2000 [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 hu emendat kif ġej:

(1) Fit-test li jirriferi għall-Ungerija l-kliem "minbarra dawk elenkati fl-L-Anness B" huma mħassrin.

(2) It-test kollu li jirreferi għall-INDONESJA hu mħassar.

(3) Bejn it-test li jirreferi għall-ĠAMAJKA u l-MAKAW, hu mdaħħal it-test li ġej:

"IL-LITWANJA

1. Kull tipi fit-taqsima GB ("Metal bearing wastes li jirriżultaw minn tidwib, smelting u raffinar ta' metalli").

2. Kull tipi fit-taqsima GC ("Skart ieħor li jkun fih metalli").

3. It-tipi kollha fit-taqsima GD ("Skart minn operat fil-minjieri: dan l-iskar għandu jkun f'forma li ma tinxteridx").

4. Ir-tipi kollha fit-taqsima GF ("Skart ta' ċeramika f'forma li ma tiġix distrutta").

5. It-tipi kollha fit-taqsima GG ("Skart ieħor li prinċipalment jikkonsistu f'oġġetti inorganiċi, li jistgħu ikollhom metalli u materjal organiku").

6. Fit-taqsima GH ("Skart solidu ta' plastic")

Skart, biċċiet imqattgħin u biċċiet tal-plastic li jikkonsisti:

GH 012 | ex391520 | Polymers ta'styrene |

GH 013 | ex391530 | Polymers ta' vinyl chloride |

GH 014 | ex391590 | Acrylonitrile copolymerButadiene copolymerStyrene copolymerPolyamidesPolybutylene terephthalatesPolycarbonatesPolyphenylene sulphidesAcrylic polymersParaffins (C10-C13)Polyurethane (li ma għandhomx chlorofluorocarbons)Polysiloxalanes (silicones)Polymethyl methacrylateAlkoħol PolyvinylPolyvinyl butyralPolyvinyl acetatePolymers ta' fluorinated ethylene (Teflon, PTFE) |

GH 015 | ex391590 | per eżempjuresini urea formaldehyderesini phenol formaldehyderesini melamine formaldehyderesini epoxyresini alkydpolyamides. |

7. Fit-taqsima GI ("Karta, paperboard u skart minn prodott tal-karta").

GI 014 | 470790 | Oħrajn, inklużi iżda mhux limitati għal: 1.Laminated paperboard2.Skart u ruttam mhux issortjati. |

8. It-tipi kollha fit-taqsima GJ ("Skart minn tessuti").

9. It-tipi kolla fit-taqsima GK ("Skart minn Gomma").

10. It-tipi kollha fit-taqsima GM ("Skart li joriġina minn industriji ta' ikel u agrikultura").

11. It-tipi kollha fit-taqsima GN ("Skart li joriġina minn operat ta' tanning u fellmongery u użu tal-ġilda").

12. It-tipi kollha fit-taqsima GO ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti prinċipalment f'oġġetti organiċI, li jista' jinsab fihom metalli u materjal mhux organiku")."

(4) Bejn it-testi li jirreferi għall-POLONJA u SINGAPORE, għandu jidħol it-test li ġej:

"SAN MARINO

1. Fit-taqsima GC ("Skart ieħor li jkun fih metalli")

GĊ 030 | ex890800 | Vapuri u strutturi oħra galleġġjanti li lesti biex jitkissru li jkunu svojtati b'mod xieraq mit-tagħbija u materjali oħra li kienu jintużaw għall-operażżjoni tal-vapur u li setgħu jiġu klassifikati bħala sustanżi ujew skaryt perikolużi. |

GĊ 040 | | Vetturi bil-mutur imkissrin u svojtati mill-likwidi. |

2. Fit-taqsima GG ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti f'oġġetti inorganiċi, li jista' jkun fih metalli u materjal mhux organiku")

GG 030 | ex2621 | Rmid tal-qiegħ u gagazza li ġejja mill-impjanti ta' enerġija li juzaw il-faħam. |

