32000R1291



Official Journal L 152 , 24/06/2000 P. 0001 - 0043


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000

tad-9 ta' Ġunju 2000

li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2), 12(4), 13(11) u 23 tiegħu, u l-Artikoli korrespondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti agrikoli,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1127/1999 [4], li ħa post Regolament (KEE) Nru 3183/80 [5], li min-naħa tiegħu ħa post ir-Regolament (KEE) Nru 193/75 [6], li min-naħa tiegħu ħa post ir-Regolament (KEE) Nru 1373/70 [7], li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex tkun applikata s-sistema ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' stabbilizzar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88 kien ġie emendat kemm il-darba, f'xi każijiet b'mod sostanzjali. Sabiex ikun hemm kjarezza u effiċjenza amministrattiva, ir-regoli in kwistjoni għandhom għalhekk ikunu kkonsolidati f'test wieħed, fl-istess ħin isiru ċerti emendi li l-esperjenza wriet li huma meħtieġa.

(2) Ir-Regolamenti tal-Komunità li introduċew il-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni jipprovdu li l-importazzjoni kollha għal ġewwa l-Komunità u l-esportazzjoni kollha minnha ta' prodotti agrikoli għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja bħal din. L-għan ta' dawn il-liċenzji għandu għalhekk ikun definit, bl-istipulazzjoni ta' malajr li ma jkunux meħtieġa għal ħidmiet li ma jikkostitwixxux importazzjoni jew esportazzjoni fil-veru sens tal-kelma.

(3) Meta l-prodotti jkunu suġġetti għall-arranġamenti ta' proċessar 'il ġewwa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'ċertu każi, jippermettu li l-prodotti jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa kemm bi jew mingħajr aktar ipproċessar. F'tali każi, sabiex ikun assigurat li s-suq ikun amministrat b'mod xieraq, għandu jkun hemm bżonn tal-liċenzja ta' l-importazzjoni għal prodotti fil-fatt imqiegħda f'ċirkolazzjoni ħielsa. B'dana kollu, meta prodott imqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa jkun ġie miksub minn prodotti bażiċi li wħud minnhom ikunu ġew importati minn pajjiżi terzi u li wħud minnhom ikunu ġew mixtrija fil-Komunità, għandhom jitqiesu biss dawk il-prodotti bażiċi importati mill-pajjiżi terzi.

(4) L-għan tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem hu l-amministrazzjoni tajba ta' l-organizzazzjoni tas-suq. Xi operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet żgħar u, sabiex ikunu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, m'għandux ikun hemm bżonn tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' stabbilizzar bil-quddiem għal tali operazzjonijiet.

(5) M'hemmx bżonn tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għal proviżjon ta' vapuri u ajruplani fil-Komunità. Minħabba li l-ġustifikazzjoni hi simili, din id-disposizzjoni għandha tapplika wkoll għal pjattaformi u bastimenti navali u għal proviżjonijiet f'pajjiżi terzi. Għall-istess raġunijiet, m'għandux ikun hemm bżonn tal-liċenzji għall-operazzjonijiet koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta' ħelsien minn dazji tad-dwana [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 355/94 [9].

(6) Minħabba l-ħidma tal-kummerċ internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti jew mal-merkanzija f'dak il-każ, ċerti tolleranzi għandhom jitħallew f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantità tal-prodotti importati jew esportati meta mqabbla mal-kwantità indikata fuq il-liċenzja jew fuq iċ-ċertifikat.

(7) Sabiex ikunu jistgħu jitwettqu diversi operazzjonijiet fl-istess ħin taħt liċenzja waħda jew ċertifikat wieħed, għandu jkun hemm disposizzjoni sabiex jinħarġu estratti ta' liċenzji jew ta' ċertifikati li jkollhom l-istess effett tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati li minnhom ikunu ġew estratti.

(8) Permezz tar-regoli tal-Komunità li jirregolaw is-setturi varji koperti mill-korp komuni ta' swieq agrikoli, il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-istabbilizzar bil-quddiem huma applikabbli għall-operazzjonijiet magħmula fil-Komunità. Dan l-arranġament jeħtieġ li jkun adottat għat-tħejjija u l-użu ta' liċenzji jew ċertifikati bħal dawn u li formoli tal-Komunità u metodi jkunu stabbiliti għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

(9) L-użu ta' proċeduri bil-kompjuter qiegħed gradwalment jieħu post il-kitba manwali ta' dettalji fis-setturi differenti ta' attività amministrattiva. Għalhekk għandu jkun ukoll possibbli li jintużaw proċeduri bil-kompjuter u elettroniċi fil-ħruġ u fl-użu tal-liċenzji u taċ-ċertifikati.

(10) Ir-Regolamenti tal-Komunità li intorduċew il-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija hawn fuq jipprovdu li dawn għandhom jinħarġu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' garanzija sabiex tiggarantixxi li tkun sodisfatta l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Huwa neċessarju li jkun definit meta l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkun ġiet sodisfatta.

(11) Fil-każ tal-liċenzji bi stabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni, il-liċenzja li għandha tintuża tkun tiddependi fuq il-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodott. Fil-każi ta' ċerti taħlitiet, ir-rati tar-rifużjoni ma jiddependux fuq il-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodott, imma fuq regoli speċjali stabbiliti għal dak l-għan. Għalhekk, meta l-komponent li fuqu jkunu kkalkolati r-rifużjonijiet applikabbli għat-taħlita ma jikkorrispondix mal-klassifikazzjoni tat-tariffa tat-taħlita, tali taħlitiet importati jew esportati m'għandhomx jikkwalifikaw għar-rata ffissata bil-quddiem.

(12) Il-liċenzji ta' importazzjoni huma xi kultant użati sabiex jamministraw arranġamenti ta' l-importazzjoni kwantitattiva. Dan hu biss possibbli meta t-tagħrif dwar l-importazzjoni magħmula permezz tal-liċenzji maħruġa jkun disponibbli f'perjodu relattivament qasir. F'tali każi, il-kondizzjoni li tingħata evidenza li l-liċenzji jkunu ntużaw mhix biss sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba imma ssir essenzjali għall-amministrazzjoni ta' dawn l-arranġamenti kwantitattivi. L-evidenza in kwistjoni tkun mogħtija bil-preżentazzjoni tal-kopja 1 tal-liċenzja u, fejn xieraq, ta' l-estratti minnha. Huwa possibbli li tingħata din l-evidenza fi żmien relattivament qasir. Dan il-limitu ta' żmien għandu għalhekk ikun stabbilit għall-każi meta r-regoli tal-Komunità dwar il-liċenzji użati sabiex jamministraw arranġamenti kwantitattivi jagħmlu referenza għalihom.

(13) F'ċerti każi l-ammont ta' garanzija meħtieġ għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat jista' jkun żgħir ħafna. Sabiex jitnaqqas l-ammont ta' xogħol amministrattiv, ma jkunx hemm bżonn ta' l-ebda garanzija f'każi bħal dawn.

(14) Minħabba li fil-prattika l-persuna li tuża l-liċenzja jew iċ-ċertifikat tista' ma tkunx id-detentur jew dak li jittrasferixxi, fl-interess tal-kjarezza legali u ta' l-effiċjenza amministrattiva għandu jkun speċifikat liema persuni huma awtorizzati li jużaw iċ-ċertifikat jew il-liċenzja. Ir-rabta meħtieġa bejn id-detentur titolari u l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni tad-dwana għandha tkun stabbilita għal dan l-għan.

(15) Il-liċenzja ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni tagħti d-dritt għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni u għalhekk għandha tkun ippreżentata fil-ħin meta d-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkun aċċettata.

(16) Meta jintużaw proċeduri ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ssimplifikati, il-kondizzjoni li tkun ippreżentata l-liċenzja lejn l-awtoritajiet doganali jew li l-liċenzja tkun ippreżentata sussegwentament tista' titneħħa. B'dana kollu, l-importatur jew l-esportatur għandu jkun fil-pussess tal-liċenzja fid-data li tkun ikkunsidrata bħala dik li fiha tkun aċċettata d-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

(17) Fl-interess ta' simplifikazzjoni, ir-regoli jistgħu jkunu magħmula aktar flessibbli sabiex l-Istati Membri jitħallew jintroduċu proċedura ssimplifikata għall-immaniġġjar amministrattiv tal-liċenzji, li permezz tagħha l-liċenzji jinżammu mill-korp tal-ħruġ jew, meta jkun meħtieġ, l-aġenzija ta' ħlas fil-każ ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni b'iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni.

(18) Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, il-liċenzji jew iċ-ċertifikati u estratti minnhom ma jistgħux ikunu emendati wara l-ħruġ. B'dana kollu, f'każi ta' dubju li jkollu x'jaqsam ma' żball li jkun attribwit lejn il-korp tal-ħruġ jew minħabba ineżattezzi ovvji u li jkollhom x'jaqsmu ma' dettalji li jidhru fuq il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratti, għandha tkun introdotta proċedura li biha l-liċenzji, iċ-ċertifikati u l-estratti mhux eżatti jistgħu jkunu rtirati u jinħarġu dokumenti kkoreġuti.

(19) Meta l-prodott ikun imqiegħed taħt waħda mill-arranġamenti ssimplifikati li hemm provvediment dwarhom fil-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu 7, is-Sezzjoni 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali tal-Komunità [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1662/1999 [11], jew fit-Titolu X, il-Kapitolu I ta' l-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar il-proċedura komuni ta' transitu, ma jkun hemm bżonn li jitwettqu l-ebda formalitajiet fl-uffiċċju doganali ta' l-istazzjon tal-fruntiera f'każi meta t-transitu jibda fil-Komunità u għandu jispiċċa barra l-Komunità. Fl-interess ta' simplifikazzjoni ta' l-amministrazzjoni, meta waħda minn dawn il-proċeduri tkun applikata għandhom ikunu adottati arranġamenti speċjali għar-rilaxx tal-garanzija.

