32000R1508



Official Journal L 174 , 13/07/2000 P. 0003 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1508/2000

ta’ l-11 ta' Lulju 2000

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1264/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-regolament imsemmi, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2) Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew li għandha parti minnha bbażata fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li tiġi applikata tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti.

(3) Bi qbil mar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2, b'virtù tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq illi tiġi aċċettata li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista’ tibqa tiġi nvokata, taħt id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (KE) Nru 955/1999 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mill-pussessur.

(5) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal- Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 144, tas-17.6.2000, p. 6.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġett | Kodiċi (NM) ta' Kalssifikazzjoni | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Sett li jikkonsisti fi snien tal-vampiri magħmula mill-plastik u tubu żgħir tal-plastik li fih likwidu aħmar (b'demm artifiċjali).Dan is sett huwa pakkjat għall-bejgħ bl-imnut. | 95037000 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-formular tal-kliem tal-kodiċi NM 9503 u 95037000. Il-komponenti ta' dan is-sett huma maħsuba għal għanijiet ta' divertiment (preżentazzjoni tar-rwol ta' vampir) |

2.Sett, li jikkonsisti f'rappreżentazzjoni ta' kranju uman magħmul mill-plastik (madwar 10ċm twil, 5ċm wiesgħa u 0,5ċm għoli) li t-toqob ta' l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq tiegħu fihom preparazzjonijiet tal-make-up ta' kuluri differenti, u bastun żgħir li għandu t-truf magħmula minn materjal tal-foam sintetiku sabiex jiġi applikat il-make-up.Dan is sett huwa pakkjat għall-bejgħ bl-imnut | 33049900 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għas-Sezzjoni VI, Nota 3 għal-Kapitolu 33 u l-formular tal-kliem tal-kodiċi NM 3304 u 33049900. Il-preparazzjonijiet tal-make-up jiddeterminaw il-karattru essenzjali ta' dan is-sett. |

3.Apaprat (recorder tal-films diġitali), li jikkonsisti f'cathode ray tube, dahar tal-kamera b'filtru kulurit u assemblaġġi elettroniċi varji muntati f'kontenitur wieħed.L-apparat jaħdem ma' magna awtomatika ta' l-iproċessar tad-data.Il-cathode ray tube jittrasferixxi l-immaġini mill-magna awtomatika ta' l-iproċessar tad-data fuq materjal tal-film (stampi istantanji jew negattiva fuq rollijiet wisa' 35mm jew iżjed) imdaħħla f'wara tal-kamera. | 90065900 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 5B u 5E għal-Kapitolu 84 u l-formular tal-kliem tal-kodiċi NM 9006 u 90065900. Għalkemm dan l-apparat jaħdem ma' magna awtomatika ta' l-iproċessar tad-data għandu l-karatteristiċi ta' apparat taħt l-intestatura 9006 |

4.Sett ta' apparati elettroniċi li jikkonsistu f:video game console,modulu kontrollurmodulu li jinġarr fl-idejn.Il-video game console jikkonsisti f'CPU, memorja, proċessur tal-grafika, proċessur tal-ħoss, disk drive ottiku, modem għall-aċċess għall-Internet u sockets varji bħal portijiet għal-moduli kontrolluri. Għandu sistema operattiva fissa, li ġiet magħmula apposta għall-logħob. Id-disk drive ottiku jista' jaqra compact disks speċjali li fihom logħob żviluppat għall-video game console. Il-programmi tal-logħob ma jistgħux jiġu modifikati mill-utent.Is-sockets jippermettu li l-video console tiġi konnettjata ma' numru ta' apparati oħra bħal riċevitur tat-televixin, data monitor, keyboard, mouse u external storage unit jew printer.Il-modulu kontrollur għandu buttuni ta' kontroll varji. Dawn jintużaw sabiex jintlagħbu logħob fuq il-console. Il-modulu kontrollur irid jiġi mqabbad mal-video game console permezz tal-cable.Il-modulu li jinġarr fl-idejn għandu buttuni ta' kontroll differenti sabiex jintlagħbu l-logħob, u screen LCD żgħir li juri informazzjoni dwar il-logħob. Il-modulu jista' jiddawnlowdja l-iscore tal-logħob u informazzjoni u jista' jintuża sabiex jintlagħbu logħob bażiku fuqu staess. Il-modulu li jinġarr fl-idejn jista' jitqabbad mall-modulu kontrollur imma jista' wkoll jintuża b'mod indipendenti.Ara l-illustrazzjoni | 95041000 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-formular tal-kliem tal-kodiċi NM 9504 u 95041000. Il-video game console tagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu. Hija tat-tip użat prinċiparjament ma' riċevitur tat-televixin. |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------