GG 040 | ex2621 | Rmid fly mill-impjanti tal-enerġija li juzaw il-faħam. |

3. Fit-taqsima GK ("Skart tal-gomma")

GK 020 | 401220 | Tajers użati. |

4. Fit-taqsima GO ("Skart ieħor li jkun fih prinċipalment oġġetti organiċi, organic constituents, li jista' jkun fih metalli u materjal mhux organiku")

GO 030 | | Produzzjoni ta' fungus mycelium mill-penicillin deattivat li jintuza għall-għalf tal-annimali." |

(5) It-test li jirreferi għat-TAJLANDJA hu emendat kif ġej:

1. Fit-taqsima GA dawn it-tipi ta' skart huma mħassrin:

GA 150 | 780200 | Skart u ruttam taċ-ċomb |

GA 240 | ex810710 | Skart u ruttam tal-Cadmium |

GA 300 | ex811220 | Skart u ruttam tal-kromju. |

2. Fit-taqsima GG dawn it-tipi ta' skart huma mħassrin:

GG 040 | ex2621 | Rmid fly li ġej minn impjanti tal-enerġija li jużaw il-faħam |

3. Taqsima GH ("Skart solidu ta' plastic") hu mħassar.

Artikolu 2

L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 hu emendat kif ġej:

(1) It-test kollu li jirreferi għall-ESTONJA hu mħassar.

(2) It-test kollu li jirreferi għall-UNGERIJA hu mħassar.

(3) Bejn it-test li jirrefferi għall-GUINEA-BISSAU u l-INDJA, għandu jidħol it-test li ġej:

"HONG KONG

1. Fit-taqsima GA ("Skart ta' metall u metal-alloy f'forma metallika, mhix distruġġibbli(1)")

GA 200 | ex810310 | Skart u ruttam tat-Tantalum |

2. Fit-taqsima GC ("Skart ieħor li jkun fih metalli")

GC 060 | Katalisti li spiċċaw li għadhom ġo fihom metall li għandhom xi waħda minn dawn li ġejjin: metalli tal-grupp platinu: ruthenium, rhodium, palladium, osmium, iridium, platinulantanidi (traġar prezzjuż: lantanid, praseodymium, samarium, gadolinium, dysprosium, erbium, ytterbium, cerium, neodymium, europium, terbium, holmium, thulium, lutetium. |

L-iskart li ġej minn metall u liga tal-metall f'forma metallika distruġġibbli:

"NB:

"Il-merkurju huwa speċifikament eskluż bħala kontaminant ta' dawn il-metalli u l-liga tagħhom u l-"amalgam".

GĊ 090 | | Molybdenum |

GĊ 100 | | Tungsten |

GĊ 110 | | Tantalum |

GĊ 120 | | Titanium |

GĊ 130 | | Niobium |

GĊ 140 | | Rhenium |

GĊ 150 | | Deheb |

GĊ 160 | | Platinu (l-espressjoni "platinu" jinkludi platinu, iridium, osmium, palladium, rhodium u ruthenium) |

GĊ 170 | | Metalli prezzjużi oħra, e.g. fidda |

3. Fit-taqsima GG ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti f'oġġetti inorganiċi, li jista' jkun fih metalli u materjal mhux organiku")

GG 160 | | Materjali qatranin (skart tal-asfalt) mill-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq li ma għandux il-qatran. |

4. Fit-taqsima GJ ("Skart minn Tessut")

GJ 140 | ex6310 | Skart tal-kisi tal-art tat-tessuti, tapiti. |

5. Fit-taqsima GM ("Skart li joriġina minn industriji ta' l-ikel u agrikultura")

GM140 | ex1500 | Skart tal-grassi li jistgħu jittieklu u zjut ta' oriġini minn annimali jew ħxejjex (e.g. żjut għall-qali)." |

(4) Fit-test li jirreferi għall-INDONESJA l-kliem "minbarra dawk elenkati fl-Anness A je fl-Anness D" huma sostitwiti bil-kliem "minbarra dawk elenkati fl-Anness D".