(20) Jista' jiġri li, għal raġunijiet lil hemm mill-kontroll tal-parti kkonċernata, id-dokument li jikkostitwixxi prova ta' tluq mit-territorju doganali tal-Komunità ma jkunx jista' jiġi ppreżentat għalkemm il-prodott ikun ħareġ mit-territorju msemmi u, fil-każ ta' l-operazzjonijiet kif speċifikati fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [12], il-wasla fid-destinazzjoni tiegħu. Sitwazzjoni tali tista' tfixkel il-kummerċ. F'ċirkostanzi tali għandhom jiġu rrikonoxxuti d-dokumenti l-oħra bħala ekwivalenti.

(21) Ir-Regolamenti tal-Komunità li intoduċew il-liċenzji u ċ-ċertifikati kkonċernati jipprovdu li l-garanzija għandha tintilef kollha kemm hi jew parti minnha jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma' titwettaqx, jew jekk titwettaq parti minnha biss, matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat. L-azzjoni li għandha tittieħed f'tali ċirkostanzi għandha tkun imfissra fid-dettall, b'mod partikolari għal każi meta l-obbligazzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti minħabba force majeure. F'tali każi l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni tista' tkun ikkunsidrata kkanċellata jew il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat jista' jkun estiż. B'dana kollu, sabiex ma jitħalliex li jkun hemm diżordni li jista' jinqala' fis-suq, dik l-estenzjoni għandha f'kull każ tkun illimitata għal massimu ta' sitt xhur ikkalkulati mill-bidu tal-perjodu oriġinali tal-validità.

(22) Sabiex ikunu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, l-garanzija għandha tkun mibgħuta lura meta l-ammont totali li għandu jintilef ikun żgħir ħafna.

(23) Il-garanzija ppreżentata fiż-żmien tal-ħruġ tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati għandha tkun irrilaxxata sakemm tingħata prova lejn l-korpijiet kompetenti li l-merkanzija kkonċernata ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità fi żmien 60 ġurnata mid-data li fiha jkunu ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

(24) Jista' jiġri li l-garanzija tkun irrilaxxata għal raġunijiet varji mingħajr ma tkun ġiet sodisfatta l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni. F'tali każi, il-garanzija rrilaxxata ħażin għandha terġa' tkun ippreżentata.

(25) Sabiex isir użu sħiħ tal-possibiltajiet ta' l-esportazzjoni għal prodotti agrikoli eliġibbli għal rifondi, għandu jkun introdott mekkaniżmu li jinkoraġġixxi lill-operaturi jibagħtu lura malajr xi liċenzji u ċertifikati, li ma jkunux sejrin jużaw, lejn il-korp tal-ħruġ. Għandu jkun introdott mekkaniżmu li jinkoraġġixxi lill-operatur li jirritorna fil-pront iċ-ċertifikati lejn il-korp tal-ħruġ wara d-data ta' l-iskadenza tagħhom sabiex il-kwantitajiet mhux użati jistgħu jerġgħu jkunu wżati kemm jista' jkun malajr possibbli.

(26) Permezz ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien [13], meta l-aħħar ġurnata ta' perjodu tkun vakanza pubblika, il-Ħadd jew is-Sibt, il-perjodu jispiċċa meta tiskadi l-aħħar siegħa tal-ġurnata xogħol ta' wara. F'ċerti każi, dik il-disposizzjoni tirriżulta f'li jkun estiż il-perjodu ta' l-użu tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati. Tali miżura, li hi maħsuba sabiex tiffaċilita n-negozju, għandu jkollha l-effett li tbiddel il-kondizzjonijiet ekonomiċi ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

(27) F'ċerti setturi tal-korp komuni tas-swieq agrikoli hemm disposizzjoni għal perjodu ta' riflessjoni qabel ma' jinħarġu l-liċenzji ta' l-esportazzjoni. L-għan ta' dan il-perjodu hu li jippermetti li tkun ikkalkolata s-sitwazzjoni tas-suq u, meta hu xieraq, b'mod partikolari meta jkun hemm diffikultajiet, li jippermettu li jkunu sospiżi l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom pendenti, li jammonta għal ċaħda ta' dawk l-applikazzjonijiet. Għandu għalhekk ikun speċifikat li tali sospensjoni tkun possibbli wkoll fil-każ tal-liċenzji li tkun saret applikazzjoni dwarhom permezz ta' l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament u ladarba l-perjodu ta' riflessjoni jkun skada l-applikazzjoni tal-liċenzja ma tkunx tista' terġa tkun sospiża.

(28) Permezz ta' l-Artikolu 844(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, prodotti esportati taħt il-liċenzja jew taċ-ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem jistgħu jikkwalifikaw għal trattament bħala merkanzija rritornata biss meta r-regoli tal-Komunità fuq il-liċenzji u ċ-ċertifikati jkunu ġew sodisfatti. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċjali sabiex tkun applikata s-sistema tal-liċenzji u taċ-ċertifikati għall-prodotti li x'aktarx jikkwalifikaw taħt dawn l-arranġamenti.

(29) Permezz ta' l-Artikolu 896 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, merkanzija li tkun tpoġġiet f'ċirkolazzjoni ħielsa taħt il-liċenzja ta' l-importazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem huma eliġibbli għas-sistema ta' ħlas lura jew ta' maħfra mid-dazji ta' l-importazzjoni meta jkun stabbilit biss li jkunu ttieħdu l-passi neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkanċellaw l-effetti tat-tqegħid ta' dik il-merkanzija f'ċirkolazzjoni ħielsa għal dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzja jew maċ-ċertifikat.

(30) L-Artikolu 880 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati sabiex ikun applikat l-Artikolu 896 ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari li l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u taċ-ċertifikati għandhom jipprovdu konferma.

(31) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli kollha neċessarji sabiex ikun implimentat l-Artikolu 896 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. F'ċerti każi għandu jkun possibbli li jkun hemm konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mingħajr ma jsir rikors għall-konferma li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 880 tiegħu.

(32) Meta l-liċenzja ta' l-importazzjoni li tkopri prodott agrikolu tkun użata wkoll sabiex tamministra kwota bla dazju li għaliha japplikaw l-arranġamenti preferenzjali, tali arranġamenti preferenzjali għandhom japplikaw għall-importaturi bis-saħħa tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat li għandhom, f'ċerti każi, ikunu flimkien ma' dokument minn pajjiż terz. Sabiex ikun evitat kull eċċess fil-kwota, l-arranġamenti preferenzjali għandhom japplikaw sa mhux aktar mill-kwantità li għaliha kienet inħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat. B'dana kollu, sabiex tkun iffaċilitata l-importazzjoni, it-tolleranza li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 8(4) għandha tkun permessa, sakemm ikun speċifikat fl-istess ħin li l-parti tal-kwantità li teċċedi dik murija fuq il-liċenzja jew fuq iċ-ċertifikat imma fit-tolleranza ma tikkwalifikax taħt l-arranġamenti preferenzjali u jitħallas id-dazju sħiħ fuqhom ma' l-importazzjoni.

(33) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjonijiet tal-kumitati tal-maniġment kollha kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

L-ISKOP TAR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet iddettati f'regoli tal-Komunità speċifiċi għal ċerti prodotti, dan ir-Regolament jippreskrivi regoli komuni sabiex tkun implimentata s-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta' stabbilizzar bil-quddiem (minn issa 'l quddiem issir referenza għalihom bħala "liċenzji" u "ċertifikati") stabbiliti bi jew li għalihom hemm provdut f':

- l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [14] (żjut u xaħmijiet),

- l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [15] (pjanti ħajjin u fjuri maqtugħa),

- l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [16] (żerriegħa),

- l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 [17] (laħam tal-majjal),

- l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2771/75 [18] (bajd),

- l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 [19] (laħam tat-tjur),

- l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 [20] (ovalbumina u laktalbumina),

- l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 (ċereali),

- l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 [21] (banana),

- l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/94 [22] (prodotti agrikoli esportati fil-forma ta' merkanziji mhux koperti b'Anness I għat-Trattat),

- l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 [23] (ross),

- l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 [24] (frott u ħaxix),

- l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 [25] (frott ipproċessat u prodotti tal-ħaxix),

- l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 [26] (laħam tan-ngħaġ u laħam tal-mogħoż),

- l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 [27] (ċanga u vitella),

- l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 [28] (ħalib u prodotti tal-ħalib),

- l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 [29] (inbid),

- l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999 [30] (zokkor, isoglucose u xiropp tal-inulin).

TITOLU II

QASAM TA' APPLIKAZZJONI TA' LIĊENZJI U ĊERTIFIKATI

Artikolu 2

Ma jkunx hemm bżonn ta' liċenzja jew ċertifikat u m'hemmx għalfejn li jkunu ppreżentati f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti:

(a) li m'humiex impoġġija f'ċirkolazzjoni ħielsa ġewwa l-Komunità, jew

(b) li bihom tkun affettwata l-esportazzjoni:

- taħt proċedura doganali li tippermetti importazzjoni ħielsa mid-dazji relevanti doganali jew multi li għandhom l-istess effett, jew

- taħt arranġamenti speċjali li jħallu esportazzjoni ħielsa mid-dazji ta' esportazzjoni, kif hemm referenza għalihom f'Artikolu 129 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

1. Meta prodotti li huma suġġetti għal arranġamenti ta' proċessar intern u li ma jkunx fihom prodotti bażiċi kif hemm referenza għalihom f'paragrafu 2(a) huma mpoġġija f'ċirkolazzjoni ħielsa, allura, sakemm il-prodotti fil-fatt impoġġija f'ċirkolazzjoni ħielsa huma suġġetti għal-liċenzja ta' l-importazzjoni, tali liċenzja għandha tintwera.

2. Meta prodotti li huma suġġetti għal jew wieħed jew l-ieħor mill-arranġamenti li hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 u li jkun fihom kemm:

(a) prodott bażiku wieħed jew aktar li ġew taħt it-termini ta' Artikolu 23(2) tat-Trattat b'dana kollu issa m'għadhomx minħabba l-inkorporazzjoni tagħhom fil-prodotti mpoġġija f'ċirkolazzjoni ħielsa, u

(b) prodott bażiku wieħed jew aktar li ma ġewx taħt it-termini Artikolu 23(2) tat-Trattat,

huma mpoġġija f'ċirkolazzjoni ħielsa allura, minkejja Artikolu 8(1), għal kull prodott bażiku li hemm referenza għalih f'(b) fil-fatt użat u peress li jkun prodott suġġett għal-liċenzja ta' l-importazzjoni, tali liċenzja għandha tkun ippreżentata.

