32000R1454



Official Journal L 163 , 04/07/2000 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament Tal-kummissjoni (KE) Nru 1454/2000

tat-3 ta’ Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2316/1999 dwar iż-żoni bażi reġjonali applikabbli taħt is-sistema ta’ għajnuna għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba maħrut stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill

(KE) Nru 1251/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuħ tar-raba maħrut [1], emendat bir-Regolament (KE) Nru 2704/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

(1) Billi:

(2) (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2316/1999 [3] jistabbilixxi iż-żoni ta’ bażi reġjonali li japplikaw taħt is-sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti tipi ta’ wċuħ tar-raba maħrut.

(3) (2) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1017/94 tas-26 ta’ April 1994 dwar il-konverżjoni ta’ art li bħalissa tinsab miżrugħa bl-uċuħ tar-raba maħrut għat-trobbija estensiva ta’ l-annimali fil-Portugall [4], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1461/95 [5], ġew preżentati applikazzjonijiet għall-konverżjoni ta’ 6884 ettari. Għaldaqstant iż-żona ta’ bażi għandha tiġi emendata.(3) Wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni mill-Olanda, għandhom jiġu stabbiliti żoni ta’ bażi ġodda skond il-pjan reġjunali ta’dak l-iStat Membru mingħajr, madanakollu, ma tiġi emendata ż-żona ta’ bażi kollha.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandu għalhekk jiġi emendat.

(5) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żoni ta’ bażi mogħtija taħt "il-Portugall" u "l-Olanda" fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 huma mibdula b’dawk mogħtija fl-Anness ta’ dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ is-seba’ jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 12.

[3] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43.

[4] ĠU L 112, tat-3.5.1994, p. 2.

[5] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS

(elf et) |

Reġjun | L-uċuħ kollha | Li minnhom qamħirrum |

L-OLANDA

Regio I | 226,5 | 44,4 |

Regio II | 210,0 | 163,9 |

IL-PORTUGALL

L-Ażores | 9,7 | |

Madejra

—Regadío | 0,31 | 0,29 |

—Oħrajn | 0,30 | |

Kontinentali

—Regadío | 293,4 | 221,4 |

—Oħrajn | 711,1 | |

--------------------------------------------------