(5) It-test li jirreferi għal-LITWANJA hu emendat kif ġej:

1. Dawn it-taqsimiet huma mħassrin:

GĊ ("Skart ieħor li jkun fih metalli")

GD ("Skart minn xogħolijiet fil-minjieri: dan l-iskart għandu jkun f'forma mhux distruġġibbli")

GG ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti f'oġġetti inorganiċi, li jista' jkun fih metalli u materjal mhux organiku")

GK ("Skart ta' Gomma")

GO ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti prinċipalment f'oġġetti organiċi, li jista jinsab fihom metalli u materjal mhux organiku").

2. It-taqsima GH (

"Skart solidu ta' plastic"

) hu mibdul bit-test li ġej:

"2. It-tipi kollha fit-taqsima GH ("Skart solidu ta' plastic") minbarra skart solidu ta' plastic elenkat fl-Anness A u:

GH 011 | ex391510 | Polymers ta' ethylene." |

(6) Bejn it-test li jirrefferi għall-ISLOVAKKJA u TOGO, għandu jidħol it-test li ġej:

"TAJLANDJA

1. Fit-taqsima GA ("Skart ta' metall u metal-alloy f'forma metallika, mhix distruġġibbli(1)")

L-iskart li ġej u biċċiet ta' metalli mhux tal-ħadid u l-alloys tagħhom:

GA 150 | 780200 | Skart u ruttam taċ-ċomb |

GA 240 | ex810710 | Skart u ruttam tal-Cadmium |

GA 300 | ex811220 | Skart u ruttam tal-kromju. |

2. Fit-taqsima GG ("Skart ieħor li jkun jikkonsisti prinċipalment f'oġġetti organiċi, li jista' jinsab fihom metalli u materjal organiku")

GK 040 | ex2621 | Rmid fly minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam. |

3. It-tipi kollha fit-taqsima GH ("Skart solidu ta' plastic")

4. Fit-taqsima GN ("Skart li joriġina minn xogħolijiet ta' tanning u fellmongery u użu tal-ġilda")

GK 040 | ex411000 | Parings u skart ieħor tal-ġild jew ta' kompost tal-ġild, mhux tajjeb għal manufattura ta' oġġetti tal-ġild, ħlief tajn tal-ġild." |

Artikolu 3

L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 hu emendat kif ġej:

(1) Fit-test li jirreferi għall-ESTONJA l-kliem "minbarra dawk elenkati fl-Anness B" huma mħassrin.

(2) Fit-test li jirreferi għal HONG KONG il-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II" huma sostitwiti bil-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkati fl-Anness B".

(3) It-test li jirreferi għall-INDONESJA hu mibdul bit-test li ġej:

"1. Fit-taqsima GA ("Skart ta' metall u liga tal-metall f'forma metallika, mhix distruġġibbli (1)")

(a) L-iskart u biċċiet ta' metalli prezzjużi u l-liga tagħhom:

GG 010 | ex711210 | — Ta' deheb |

GG 020 | ex711220 | —Ta' platinu (l-espressjoni "platinu" jinkludi platinu, iridium, osmium, palladium, rhodium u ruthenium). |

(b) L-iskart li ġej u biċċiet ta' metalli mhux tal-ħadid u l-liga tagħhom:

GA 120 | 740400 | Skart u ruttam tar-ramm aħmar |

GA 130 | 750300 | Skart u ruttam tan-nikil |

GA 140 | 760200 | Skart ui ruttam tal-Aluminju |

GA 160 | 790200 | Skart u ruttam taż-żingu |

GA 170 | 800210 | Skart u ruttam tal-landa |

GA 180 | ex810191 | Skart u ruttam tat-Tungsten |

GA 190 | ex810291 | Skart u ruttam tal-Molybdenum |

GA 200 | ex810310 | Skart u ruttam tat-Tantalum |

GA 210 | 810420 | Skart u ruttam tal-Magnesium (esklużi dawk elenkati f' AA 190) |