B'dana kollu, ma jkunx hemm bżonn ta' liċenzja ta' importazzjoni meta l-prodott fil-fatt imqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa ma jkunx suġġett għal tali liċenzja.

3. Il-liċenzja jew liċenzji ta' l-importazzjoni murija meta prodott kif hemm referenza għalih f'paragrafu 1 jew 2 hu mpoġġi f'ċirkolazzjoni ħielsa jista' ma jipprovdix għall-istabbilizzar bil-quddiem.

4. Ma' l-esportazzjoni ta' prodott suġġett għal kemm wieħed jew l-ieħor mill-arranġamenti li hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 u li jkun fih prodott bażiku wieħed jew aktar li hemm referenza għalihom f'paragrafu 2(a), allura għal kull tali prodott bażiku, peress li jkun prodott suġġett għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, tali liċenzja għandha tkun ippreżentata.

B'dana kollu, suġġett għat-tielet sottoparagrafu dwar l-istabbilizzar bil-quddiem ta' rifondi, ma jkunx hemm bżonn ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni meta l-prodott fil-fatt esportat ma jkunx suġġett għal tali liċenzja.

Malli prodotti mħallta li jikkwalifikaw għal rifużjoni ta' esportazzjoni ffissata bil-quddiem fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar mill-komponenti tagħhom jiġu esportati, l-istatus doganali ta' kull tali komponent għandu jkun l-uniku element li għandu jittieħed f'konsiderazzjoni meta tiġi applikata s-sistema ta' liċenzji u ċertifikati.

Artikolu 4

1. F'każi meta japplika l-arranġament li hemm referenza għalih f'Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [31], il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta' l-istabbilizzar bil-quddiem, skond il-każ, li għandu jintwera għandu jkun applikabbli għall-prodott ipproċessat li għandu jkun esportat.

2. F'każi meta japplika l-arranġament li hemm referenza għalih f'Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta' l-istabbilizzar bil-quddiem, skond il-każ, li għandu jintwera għandu jkunu applikabbli għall-prodott ipproċessat imqiegħed taħt tali arranġament.

3. Meta l-prodott li għandu jkun esportat jiun kopert b'Regolament (KE) Nru 1222/94, iċ-ċertifikat li għalih hemm provdut f'dak ir-Regolament għandu jkun ippreżentat fis-sitwazzjonijiet li hemm referenza għalihom f'paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

1. Ma għandux ikun hemm bżonn ta' liċenzja u m'hemmx għalfejn li tkun ippreżentata għall-għanijiet ta' operazzjonijiet:

- kif speċifikati f'Artikoli 36, 40, 44, 45 u 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew

- ta' natura mhux kummerċjali, jew

- li hemm referenza għalihom f'Regolament (KEE) Nru 918/83, jew

- li għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet li ma jaqbżux dawk iddettati f'Anness III.

Minkejja l-ewwel sottoparagrafu, għandha tkun ippreżentata liċenzja meta tkun qed issir l-importazzjoni jew l-esportazzjoni taħt arranġamenti preferenzjali li huma mogħtija permezz tal-liċenzja.

Stati Membri għandhom jieħdu prekawzjonijiet kontra abbuż meta jkun applikat dan il-paragrafu, b'mod partikolari meta ħidma ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni waħdanija tkun koperta b'aktar minn dikjarazzjoni waħda ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni li m'humiex garantiti b'mod ċar għall-għanijet ekonomiċi jew għanijiet oħra.

2. Għall-għanijiet ta' paragrafu 1, "operazzjonijiet ta' natura mhux kummerċjali" tfisser:

(a) importazzjonijiet minn jew mibgħuta lill-individwi privati, sakemm tali operazzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' Sezzjoni II(D)(2) tad-disposizzjonijiet preliminari tan-Nomenklatura Magħquda;

(b) esportazzjonijiet minn individwi privati, sakemm tali operazzjonijiet jissodisfaw, mutatis mutandis, il-ħtiġijiet li hemm referenza għalihom f'(a).

3. Stati Membri huma awtorizzati li ma jitolbux liċenzja jew liċenzji ta' esportazzjoni għal prodotti u/jew merkanziji minn individwi privati jew gruppi ta' individwi privati minħabba d-distribuzzjoni ħielsa tagħhom għall-għanijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi meta l-kondizzjonijiet kollha segwenti jkunu sodisfatti:

(a) m'għandha ssir applikazzjoni għall-ebda rifużjoni minn partijiet li jixtiequ jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni;

(b) tali kunsinni jkunu okkażżjonali fin-natura, jinkludu prodotti varji u/jew merkanziji u li ma jaqbżux total ta' 30000 kg għal kull mezz ta' trasport; u

(ċ) l-awtoritajiet kompetenti jkollhom prova suffiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-destinazzjoni u/jew l-użu tal-prodotti u/jew merkanziji u t-twettieq xieraq tal-ħidma.

L-indikazzjoni segwenti għandha tiddaħħal f'Sezzjoni 44 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni: "L-ebda rifużjoni — Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000"

Artikolu 6

Ma jkunx hemm bżonn ta' liċenzja jew ta' ċertifikat u m'hemmx għalfejn li jintwerew meta prodotti jitpoġġew f'ċirkolazzjoni ħielsa taħt Titolu VI, Kapitolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jirregola t-trattament ta' merkanziji li ġew irritornati.

Artikolu 7

1. Ma jkunx hemm bżonn ta' liċenzja ta' esportazzjoni u m'hemmx għalfejn li tkun ippreżentata fil-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni mill-ġdid għal prodotti li għalihom l-esportatur jagħti prova li tkun ingħatat deċiżjoni favorevoli għal ħlas lura jew maħfra ta' dazji ta' importazzjoni ta' tali prodotti taħt Titolu VII, Kapitolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2. Meta prodotti jkunu suġġetti malli jiġu esportati għal preżentazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni mill-ġdid qabel ma' jiddeċiedu dwar il-ħlas lura jew il-maħfra ta' dazji ta' l-importazzjoni, għandha tintwera liċenzja ta' l-esportazzjoni. Stabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni ta' esportazzjoni jew levy m'għandux ikun permess.

TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Sezzjoni 1

L-iskop ta' liċenzji, taċ-ċertifikati u ta' l-estratti

Artikolu 8

1. Il-liċenzja ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandha tikkostitwixxi awtorizzazzjoni u toħloq obbligazzjoni rispettivament sabiex issir l-importazzjoni jew l-esportazzjoni permezz tal-liċenzja, u, minbarra f'każi ta' force majeure, matul il-perjodu tal-validità tagħha, il-kwantità speċifikata tal-prodotti jew tal-merkanzija kkonċernata.

L-obbligazzjonijiet li għalihom hemm referenza f'dan il-paragrafu għandhom ikunu l-kondizzjonijiet primarji fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [32].

2. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tiffissa rifużjoni bil-quddiem għandha toħloq obbligu sabiex tkun esportata l-kwantità speċifikata tal-prodott relevanti taħt il-liċenzja u, minbarra f'każi ta' force majeure, matul il-perjodu tal-validità tagħha.

Meta l-esportazzjoni tal-prodotti li huma suġġetti għal preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, il-liċenzja ta' l-esportazzjoni b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni għandha tistabbilixxi d-dritt għall-esportazzjoni u l-intitolament għar-rifużjoni.

Meta l-esportazzjoni tal-prodotti li ma humiex suġġetti għal preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, il-liċenzja ta' l-esportazzjoni b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni għandha tistabbilixxi biss l-intitolament għar-rifużjoni.

L-obbligazzjonijiet li għalihom hemm referenza f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ħtiġiet primarji fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

3. Fil-każi speċifikati fl-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament u fil-każi meta jkun hemm provvediment għall-ħtieġa bħal din fir-regoli speċifiċi tal-Komunità għas-settur relevanti, il-ħruġ tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandu joħloq obbligu sabiex issir l-importazzjoni minn jew l-esportazzjoni lejn il-pajjiż jew lejn il-gruppi ta' pajjiżi speċifikati fih.

4. Meta l-kwantità importata jew esportata hi akbar b'mhux aktar minn 5 % mill-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat, għandha titqies li tkun ġiet importata jew esportata permezz tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

5. Meta l-kwantità 'importata jew esportata tkun inqas b'mhux aktar minn 5 % mill-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat, l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni għandha tkun ikkunsidrata li tkun ġiet sodisfatta.

6. Għall-għanijiet ta' paragrafi 4 u 5, jekk il-liċenzja jew iċ-ċertifikat ikun maħruġ fuq bażi ta' massimu tar-riżultat tal-kalkolazzjoni ta' 5 % li hemm referenza għalihom fihom, għandha, meta jkun applikabbli, tkun imressqa lejn l-akbar numru sħiħ li jkun imiss.

7. Meta, permezz ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1182/71, il-liċenzja jew iċ-ċertifikat li jiffissa l-levy ta' l-esportazzjoni jew tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni bil-quddiem ikun użat fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-aħħar ġurnata tal-perjodu normali tal-validità tagħha, il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tkun ikkunsidrata li tkun ġiet użata fl-aħħar ġurnata tal-perjodu normali tal-validità għall-għanijiet ta' l-ammonti ffissati bil-quddiem.

Artikolu 9

1. Obbligazzjonijiet li joħorġu mil-liċenzji jew miċ-ċertifikati m'għandhomx ikunu trasferibbli. Id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji jew miċ-ċertifikati m'għandhomx ikunu trasferibbli mill-pussessur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Trasferiment bħal dan jista' jsir favur persuna waħda biss li tirċievi t-trasferiment għal kull liċenzja jew ċertifikat jew silta minnhom. Għandu jkollu x'jaqsam mal-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew liċ-ċertifikat jew l-estratt.

