Official Journal L 156 , 29/06/2000 P. 0031 - 0032
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1378/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1486/95 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa fis-settur tal-laħam tal-majjal IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL mħejjija bħala konsegwenza tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/95 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1409/1999 [3], fetaħ kwoti għal perjodu speċifiku. Fl-istruttura tal-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ, il-Kummissjoni ikkommettiet lilha nnifisha li żżid kwoti ta' tariffi għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal. Hemm bżonn li jkunu speċifikati l-kwantitajiet ġodda koperti mill-arranġamenti ta' l-importazzjoni mill-1 ta' Lulju 2000. (2) L-utilizzazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għal laħam tal-majjal kienet ġeneralment baxxa fis-snin riċenti u l-garanzija relattivament għolja għal liċenzji ta' l-importazzjoni tista’ tkun fattur ta' skorraġġiment fin-negozju. Sabiex ikun iffaċilitat in-negozju tal-laħam tal-majjal u sabiex ikunu armonizzati l-livelli ta' garanziji għal-liċenzji ta' l-importazzjoni fi ħdan is-setturi tal-laħam huwa meħtieġ li jkunu rriveduti l-livelli tal-garanzija. (3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Laħam tal-Majjal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru1486/95 hu emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Il-kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Anness I għandhom jinfetħu kull sena għall-gruppi ta' prodotti u bil-kundizzjonijiet li jistabbiluhom." 2. Il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 hu mibdul b'dan li ġej: "3. Għandha tkun ippreżentata garanzija ta' 20 EUR għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti kollha li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1." 3. L-Anness I hu mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Lulju 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1. [2] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p. 58. [3] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 51. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I Numru tal-grupp | Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodott | Dazju doganali EUR/tonne | Kwantitajiet f'tunnellati mill-1 ta' Lulju 2000 | G2 | ex02031955 | Flett u perżut mingħajr għadam, frisk, imkessaħ jew iffriżat: | 250 | 34000 | ex02032955 | G3 | ex02031955 | Flett tari frisk, imkessħa jew iffriżati, | 300 | 5000 | ex02032955 | G4 | 16010091 | Zalzett, imqadded jew biex ikun midluk, mhux misjur | 747 | 3000 | 16010099 | Zalzett ieħor | 502 | G5 | 16024110 | Laħam ieħor imħejji jew ippriservat, irmoxk tal-laħam jew demm | 784 | 6100 | 16024210 | 646 | 16024911 | 784 | 16024913 | 646 | 16024915 | 646 | 16024919 | 428 | 16024930 | 375 | 16024950 | 271 | G6 | 02031110 | Karkassi u nofs karkassi, friski, imkessħin jew iffriżati | 268 | 15000 | 02032110 | G7 | 02031211 | Qagħtat ta' majjali domestiċi, friski, mkessħa jew iffriżati, bil-għadam jew mingħajru. Eskluż il-flett tari ippreżentat waħdu | 389 | 5500 | 02031219 | 300 | 02031911 | 300 | 02031913 | 434 | 02031915 | 233 | ex02031955 | 434 | 02031959 | 434 | 02032211 | 389 | 02032219 | 300 | 02032911 | 300 | 02032913 | 434 | 02032915 | 233 | ex02032955 | 434 | 02032959 | 434 | --------------------------------------------------