GA 220 | ex810510 | Skart u ruttam tal-Cobalt |

GA 230 | ex810600 | Skart u ruttam tal-Bismuth |

GA 240 | ex810710 | Skart u ruttam tal-Cadmium |

GA 250 | ex810810 | Skart u ruttam tat-Titanium |

GA 260 | ex810910 | Skart u ruyttam taż-Zirconium |

GA 270 | ex811000 | Skart u ruttam tal-Antimony |

GA 280 | ex811100 | Skart u ruttam tal-Manganese |

GA 290 | ex811211 | Skart u ruttam tal-Beryllium |

GA 300 | ex811220 | Skart u ruttam tal-kromju |

GA 310 | ex811230 | Skart u ruttam tal-Germanium |

GA 320 | ex811240 | Skart u ruttam tal-Vanadium |

GA 430 | 7204 | Ruttam tal-ħadid u azzar. |

2. Fit-taqsima GĊ ("Skart ieħor li jkun fih metalli")

GC 030 | ex890800 | Vapuri u strutturi oħra galleġġjanti lesti biex jitkissru, li gew svojtati mit-tagħbija u materjal ieħor użat fl-operazzjonijiet tal-vapuri li setgħu kienu klassifikati bhala sustanzi u skart perikolużi. |

3. Fit-taqsima GE ("Skart ta' ħġieġ f'forma mhux distruġġibbli").

GE 010 | ex700100 | Bċejjeċ jew skart ieħor u ruttam tal-ħġieġ ħlief ħġieġ ta' tubi cathode-ray u ħġiġiet (bil-kisi) attivati. |

4. Fit-taqsima GF ("Skart ta' ċeramika f'forma li ma tiġix distrutta")

GF 020 | ex811300 | Skart u ruttam cermet (komposti metalli maċ-ċeramika). |

5. It-tipi kollha fit-taqsima GI ("Karta, paperboard u skart minn prodott tal-karta").

6. Fit-taqsima GJ ("Skart minnTessut")

GJ 010 | 5003 | Skart tal-ħarir (inkluż fosdqa li ma tistax titgerbeb, skart tal-ħjut u stokk garnetted) |

GJ 011 | 500310 | — Mhux carded jew pettinat |

GJ 012 | 500390 | — Oħrajn |

GJ 020 | 5103 | Skart tas-suf jew suf fin jew oħxon tal-annimali, inkluż skart tal-ħjut izda jeskludi stokk garnetted |

GJ 021 | 510310 | — Suf żgħir jew suf fin tal-annimali |

GJ 022 | 510320 | — Skart ieħor tas-suf jew suf fin tal-annimali |

GJ 023 | 510330 | — Skart tas-suf oħxon tal-annimali |

GJ 030 | 5202 | Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) |

GJ 031 | 520210 | — Skart tal-ħjut (inkluż skart ta' ħjut irqaq) |

GJ 032 | 520291 | — Stokk garnetted |

GJ 033 | 520299 | Oħrajn |

GJ 040 | 530130 | Stoppa tal-kittien u skart |

GJ 050 | ex530290 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) tal-ħaxixa (Cannabis sativa L.) |

GJ 060 | ex530390 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) tal-qannebu fibri oħra tessili (eskluż kittien, ħaxixa u ramie) |

GJ 070 | ex530490 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) ta' sisal u fibri oħra tessili tar-razza ta' Agave |

GJ 080 | ex530519 | Stoppa, żjut u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) tal-kako |

GJ 090 | ex530529 | Stoppa, żjut u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) ta' abaca (Manila hemp jew Musa textilis Nee) |

GJ 100 | ex530599 | Stoppa, żjut u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk garnetted) ta' ramie u fibri veġetali tessili oħra, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

GJ 132 | ex631090 | — Oħrajn. |

7. Fit-taqsima GK ("Skart minn Gomma")

GK 020 | 401220 | — Tajers użati." |

(4) Fit-test li jirreferi għal-LITWANJA l-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkati fl-Anness B" huma sostitwiti bil-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkati fl-Anness A jew B".

(5) Fit-test li jirreferi għal SAN MARINO l-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II" huma sostitwiti bil-kliem "it-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkati fl-Anness A".

(6) Fit-test li jirreferi għat-TAJLANDJA l-kliem "it-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkari fl-Anness A" huma sostitwiti bil-kliem "It-tipi kollha fl-Anness II minbarra dawk elenkati fl-Anness A jew B".

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[4] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

[5] ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1.

[6] ĠU L 138, tad-9.6.2000, p. 7.

--------------------------------------------------