2. Persuni li jirċievu t-trasferimenti ma jistgħux jerġgħu jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom imma jistgħu jittrasferixxuhom lura lill-pussessur titolari. Trasferimenti lura lejn il-pussessur titolari, għandhom ikollhom x'jaqsmu mal-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx attribwiti lejn il-liċenzja jew iċ-ċertifikat jew l-estratt.

F'tali każi, għandha ssir waħda mill-kitbiet segwenti mill-korp tal-ħruġ fis-Sezzjoni 6 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat:

- retrocesión al titular el…

- tilbageføring til indehaveren den…

- Rückübertragung auf den Lizenzinhaber am…

- εκ νέου παραχώρηση στο δικαιούχο στις…

- rights transferred back to the titular holder on (date)…

- rétrocession au titulaire le…

- retrocessione al titolare in data…

- aan de titularis geretrocedeerd op…

- retrocessão ao titular em…

- palautus todistuksenhaltijalle…

- återbördad till licensinnehavaren den…

3. Fil-każ ta' talba għal trasferiment mill-pussessur titolari jew trasferiment lura lill-pussessur titolari mill-persuna li tirċievi t-trasferiment, il-korp tal-ħruġ jew l-aġenzija jew aġenziji nnominati minn kull Stat Membru għandhom jiktbu dan li ġej fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikati jew meta jkun xieraq l-estratt minnhom:

- l-isem u l-indirizz ta' min jirċievi t-trasferiment jew il-kitba li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2,

- id-data ta' dħul bħal dan iċċertifikata bit-timbru tal-korp jew ta' l-aġenzija.

4. It-trasferiment jew it-trasferiment lura lill-pussessur titolari għandu jseħħ mid-data tad-dħul.

Artikolu 10

Estratti minn liċenzji jew ċertifikati għandu jkollhom l-istess effetti legali bħal-liċenzji jew iċ-ċertifikati minn fejn ikunu ġew maħruġa, fil-limiti tal-kwantità għal liema tali estratti jkunu maħruġa.

Artikolu 11

Il-liċenzji jew iċ-ċertifikati u l-estratti maħruġa u l-kitbiet u l-awtorizzazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru għandu jkollhom l-istess effetti legali f'kull wieħed mill-Istati Membri tad-dokumenti maħruġa u l-kitbiet u l-awtorizazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet ta' dawn l-Istati Membri.

Artikolu 12

1. Meta liċenzja li tiffissa r-rifużjoni bil-quddiem tintuża biex tesporta taħlita, tali taħlita m'għandhiex tkun eliġibbli malli tkun esportata għar-rata b'hekk iffissata bil-quddiem meta l-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-kostitwent li fuqha hija kkalkulata r-rifużjoni applikabbli għat-taħlita ma jikkorrispondix ma' dik tat-taħlita.

2. Meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat li jiffissa r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni bil-quddiem tintuża biex tkun esportata merkanzija maqsuma fi gruppi, ir-rata ffissata bil-quddiem għandha tapplika biss għall-komponent li għandu l-istess klassifikazzjoni ta' tariffa tas-sett.

Sezzjoni 2

L-Applikazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati

Artikolu 13

1. M'għandha tkun aċċettata l-ebda applikazzjoni għall-liċenzja jew għaċ-ċertifikat sakemm ma tkunx mgħoddija jew ippreżentata mal-korp kompetenti fuq formoli stampati u/jew magħmula bi qbil ma' l-Artikolu 18.

B'dana kollu, il-korpi kompetenti jistgħu jaċċettaw telekomunikazzjonijiet bil-kitba u messaġġi elettroniċi bħala applikazzjonijiet validi, sakemm jinkludu l-informazzjoni kollha li kieku kienet tidher fuq il-formola, li kieku kienet ġiet użata. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li telekomunikazzjonijiet bil-kitba u/jew messaġġi elettroniċi jkunu segwiti b'applikazzjoni fuq formola stampata jew magħmula bi qbil ma' l-Artikolu 18, mgħoddija jew imwassla direttament għand il-korp kompetenti; f'tali każi d-data li fiha t-telekomunikazzjonijiet jew il-messaġġi elettroniċi jkunu waslu għand il-korp kompetenti għandha titqies bħala l-ġurnata li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. Din il-kondizzjoni m'għandhiex taffettwa l-validità ta' l-applikazzjonijiet ippreżentati permezz ta' telekomunikazzjonijiet bil-kitba jew b'messaġġi elettroniċi.

Meta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jew għaċ-ċertifikati jkunu ppreżentati elettronikament, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif il-firma miktuba bl-idejn għandha tkun issostitwita b'mezz ieħor, li jista' jkun ibbażat fuq l-użu ta' kodiċi.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati jistgħu jkunu kkanċellati biss permezz ta' ittra, telekomunikazzjonijiet bil-kitba jew messaġġi elettroniċi li jirċivihom il-korp kompetenti, minbarra f'każi ta' force majeure, sas-1 p.m. ta' dakinhar li tkun iddaħħlet l-applikazzjoni.

Artikolu 14

Is-Sezzjoni 16 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni u tal-liċenzji nfushom għandhom juru l-kodiċi bi 12-il figura tal-prodott meħuda min-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għall-użu ma' rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

B'dana kollu, meta r-rata tar-rifużjoni tkun l-istess jew bosta kodiċi fl-istess kategorija, li għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra li jirregolaw il-korpi tas-suq, dawn il-kodiċi jistgħu jiddaħħlu flimkien fuq l-applikazzjonijiet tal-liċenzji u fuq il-liċenzji nfushom.

Meta jkun hemm differenza fir-rati tar-rifużjoni skond id-destinazzjoni, il-pajjiż jew l-inħawi ta' destinazzjoni, skond ma jkun il-każ, għandhom ikun murija fis-Sezzjoni 7 kemm fuq l-applikazzjonijiet u wkoll fuq il-liċenzji nfushom.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu, meta grupp ta' prodotti kif hemm referenza għalihom fit-tieni subinċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ikunu definiti, il-kodiċi tal-prodott li jappartjeni għall-grupp jista' jiddaħħal fis-Sezzjoni 22 ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji u fil-liċenzji, ippreċeduti mid-dikjarazzjoni: "grupp ta' prodott li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999".

Artikolu 15

1. Applikazzjonijiet li jkun fihom kondizzjonijiet li ma hemmx provvediment dwarhom fir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu rrifjutati.

2. L-ebda applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat m'għandha tkun aċċettata sakemm ma tkunx ġiet ippreżentata garanzija adekwata mill-korp kompetenti mhux aktar tard mis-1 p.m. ta' dakinhar li tiddaħħal l-applikazzjoni.

Il-jum li fih tiddaħħal l-applikazzjoni fil-qofol ta' dak li jfissser l-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi l-każ operattiv għar-rata tal-kambju ta' l-ewro għall-ammont tal-garanzija.

3. Meta l-garanzija fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat tammonta għal 60 Ewro jew inqas, jew meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat ikun imħejji f'isem l-aġenzija ta' l-intervent, ma jkun hemm bżonn ta' l-ebda garanzija.

4. Meta l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażliet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, l-ammont tal-garanzija għandu jintalab malli jiskadi l-limitu ta' żmien ta' xahrejn wara d-data li fiha tiskadi l-validità tal-liċenzja.

5. Ma jkun hemm bżonn ta' l-ebda garanzija fil-każ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi marbuta ma' l-operazzjonijiet mhux Komunitarji ta' għajnuna ta' l-ikel imwettqa minn aġenziji umanitarji approvati għal dak il-għan mill-Istat Membru esportatur. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament b'tali aġenziji umanitarji approvati.

6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 3 sa 5, l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 16

L-Applikazzjonijiet għal-liċenzji u għal-liċenzji bi jew mingħajr stabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni li huma mħejjija b'konnessjoni ma' ħidma ta' għajnuna ta' l-ikel fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż bħala parti min-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj għandu jkun fihom, fis-Sezzjoni 20, mill-inqas waħda mill-formulazzjonijiet segwenti:

- Certificado GATT — Ayuda alimentaria

- GATT-licens — fødevarehjælp

- GATT-Lizenz, Nahrungsmittelhilfe

- Πιστοποιητικό GATT — επισιτιστική βοήθεια

- Licence under GATT — food aid

- Certificat GATT — aide alimentaire

- Titolo GATT — Aiuto alimentare

- GATT-certificaat — Voedselhulp

- Certificado GATT — ajuda alimentar

- GATT-todistus — elintarvikeapu

- GATT-licens — livsmedelsbistånd

Il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jkun indikat fis-Sezzjoni 7. Din il-liċenzja hi valida biss għall- esportazzjonijiet fil-kuntest ta' tali operazzjonijiet ta' għajnuna ta' l-ikel.

Artikolu 17

1. Il-ġurnata li fiha tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat tfisser il-ġurnata li fiha l-korp kompetenti jkun irċiviha, sakemm din tkun waslet mhux aktar tard mis-1 p.m., mingħajr ma jingħata każ ta' jekk l-applikazzjoni tkunx imwassla direttament lill-korp kompetenti jew ippreżentata lilu permezz ta' ittra jew b'telekomunikazzjoni bil-miktub jew permezz ta' messaġġ elettroniku.

2. L-applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat imwassla għand l-awtorità kompetenti jew nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'xi vaganza jew wara s-1p.m. ta' jum tax-xogħol għandha titqies li tkun ġiet ippreżentata fl-ewwel jum tax-xogħol ta' wara l-ġurnata li fil-fatt tkun ġiet ippreżentata.

3. Meta perjodu ta' numru speċifiku ta' ġranet ikun stabbilit għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jew għaċ-ċertifikati u meta l-aħħar ġurnata tal-perjodu taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew f'vaganza, il-perjodu in kwistjoni għandu jintemm fis-1 p.m nhar l-ewwel ġurnata xogħol ta' wara.

B'dana kollu, m'għandux jingħata każ ta' tali estenzjonijiet sabiex jinħadmu l-ammonti stabbiliti fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat jew sabiex ikun stabbilit il-perjodu tal-validità tagħhom.

