32000R1437



Official Journal L 161 , 01/07/2000 P. 0062 - 0064


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2000

tat-30 ta' Ġunju 2000

li jemenda Taqsima Ċ ta' l-Anness VI għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-25 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1073/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(8) u 13 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 tad-29 ta' Jannar 1993 li jfisser il-kontenut ta' l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel u li jiddetta regoli dettaljati sabiex ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(4) tiegħu [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 345/97 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Filwaqt li:

(1) l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jipprovdi li l-ingredjenti ta' oriġini agrikola jistgħu jkunu nklużi f'Taqsima Ċ ta' l-Anness VI biss fejn ikun intwera li tali ingredjenti huma ta' oriġini agrikola u ma jkunux prodotti fi kwantita suffiċjenti fil-Komunità bi qbil mar-regoli dettati fl-Artikolu 6, jew ma jistgħux ikunu importati minn pajjiżi terzi bi qbil mar-regoli dettati fl-Artikolu 11.

(2) Ċerti Stati Membri nnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura dettata fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 207/93, l-awtorizazzjonijiet li ngħataw għal użu ta' ċerti ingredjenti ta' oriġini agrikola mhux inklużi bħalissa f'Taqsima Ċ ta' l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Deher li noċimuskata, ċerti ħwawar tal-bżar u taħlitiet minnhom, fjuri tal-għosfor, taħlitiet ta' ċerti kultivazzjonijiet li jittieklu li fihom kwalitajiet li jagħtu kulur u togħma, karwiżit iffumigat, u kirsch fil-preżent m'humiex disponibbli minn produzzjoni organika. Għalhekk dawn il-prodotti għandhom ikunu inklużi f'Taqsima Ċ ta' l-Anness VI għal dak ir-Regolament.

(3) Hemm bżonn li, għall-miżuri meħudha b'urġenza, dwar ċerti prodotti, jkollhom il-possibilita li l-awtorizazzjonijiet jiżdiedu għal livell nazzjonali bi qbil ma' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 207/93 skadiet.

(4) Għal raġunijiet ta' ċarezza huwa xieraq li jkun stabbilit mill-ġdid it-test kollu ta' Taqsima Ċ ta' l-Anness VI.

(5) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-taqsima Ċ ta' l-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 hu minn issa mibdul bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seba' ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 119, ta' l-20.5.2000, p. 27.

[3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5.

[4] ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"TAQSIMA Ċ - INGREDJENTI TA' ORIĠINI AGRIKOLA LI MA ĠEWX PRODOTTI B'MOD ORGANIKU, LI GĦALIHOM HEMM REFERENZA F'L-ARTIKOLU 5(4) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91

Ċ.1. Prodotti ta' ħaxix mhux ipproċessat kif ukoll prodotti li ġejjin minnhom b'proċessi li għalihom hemm referenza taħt definizzjoni 2(a) ta' l-introduzzjoni ta' dan l-Anness:

Ċ.1.1. Frott, lewż u żerriegħa li jittieklu:

Aċerola | Malpighia punicifolia |

Ġandar | Quercus spp. |

Il-ġews tal-anakardju | Anacardium occidentale |

Il-ġews tal-kola | Cola acuminata |

Fienu | Trigonella foenum-graecum |

Rażberri | Ribes uva-crispa |

Maracujas (Frott tal-fjura tal-passjoni) | Passiflora edulis |

Il-pawpaw | Carica papaya |

L-imżiewed tal-prinjoli | Pinus pinea |

Lampun (niexef) | Rubus idaeus |

Passolin aħmar (niexef) | Ribes rubrum |

Ċ.1.2. Ħwawar u ħxejjex li jagħtu t-togħma li jittieklu:

Bżar tal-Ġamajka | Pimenta dioica |

Kardamomu | Fructus cardamomi (minoris) (malabariensis)Elettaria cardamomum |

Ċinnamonu | Cinnamomum zeylanicum |

Musmar tal-Qronfol | Syzygium aromaticum |

Ġinġer | Zingiber officinale |

Noċemuskata | Myristica fragrans, until tal- 31.12.2000 only |

Bżar Aħdar | Piper nigrum, until tat- 30.4.2001 only |

Bżar (peruvjan) | Schinus molle L. |

Iż-żerriegħa tal-għerq mustarda | Armoracia rusticana |

Lesser galanga | Alpinia officinarum |

Fjuri tal-għosfor | Cartamus tinctorius |

Il-ħaxixa aromatika tas-sija | Nasturtium officinale |

Ċ.1.3. Affarijiet differenti:

Alka, li tinkludi ħaxix tal-baħar, mdaħħal fi thejjijiet ta' affarijiet ta' ikel konvenzjonali

Ċ.2. Prodotti tal-ħaxix, ipproċessat b'proċessi li għalihom hemm referenza taħt definizzjoni 2(b) ta' l-introduzzjoni ta' dan l-Anness:

Ċ.2.1. Xaħmijiet u żjut kemm jekk msaffija u kemm jekk le, iżda mhux kimikament mibdula, li ġejjin minn pjanti minbarra minn:

Kawkaw | Theobroma cacao |

Għajnbaqra ta-Kako | Cocos nucifera |

Żebbuġ | Olea europaea |

Girasol | Helianthus annuus |

Ċ.2.2. Is-segwenti zokkra, lamti u prodotti oħra minn ċerejali u basal:

Xitel taz-zokkor, sal- 1.4.2003 biss

Fructose

Karti tar-ross

Karti tal-ħobż mhux bil-ħmira

Lamtu minn ross u qamħirrun bix-xama’, mhux mibdul kimikament

Ċ.2.3. Affarijiet differenti:

Il-Kári huwa magħmul minn:

Kosbor Karwiżit | Coriandrum sativum |

Mustarda | Sinapis alba |

Bużbież | Foeniculum vulgare |

Ġinġer | Zingiber officinale |

Kosbor Karwiżit, affumikat | Coriandrum sativum, until tal- 31.12.2000 only |

Proteina tal-Pizelli | Pisum spp. |

Rum: miksub biss minn meraq ta' zokkor tal-kannamiela

Kirsch ippreparat fuq il-bażi ta' frott u ħlewwiet kif hemm referenza għalihom f'Taqsima A.2 ta' dan l-Anness

Taħlit ta' kultivazzjonijiet mdaħħal fi tħejjijiet ta' affarijiet ta' l-ikel konvenzjonali, u li jagħtu kwalitajiet ta' kulur u togħma lil affarijiet tal-ħelu, għat-thejjija biss ta' "Gummi Bärchen", sat- 30.9.2000 biss

Taħlitiet tal-bżar segwenti: Piper nigrum, Schinus molle u Schinus terebinthifolium, sal- 31.12.2000 biss.

Ċ.3. Prodotti ta' l-annimali:

Organiżmi ta' l-ilma, li ma joriġinawx minn aquakultura, u mdaħħla fi tħejjijiet ta' affarijiet tal-ikel konvenzjonali

Trab tax-xorrox

Ġelatina

Għasel

Lactose

Trab tax-xorrox "herasuola"."

--------------------------------------------------