4. Il-limiti taż-żmien speċifikati f'dan ir-Regolament huma f'ħin lokali Belġjan.

Artikolu 18

1. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) u ta' l-Artikolu 19(1), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jew għaċ-ċertifikati, liċenzji u ċertifikati u estratti minnhom għandhom ikunu mhejjija fuq formoli li jkunu konformi mal-mudelli murija fl-Anness I. Dawn il-formoli għandhom jimtlew billi jkunu segwiti l-istruzzjonijiet mogħtija fihom u bi qbil mad-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità applikabbli fis-settur tal-prodott relevanti.

2. Il-formoli tal-liċenzji u taċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien mal-kopji żejda tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, f'dik l-ordni.

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti sabiex jimlew formola ta' l-applikazzjoni biss, minflok jimlew is-settijiet li għalihom hemm ipprovdut fis-subparagrafu preċedenti.

Meta, bħala riżultat ta' miżura tal-Komunità, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet liċenzja jew ċertifikat tista' tkun inqas mill-kwantità li dwarha inizjalment kienet saret l-applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat, il-kwantità li dwarha tkun saret l-applikazzjoni u l-ammont ta' garanzija li għandu x'jaqsam magħha għandhom jinkitbu biss fuq il-formola ta' l-applikazzjoni.

Il-formoli għall-estratti tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula f'settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f'dik l-ordni.

3. Il-formoli, inklużi l-paġni miżjuda, għandhom ikunu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, mħejjija għall-kitba u li tiżen ta' l-inqas 40 gramma għal kull metru kwadru. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm, it-tul permess ivarja minn 5mm taħt l-aħħar figura sa 8 mm 'l fuq; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (1/6 ta' pulzier); il-preżentazzjoni tal-formoli għandha tkun segwita b'mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1 u n-naħa tal-paġni miżjuda li fuqhom iridu jidhru l-attribuzzjonijiet għandhom bħala żieda jkollhom sfond stampat b'disinn ta' guilloche sabiex tikxef kull falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekkaniċi jew kimiċi. L-isfond tal-guilloche għandu jkun aħdar għall-formoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni u kulur kannella sepja għall-formoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli ħalli jkollhom il-formoli stampati. Il-formoli jistgħu jkunu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. F'dan il-każ ta' l-aħħar, referenza dwar l-approvazzjoni mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull formula. Kull formola għandha turi indikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li biha l-istampatur jista' jkun identifikat u, ħlief għall-formola ta' l-applikazzjoni u l-paġni miżjuda, numru serjali individwali. In-numru għandu jkun ippreċedut bl-ittri segwenti skond l-Istat Membru li joħroġ id-dokument: "AT" għall-Awstrija "BE" għall-Belġju, "DE" għall-Ġermanja, "DK" għad-Danimarka "EL" għall-Greċja, "ES" għal Spanja, "FI" għall-Fillandja, "EI" għall-Irlanda, "IT" għall-Italja, "LU" għall-Lussemburgu, "NL" għall-Olanda, "PT" għall-Portugall, "SE" għall-Isvezja u "UK" għar-Renju Unit.

Fiż-żmien tal-ħruġ tagħhom il-liċenzji jew iċ-ċertifikati u l-estratti jistgħu juru numru ta' ħruġ allokat mill-korp ta' ħruġ.

5. L-applikazzjoni, il-liċenzji u ċ-ċertifikati u l-estratti għandhom jimtlew b'tipa ttajpjata jew permezz ta' mezzi kkompjuterizzati. Għandhom ikunu stampati u mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-ħruġ. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjoni tkunu miktuba biss bl-idejn bil-inka u b'ittri kapitali.

6. It-timbri ta' korpjiet tal-ħruġ u l-awtoritajiet ta' l-attribwiti għandhom isiru permezz ta' timbru tal-metall, preferibbilment jekk ikun magħmul mill-azzar. B'dana kollu, it-timbru ta' korp tal-ħruġ jista' jkun mibdul b'timbru t'għafis flimkien ma' ittri u figuri miksuba permezz ta' nfid.

7. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, meta jkun neċessarju, jitolbu li l-liċenzji jew iċ-ċertifikati jew l-estratti minnhom ikunu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 19

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-liċenzji u ċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu u jkunu użati bl-użu ta' sistemi kkompjuterizzati bi qbil mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Minn issa 'l quddiem dawn ikunu magħrufa bħala "il-liċenzji u ċ-ċertifikati elettroniċi".

Il-kontenut tal-liċenzji u ċ-ċertifikati elettroniċi għandu jkun identiku għal dak tal-liċenzji u ċ-ċertifikati fuq il-karta.

2. Meta d-detenturi titolari jew min jittrasferixxi l-liċenzji jew iċ-ċertifikati jkollhom bżonn jużaw il-formola elettronika fi Stat Membru li ma jkunx imqabbad mas-sistema tal-ħruġ bil-kompjuter, dawn għandhom jitolbu silta minnha.

Estratti bħal dawn għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr spejjeż addizzjonali skond ma hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 18.

Fi Stati Membri mqabbda mas-sistema tal-ħruġ bil-kompjuter, estratti bħal dawn għandhom jintużaw fl-għamla tas-silta fuq il-karta.

Artikolu 20

1. Meta l-ammonti li jirriżultaw mill-kambju ta' l-ewro f'somom f'munita nazzjonali li għandhom jinkitbu fuq il-liċenzji jew fuq iċ-ċertifikati jkun fihom tliet postijiet deċimali jew aktar, għandhom jingħataw biss l-ewwel tnejn. F'każi bħal dawn, meta t-tielet post ikun ħamsa jew aktar it-tieni post għandu jsir in-numru segwenti, u meta t-tielet post hu inqas minn ħamsa t-tieni post għandu jibqa' l-istess.

2. B'dana kollu, meta l-ammonti murija f'ewros huma kkonvertiti f'liri sterlini, ir-referenza għall-ewwel żewġ postijiet deċimali fil-paragrafu 1 għandhom jinqraw bħala referenza għall-ewwel erba' numri deċimali. F'każi bħal dawn, meta l-ħames post ikun ħamsa jew aktar ir-raba' post għandu jsir in-numru segwenti, u meta l-ħames post ikun inqas minn ħamsa r-raba' post għandu jibqa' l-istess.

Artikolu 21

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 dwar il-liċenzji u ċ-ċertifikati elettroniċi, il-liċenzji u ċ-ċertifikati għandhom ikunu mħejjija f'mill-inqas żewġ kopji, l-ewwel waħda minnhom, imsemmija "kopja tal-pussessur" u mmarkata "Nru 1", għandha tingħata bla telf ta' żmien lill-applikant u t-tieni waħda, imsemmija "kopja tal-korp tal-ħruġ" u mmarkata "Nru 2", għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ.

2. Meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat jkunu maħruġa għal kwantità ta' inqas minn dik li għaliha saret l-applikazzjoni, il-korp tal-ħruġ għandu jindika:

- fis-Sezzjoni 17 u 18, il-kwantità li għaliha tkun inħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat,

- fis-Sezzjoni 11, l-ammont tal-garanzija korrispondenti.

Il-garanzija ppreżentata f'dak li jirrigwarda l-kwantità li għaliha ma nħarġitx il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tkun irrilaxxata mill-ewwel.

Artikolu 22

1. Malli ssir l-applikazzjoni mid-detentur titolari tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat jew min dak li jirċievi t-trasferiment, u fuq il-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 tad-dokument, tista' tinħareġ silta waħda jew aktar tagħhom mill-korp jew l-aġenzija tal-ħruġ jew aġenziji maħtura minn kull Stat Membru.

L-estratti għandhom ikunu mħejjija f'mill-inqas żewġ kopji, l-ewwel waħda minnhom, imsemmija "kopja tad-detentur" u mmarkata "Nru 1", għandha tingħata jew tkun indirizzata lill-applikant u t-tieni, imsemmija "kopja tal-korp tal-ħruġ" u mmarkata "Nru 2", għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ..

Il-korp li joħroġ l-estratt għandu, fuq il-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, jikteb il-kwantità li għaliha jkun inħareġ l-estratt, miżjuda bit-tolleranza relevanti. Il-kelma "silta" għandha tinkiteb biswit il-kwantità miktuba fuq il-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

2. L-ebda silta oħra ma' tkun tista' ssir minn silta ta' liċenzja jew ta' ċertifikat.

3. Kopja Nru 1 tas-silta li tkun intużat jew li tkun skaduta għandha tkun irritornata mid-detentur titolari lejn il-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat, flimkien mal-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat li tkun ġejja minnu, sabiex il-korp ikun jista' jagħmel l-aġġustamenti għall-kitbiet fil-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat fid-dawl ta' dawk li jidhru fuq il-kopja Nru 1 tas-silta.

Artikolu 23

1. Għall-għan biex ikun iddeterminat il-perjodu tal-validità tagħhom, il-liċenzji u ċ-ċertifikati għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu dakinhar li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni dwarhom, b'dik il-ġurnata tkun inkluża fil-kalkolazzjoni ta' dak il-perjodu tal-validità. B'dana kollu, liċenzji u ċertifikati ma jkunux jistgħu jiġu użati qabel il-ħruġ attwali tagħhom.

2. Jista' jkun speċifikat li l-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandu jsir validu dakinhar tal-ħruġ attwali tagħhom, f'liema każ dik il-ġurnata għandha tkun inkluża fil-kalkolazzjoni tal-perjodu tal-validità tagħhom.

Sezzjoni 3

Użu tal-liċenzji u taċ-ċertifikati

Artikolu 24

1. Il-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali li jkun aċċetta:

(a) fil-każ ta' liċenzja ta' l-importazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-ħruġ f'ċirkolazzjoni ħielsa;

(b) fil-każ tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' l-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni, id-dikjarazzjoni li jkollha x'taqsam ma':

- l-esportazzjoni, jew

- wieħed mill-fornimenti speċifikati fl-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew

- it-tqegħid ta' prodotti taħt l-arranġamenti li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew

- it-tqegħid ta' prodotti taħt wieħed mill-arranġamenti li għalihom hemm provvediment fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, id-dikjarazzjoni doganali għandha ssir mid-detentur titolari jew, meta jkun hemm bżonn, minn dak li jirċievi t-trasferiment tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, jew mir-rappreżentant tagħhom fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2. Il-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandha tintwera, jew tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet doganali, fiż-żmien ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha f'paragrafu 1.

3. Wara li l-uffiċċju li hemm referenza għalih f'paragrafu 1 ikun għamel l-attribuzzjoni u jkun awtorizza l-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, din għandha tkun mibgħuta lura lejn il-parti kkonċernata. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu jew jippermettu lill-parti kkonċernata li tagħmel il-kitba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat; f'dawk il-każi kollha, il-kitba għandha tkun eżaminta u awtorizzata mill-uffiċċju kompetenti.

4. Meta l-kwantità importata jew esportata ma tkunx tikkorrispondi mal-kwantità miktuba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat, il-kitba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tkun irranġata sabiex turi l-kwantità fil-fatt importata jew esportata, fil-limiti tal-kwantità li għaliha tkun inħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

Artikolu 25

1. Minkejja l-Artikolu 24, l-Istat Membru jista' jippermetti li l-liċenzja jew iċ-ċertifikat ikun ippreżentat għand il-korp tal-ħruġ jew, meta jkun hemm bżonn, għand l-awtoritajiet responsabbli mill-ħlas tar-rifużjoni.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi l-każi li fihom il-paragrafu 1 għandu jkun japplika u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti mill-parti kkonċernata sabiex tibbenefika mill-proċedura stabbilita f'dak il-paragrafu. B'dana kollu, id-disposizzjonijiet adottati minn dak l-Istat Membru għandhom jassiguraw trattament ugwali għaċ-ċertifikati kollha maħruġa fil-Komunità.

3. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema awtorità għandha tagħmel il-kitba fuq iċ-ċertifikat u tawtorizzah.

B'dana kollu, l-attribuzzjoni u l-ittimbrar taċ-ċertifikat għandhom jitqiesu li jkunu twettqu wkoll meta d-dokument li jagħti d-dettalji tal-kwantitajiet esportati jkun ġie ġġenerat mill-kompjuter. Dan id-dokument għandu jkun megħmuż maċ-ċertifikat u ppreżentat miegħu, minbarra meta jkun hemm sistema ta' kontroll ikkompjuterizzata.

Id-data tal-preżentazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(1).

4. Fiż-żmien ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, il-parti kkonċernata għandha tindika fuq id-dokument tad-dikjarazzjoni li dan l-Artikolu japplika u tikkwota n-numru tar-referenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat li għandu jintuża.

5. Fil-każ tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat li tawtorizza l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, il-merkanzija tista' tinħareġ biss jekk l-awtorità kompetenti tkun informat lill-uffiċċju doganali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 24(1) li l-liċenzja jew iċ-ċertifikat indikat fuq id-dokument doganali huwa validu għall-prodott ikkonċernat u li jkun ġie attribwit.

6. Meta l-prodotti esportati ma jkunux suġġetti għall-preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni imma li r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jkunu ġew stabbiliti permezz tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tiffissa bil-quddiem ir-rata ta' l-esportazzjoni, jekk, minħabba żball, id-dokument użat waqt l-esportazzjoni sabiex juri l-eliġibilità għal rifużjoni ma jsemmix dan l-Artikolu u/jew in-numru tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, jew jekk l-informazzjoni ma tkunx korretta, l-operazzjoni tista' tkun irregolarizzata basta li l-kondizzjonijiet segwenti jkunu milħuqa:

(a) il-liċenzja ta' l-esportazzjoni b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni għall-prodott ikkonċernat, valida dakinhar ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, tkun fil-pussess ta' l-awtorità responsabbli għall-ħlas tar-rifużjoni;

(b) tinżamm prova suffiċjenti għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu rabta bejn il-kwantità esportata u l-liċenzja jew iċ-ċertifikat li jkopri l-esportazzjoni.

Artikolu 26

1. Kitbiet magħmula fuq il-liċenzji, iċ-ċertifikati jew l-estratti ma jistgħux ikunu mibdula wara l-ħruġ tagħhom.

2. Meta jkun hemm dubju dwar l-eżattezza ta' kitbiet fuq il-liċenzji, iċ-ċertifikati jew l-estratti, dik il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt għandha, fuq l-inizjattiva tal-parti kkonċernata jew ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, tkun mibgħuta lura lejn il-korp tal-ħruġ.

Jekk il-korp tal-ħruġ jikkonsidra li jkun hemm bżonn ta' korrezzjoni, għandu jirtira s-silta jew il-liċenzja jew iċ-ċertifikat kif ukoll kull silta maħruġa qabel u għandu joħroġ bla telf ta' żmien jew silta kkorreġuta jew liċenzja kkorreġuta jew ċertifikat u l-estratti ikkorreġuti li jikkorrispondu magħhom. Fuq id-dokumenti l-oħra, li għandhom jinkludu l-kitba "liċenzja (jew ċertifikat) ikkorreġuta nhar il-…" jew "silta kkorreġuta nhar il-…", il-kitbiet kollha preċedenti għandhom ikunu riprodotti fuq kull kopja.

Meta l-korp tal-ħruġ ma' jikkonsidrax li jkun meħtieġ li l-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt ikunu kkoreġuti, għandha tinkiteb fuqhom l-awtorizzazzjoni “ ivverifikat nhar il-… bi qbil ma' l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000” u jagħmel it-timbru tiegħu.

Artikolu 27

1. Fuq talba tal-korp tal-ħruġ, id-detentur titolari għandu jibgħat lura l-liċenzja jew iċ-ċertifikat u l-estratti minnhom.

2. Meta dokument imħaqqaq ikun mibgħut lura jew miżmum bi qbil ma' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 26, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fuq talba, jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata.

Artikolu 28

Meta l-ispazju rriservat għall-kitbiet fuq il-liċenzji, iċ-ċertifikati jew l-estratti minnhom ma jkunx suffiċjenti, l-awtoritajiet li jagħmlu l-kitbiet jistgħu jehmżu magħhom paġna jew aktar mehmuża li jkun fihom spazju għall-kitbiet kif murija fuq wara tal-kopja Nru 1 tal-liċenzji, taċ-ċertifikati jew ta' l-estratti msemmija. Dawn l-awtoritajiet għandhom ipoġġu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt minnhom u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna miżjuda, u għal kull paġna miżjuda maħruġa għandu jitpoġġa timbru ieħor bl-istess mod min-naħa għall-oħra ta' tali paġna u l-paġna ta' qabel.

Artikolu 29

1. Meta jkun hemm dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja, taċ-ċertifikat jew tas-silta, jew tal-kitbiet jew ta' l-awtorizzazzjonijiet fuqhom, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirritornaw id-dokument dubjuż, jew fotokopja tiegħu, lejn l-awtoritajiet ikkonċernati għall-kontroll.

Id-dokumenti jistgħu jkunu rritornati wkoll permezz ta' kontroll każwali, f'tali każ għandha tkun irritornata biss fotokopja tad-dokument.

2. Meta d-dokument dubjuż ikun irritornat bi qbil mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom fuq talba jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata.

Artikolu 30

1. Meta jkun neċessarju, għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni dwar il-liċenzji, iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur tal-liġijiet li jikkonċernawhom.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni malli jkollhom għarfien dwar l-irregolaritajiet u l-ksur tal-liġijiet dwar dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li jkunu ħarġu l-liċenzji jew iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom, jiġbru levies ta' l-esportazzjoni u jħallsu r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4. L-Istati Membri għandhom jgħaddu wkoll lejn il-Kummissjoni impressjonijiet tat-timbri uffiċjali u, meta hu xieraq, tal-presses ta' inqix użati mill-awtoritajiet li jkunu mogħtija s-setgħa biex jaġixxu. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra b'dana kollu.

Sezzjoni 4

Rilaxx tal-garanziji

Artikolu 31

F'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu tal-validità tal-liċenzji u taċ-ċertifikati:

(a) l-obbligazzjoni għall-importazzjoni għandha titqies li tkun ġiet imwettqa u d-dritt għall-importazzjoni permezz tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandhu jitqies li jkun sar dakinhar li d-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(1)(a) tkun aċċettata, suġġetta dejjem li l-prodott ikkonċernat ikun fil-fatt imqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa;

(b) l-obbligazzjoni għall-esportazzjoni għandha titqies li tkun ġiet imwettqa u d-dritt għall-esportazzjoni permezz tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandhu jitqies li jkun sar dakinhar li d-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(1)(b) tkun aċċettata.

Artikolu 32

1. Twettieq tal-kondizzjoni primarja għandu jkun muri bil-produzzjoni ta' prova li:

(a) għall-importazzjonijiet, ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 24(1)(a) dwar il-prodott ikkonċernat;

(b) għall-esportazzjonijiet, ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 24(1)(b) dwar il-prodott ikkonċernat; aktar minn hekk:

(i) fil-każ ta' jew l-esportazzjoni jew tal-provvisti trattati bħala esportazzjonijiet fit-tifsira ta' l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ikun hemm bżonn ta' prova li l-prodott ikun ġie, fi żmien 60 ġurnata mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, sakemm ma jkunx imwaqqaf milli jagħmel dan minħabba force majeure, jew, fil-każ tal-provvisti trattati bħala esportazzjonijiet, waslu fid-destinazzjoni tagħhom jew, f'każi oħra, ħallew it-territorju doganali tal-Komunità. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, tqassim ta' kwalunkwe prodotti maħsuba biss għall-konsum abbord pjattaformi tat-tħaffir jew ta' l-estrazzjoni, li jinkludu postijiet ta' xogħol li jipprovdu s-servizzi ta' l-għajnuna għal dawn l-operazzjonijiet, li jkunu qegħdin fl-inħawi tas-sezzjoni sub-marina kontinentali Ewropea, jew fl-inħawi tas-sezzjoni sub-marina kontinentali tal-parti mhux Ewropea tal-Komunità, aktar 'l hemm miż-żona ta' tliet mili li tibda mil-linja bażi użata sabiex tkun stabbilita l-medda tal-baħar territorjali ta' l-Istat Membru, għandu jkun meqjus bħala li jkun ħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità;

(ii) fil-każi meta l-prodotti jkunu ġew imqiegħda taħt il-proċedura ta' l-imħażen tal-ħwejjeġ ta' l-ikel, li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, għandu jkun hemm bżonn ta' evidenza li l-prodott, fi żmien 30 ġurnata mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tqegħid tiegħu taħt dik il-proċedura u sakemm ma jitħalliex minħabba force majeure, ikun ġie mqiegħed fi maħżen tal-ħwejjeġ ta' l-ikel.

B'dana kollu, meta l-iskadenza ta' 60 ġurnata li hemm referenza għaliha fil-punt (b)(i) ta' l-ewwel subparagrafu jew l-iskadenza ta' 30 ġurnata li hemm referenza għaliha fil-punt (b)(ii) ta' l-ewwel subparagrafu tkun għaddiet, il-garanzija għandha tkun irrilaxxata bi qbil ma' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

2. Meta l-prodotti huma mqiegħda taħt wieħed mill-arranġamenti li għalihom hemm provvediment fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, il-ħtieġa primarja għandha titqies li tkun twettqet bil-preżentazzjoni tal-prova li d-dikjarazzjoni li l-ħlas meħtieġ sabiex il-prodotti jitpoġġew b'dan il-mod tkun ġiet aċċettata; b'dana kollu, il-garanzija b'hekk irrilaxxata għandha tkun imġedda bi qbil ma' l-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament meta dak l-Artikolu jeħtieġ hekk.

Artikolu 33

1. Il-prova meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 32 għandha tingħata kif segwit:

(a) fil-każi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 32(1)(a), bil-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat u, meta jkun applikabbli, tal-kopja Nru 1 tas-silta jew ta' l-estratti mil-liċenzja jew miċ-ċertifikat, awtorizzati kif hemm ipprovdut dwarhom fl-Artikolu 24 jew fl-Artikolu 25;

(b) fil-każi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 32(1)(b) u (2), u suġġett għall-paragrafu 2, bil-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat u, meta jkun applikabbli, tal-kopja Nru 1 tas-silta jew ta' l-estratti mil-liċenzja jew miċ-ċertifikat, awtorizzati kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 24 jew fl-Artikolu 25.

2. Barra minn dan, fil-każ ta' l-esportazzjoni mill-Komunità jew tal-provvisti lejn destinazzjoni fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jew it-tqegħid tal-prodotti taħt l-arranġamenti li għalihom hemm ipprovdut fl-Artikolu 40 ta' dak ir-Regolament, prova addizzjonali tkun meħtieġa.

Din il-prova addizzjonali:

(a) meta l-operazzjonijiet segwenti jseħħu fl-Istat Membru in kwistjoni, tali prova addizzjonali għandha titħalla fl-għażla ta' l-Istat Membru li fih:

(i) tkun inħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat;

(ii) tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(1)(b), u

(iii) il-prodott:

- ikun ħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament tqassim ta' kwalunkwe prodotti maħsuba biss għall-konsum abbord pjattaformi ta' tħaffir jew ta' l-estrazzjoni, li jinkludu postijiet ta' xogħol li jipprovdu servizzi ta' għajnuna għal dawn l-operazzjonijiet, li jkunu qegħdin fl-inħawi tal-parti sotto-marina kontinentali Ewropea, jew fl-inħawi tal-parti sotto-marina kontinentali tal-parti mhux Ewropea tal-Komunità imma lil hinn miż-żona ta' tliet mili li tibda mil-linja bażi użata sabiex ikun stabbilit il-wisa' tal-baħar territorjali ta' l-Istat Membru, għandu jitqies li jkun ħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità,

- ikun imqassam lejn waħda mid-destinazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew

- imqiegħed f'maħżen bi ħwejjeġ ta' l-ikel permezz ta' l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999,

(b) fil-każi l-oħra kollha, l-prova addizzjonali għandha tingħata permezz ta':

- preżentazzjoni tal-kopja ta' kontroll T5 jew tal-kopji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 472 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 jew ta' kopja jew ta' fotokopja ċċertifikata ta' tali kopja jew kopji ta' kontroll T5, jew

- xhieda mogħtija mill-aġenzija responsabbli mill-ħlas tar-rifużjoni li l-kondizzjonijiet f'Artikolu 32(1)(b) ġew sodisfatti, jew

- prova ekwivalenti kif għaliha hemm ipprovdut f'paragrafu 4.

Meta l-għan waħdieni tal-kopja ta' kontroll T5 ikun ir-rilaxx tal-garanzija, il-kopja ta' kontroll T5 għandu jkun fiha fis-Sezzjoni 106 waħda mill-kitbiet segwenti:

- Se utilizará par liberar la garantía

- Til brug ved frigivelse af sikkerhed

- Zu verwenden für die Freistellung der Sicherheit

- προς χρησιμοποίηση για την αποδέσμευση της ασφάλειας

- To be used to release the security

- À utiliser pour la libération de la garantie

- Da utilizzare per lo svincolo della cauzione

- Te gebruiken voor vrijgave van de zekerheid

- A utilizar para liberar a garantia

- Käytettäväksi vakuuden vapauttamiseen

- Att användas för frisläppande av säkerhet

B'dana kollu, jekk l-estratt mil-liċenzja jew miċ-ċertifikat, liċenzja jew ċertifikat sostitut jew silta sostituta tkun użata, il-kitba msemmija hawn fuq għandha tiddikjara wkoll n-numru tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat oriġinali u l-isem u l-indirizz tal-korp tal-ħruġ.

Id-dokumenti li hemm referenza għalihom fl-ewwel u t-tieni subinċiż tal-paragrafu 2(b) għandhom jintbagħtu lejn il-korp tal-ħruġ permezz ta' kanali uffiċjali.

3. Meta, wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni kif hemm referenza għaliha fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 24(1)(b), prodott imqiegħed taħt waħda mill-arranġamenti ssimplifikati li għalihom hemm provvediment fil-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu 7, is-Sezzjoni 3, tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 jew fit-Titolu X, il-Kapitolu I, ta' l-Appendiċi I għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar il-proċedura tat-transitu komuni għal ġarr lejn-stazzjon-tad-destinazzjoni jew tqassim lil dak li se jirċievi l-kunsinna 'l barra mit-territorju doganali tal-Komunità, il-kopja ta' kontroll T5 meħtieġa permezz tal-paragrafu 2(b) għandha tintbagħat permezz ta' kanali uffiċjali lejn il-korp tal-ħruġ. Waħda mill-formolazzjonijiet ta' kitba segwenti għandha tinkiteb fis-Sezzjoni "J" tal-kopja ta' kontroll taħt l-intestatura "Rimarki":

- Salida del territorio aduanero de la Comunidad bajo el régimen de tránsito comunitario simplificado por ferrocarril o en contenedores grandes

- Udgang fra Fællesskabets toldområde i henhold til ordningen for den forenklede procedure for fællesskabsforsendelse med jernbane eller store containere

- Ausgang aus dem Zollgebiet der Gemeinschaft im Rahmen des vereinfachten gemeinschaftlichen Versandverfahrens mit der Eisenbahn oder in Großbehältern

- Έξοδος από το τελωνειακό έδαφος της κοινότητας υπό το απλοποιημένο καθεστώς της κοινοτικής διαμετακόμισης με σιδηρόδρομο ή μεγάλα εμπορευματοκιβώτια

- Exit from the customs territory of the Community under the simplified Community transit procedure for carriage by rail or large containers

- Sortie du territoire douanier de la Communauté sous le régime du transit communautaire simplifié par chemin de fer ou par grands conteneurs

- Uscita dal territorio doganale della Comunità in regime di transito comunitario semplificato per ferrovia o grandi contenitori

- Vertrek uit het douanegebied van de Gemeenschap onder de regeling vereenvoudigd communautair douanevervoer per spoor of in grote containers

- Saída do território aduaneiro da Comunidade ao abrigo do regime do trânsito comunitário simplificado por caminho-de-ferro ou em grandes contentores

- Vienti yhteisön tullialueelta yhteisön yksinkertaistetussa passitusmenettelyssä rautateitse tai suurissa konteissa

- Utförsel från gemenskapens tullområde enligt det förenklade transiteringsförfarandet för järnvägstransporter eller transporter i stora containrar

Fil-każ li hemm referenza għalih fis-subparagrafu ta' qabel, l-uffiċċju tat-tluq jista' jippermetti li jkun emendat il-kuntratt tal-ġarr sabiex il-ġarr jispiċċa fil-Komunità, biss jekk ikun stabbilit:

- li, meta l-garanzija tkun diġà ġiet irrilaxxata, tali garanzija għandha tkun imġedda,

jew

- li l-passi neċessarji jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet ikkonċernati sabiex ikun assigurat li l-garanzija ma tkunx irrilaxxata.

Meta l-garanzija ġiet irrilaxxata mingħajr ma l-prodott ikun ġie esportat, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa.

4. Meta l-kopja ta' kontroll T5 li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2(b) ma tkunx tista' tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur wara l-ħruġ tagħha minħabba ċirkostanzi lil hemm mill-kontroll tal-parti kkonċernata, dan ta' l-aħħar jista' japplika għand il-korp kompetenti sabiex ikunu aċċettati dokumenti oħra, filwaqt li tkun iddikjarata l-bażi għal tali applikazzjoni u jkunu fornuti dokumenti ta' sostenn.

Id-dokumenti ta' sostenn li għandhom ikunu ppreżentati flimkien ma' l-applikazzjoni għandhom ikunu dawk speċifikati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 34

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-aħħar ġurnata tax-xahar għandha tkun meħuda li tkun il-ġurnata ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 24(1)(b).

Artikolu 35

1. Malli d-detentur titolari jagħmel applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrillaxxaw il-garanzija bin-nifs fi proporzjon għal kwantitajiet tal-prodotti li għalihom tkun ingħatat prova kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 32, sakemm tkun ingħatat prova li kwantità ugwali għal mill-inqas 5 % ta' dik indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat tkun ġiet importata jew esportata.

2. Suġġett għall-applikazzjoni fl-Artikoli 40, 41 jew 49, meta l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta l-garanzija għandha tintilef b'ammont ugwali għad-differenza bejn:

(a) 95 % tal-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat, u

(b) il-kwantità fil-fatt importata jew esportata.

Jekk il-liċenzja tkun maħruġa fuq il-bażi ta' massimità r-riżultat tal-kalkolazzjoni ta' 95 % li hemm referenza għaliha hawn fuq għandha, meta jkun applikabbli, tkun imqarba lejn l-anqas numru sħiħ tal-massimità.

B'dana kollu, jekk il-kwantità importata jew esportata tammonta għal mill-inqas 5 % tal-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat, il-garanzija kollha għandha tintilef.

Barra minn dan, jekk l-ammont totali tal-garanzija li kieku għandha tintilef tkun ta' 60 Ewro jew inqas għal tali liċenzja jew ċertifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrilaxxa l-garanzija kollha.

Meta l-garanzija kollha jew parti minnha tkun ġiet irrilaxxata b'mod mhux xieraq, għandha tkun ippreżentata mill-ġdid fi proporzjon għall-kwantitajiet ikkonċernati mal-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

B'dana kollu, struzzjoni għall-garanzija irrilaxxata li għandha tkun ippreżentata mill-ġdid tista' tingħata biss fi żmien erba' snin wara li tkun ġiet irrilaxxata, sakemm l-operatur jkun aġixxa f'bona fede.

3. F'dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzji ta' l-esportazzjoni b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni:

- meta l-liċenzja jew l-estratt mil-liċenzja tkun irritornata lejn il-korp tal-ħruġ fi żmien iż-żewġ terzi tal-perjodu tal-validità tagħha, l-ammont korrispondenti tal-garanzija li għandha tintilef għandu jkun imnaqqas għal 40 %. Għal dan l-għan, kull parti tal-ġurnata tgħodd bħala ġurnata sħiħa,

- meta l-liċenzja jew l-estratt mil-liċenzja tkun irritornata lejn il-korp tal-ħruġ fi żmien li jikkorrispondi għall-aħħar terz tal-perjodu tal-validità tagħha jew matul ix-xahar ta' wara d-data ta' l-iskadenza, l-ammont korrispondenti tal-garanzija li għandu jintilef għandu jkun imnaqqas b'25 %.

Is-subparagrafu ta' hawn fuq għandu japplika biss għal-liċenzji jew għall-estratti minnhom irritornati lejn il-korp tal-ħruġ matul is-sena tal-GATT li għaliha jkunu ġew maħruġa l-liċenzji u sakemm dawn ikunu rritornati aktar minn 30 ġurnata qabel it-tmiem ta' dik is-sena.

4. (a) - Il-prova li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 33(1)(a) u (b) għandha tingħata fi żmien xahrejn ta' l-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, sa kemm dan ma jkunx impossibbli minħabba raġunijiet ta' force majeure,

- prova tat-tluq mit-territorju doganali jew ta' tqassim lejn destinazzjoni fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jew tat-tqegħid tal-prodotti taħt l-arranġamenti li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 40 ta' dak ir-Regolament, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 33(2), għandha tingħata prova fi żmien 12-il xahar mill-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, sa kemm dan ma jkunx impossibbli minħabba raġunijiet ta' force majeure.

(b) L-ammont li għandu jintilef fir-rigward tal-kwantitajiet li għalihom ma tkunx ingħatat prova dwar il-liċenzja ta' l-esportazzjoni b'istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit permezz ta' l-ewwel subinċiż ta' sub-paragrafu (a) għandu jitnaqqas:

- b'90 % jekk il-prova tkun ipprovduta fit-tielet xahar ta' wara d-data ta' l-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat,

- b'50 % jekk il-prova tkun ipprovduta fir-raba' xahar ta' wara d-data ta' l-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat,

- b'30 % jekk il-prova tkun ipprovduta fil-ħames xahar ta' wara d-data ta' l-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat,

- b'20 % jekk il-prova tkun ipprovduta fis-sitt xahar ta' wara d-data ta' l-iskadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

(ċ) Fil-każi apparti minn dawk fil-punt (b), l-ammont li għandu jintilef fir-rigward tal-kwantitajiet li għalihom ma tkunx ingħatat prova fil-limitu ta' żmien stabbilt fis-subparagrafu (a) u sa l-aktar tard fl-24 tax-xahar ta' wara d-data ta' l-skadenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandu jkun 15 % ta' l-ammont li kieku kien jintilef kompletament jekk il-prodotti ma kinux ġew importati jew esportati; meta, għal tali prodott, ikun hemm liċenzji jew ċertifikati b'livelli differenti ta' garanzija, l-inqas rata applikabbli għall- importazzjoni jew esportazzjoni użata sabiex ikun ikkalkulat l-ammont li għandu jintilef.

(d) L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu l-obbligazzjoni li tkun ipprovduta l-prova li hemm referenza għaliha fl-ewwel u fit-tieni subinċiżi tal-punt (a) jekk ikunu diġà fil-pussess ta' l-informazzjoni neċessarja.

5. Meta disposizzjoni tal-Komunità tispeċifika, b'referenza għal dan il-paragrafu, li obbligazzjoni tkun ġiet sodisfatta billi tingħata prova li l-prodott ikun wasal fid-destinazzjoni speċifikata, dik il-prova għandha tingħata bi qbil ma' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jekk ma jsirx dan il-garanzija ppreżentata mal-liċenzja jew maċ-ċertifikat għandha tintilef bi proporzjon għall-kwantità kkonċernata.

Dik il-prova għandha tingħata wkoll fi żmien 12-il xahar minn mindu teskadi l-liċenzja jew iċ-ċertifikat. B'dana kollu, meta d-dokumenti meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati fiż-żmien preskritt anke jekk l-esportatur ikun aġixxa bid-diliġenza kollha meħtieġa sabiex jiksibhom fi żmien dak il-perjodu, jista' jingħata estensjoni fiż-żmien li fih ikun jista' jippreżenta dawk id-dokumenti.

6. Fil-każ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni li dwarhom, disposizzjoni tal-Komunità tagħmel dan il-paragrafu applikabbli, il-paragrafu 4 minkejja, il-prova ta' l-utilizzazzjoni tal-liċenzja kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 33(1)(a) għandha tingħata fi żmien 45 ġurnata minn mindu teskadi l-liċenzja, sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba raġunijiet ta' force majeure.

Meta l-prova ta' l-utilizzazzjoni tal-liċenzji kif speċifikata fl-Artikolu 33(1)(a) tkun ipprovduta wara l-limitu ta' żmien preskritt:

(a) meta l-liċenzja tkun intużat, waqt li tittieħed konsiderazzjoni tat-tolleranza l-baxxa, fit-termini tal-validità, għandu jintilef 15 % ta' l-ammont totali tal-garanzija kif indikat fil-liċenzja permezz tat-tnaqqis b'rata fissa;

(b) meta l-liċenzja tkun intużat parzjalment fit-termini tal-validità, il-garanzija għandha tintilef b'ammont ugwali għal:

- id-differenza bejn 95 % tal-kwantità indikata fil-liċenzja u l-kwantità fil-fatt importata, miżjuda bi

- 15 % tal-bqija tal-garanzija wara t-tnaqqis b'rata fissa magħmul taħt l-ewwel subinċiż, miżjud bi

- 3 % ta' l-ammont tal-garanzija li tibqa' wara t-tnaqqis magħmul taħt l-ewwel żewġ subinċiżi, għal kull ġurnata li biha jkun skada l-limitu ta' żmien sabiex tingħata prova.

Sezzjoni 5

Telf tal-liċenzji u taċ-ċertifikati

Artikolu 36

1. Dan l-Artikolu għandu japplika meta r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jkunu ffissati bil-quddiem u l-liċenzja jew iċ-ċertifikat jew l-estratt minnhom relevanti tkun intilfet.

2. Il-korp li joħroġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandu joħroġ fuq talba tad-detentur, jew ta' min jirċievi t-trasferiment f'każi meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat jew l-estratt tkun ġiet trasferita, il-liċenzja jew iċ-ċertifikat issostiwita jew l-estratt issostiwit, suġġetta għat-tieni subparagrafu.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu liċenzja jew ċertifikat sostitut jew silta sostituta jekk:

- il-karattru ta' l-applikant ma jkunx tali li jiggarantixxi li l-għanijet ta' dan l-Artikolu jkunu rrispettati; f'kull Stat Membru dan il-poter għandu jkun eżerċitat bi qbil mal-prinċipji applikabbli fil-preżent f'dak l-Istat li jirregola mingħajr diskriminazzjoni bejn applikanti u l-libertà tal-kummerċ u l-industrija,

- l-applikant ikun naqas milli juri li hu kien ħa l-prekawzjonijiet raġonevoli sabiex ma jħallix li jkun hemm it-telf tal-liċenzja, taċ-ċertifikat jew tas-silta.

3. Rifondi stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura tat-tfiegħ ta' offerti għandu jkun ikkunsidrat bħala rifużjoni ffissata bil-quddiem.

4. Il-liċenzja, iċ-ċertifikat sostitut jew l-estratt sostitut għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-kitbiet li jidhru fuq id-dokument li jkunu qed jissostitwixxu. Għandha tinħareġ għal kwantità ta' merkanzija li, miżjuda b'marġini ta' tolleranza, tkun ugwali għall-kwantità disponibbli kif murija fid-dokument il-mitluf. L-applikanti għandhom jispeċifikaw dik il-kwantità bil-kitba. Meta informazzjoni miżmuma mill-korp tal-ħruġ turi li l-kwantità indikata mill-applikant tkun għolja wisq, din għandha titnaqqas bix-xieraq mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

Waħda mill-awtorizzazzjonijiet segwenti, b'rig aħmar taħtha, għandha tinkiteb fis-Sezzjoni 22 tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat sostitut jew tas-silta sostituta:

- Certificado (o extracto) de sustitición de un certificado (o extracto) perdido. Número del certificado inicial…

- Erstaningslicens/-attest (eller erstatningspartiallicens) for bortkomen licens/attest (eller partiallicens). Oprindeling licens/attest (eller partiallicens) nr…

- Ersatzlizenz (oder Teillizenz) einer verlorenen Lizenz (oder Teillizenz). Nummer der ursprünglichen Lizenz…

- Πιστοποιητικό (ή απόσπασμα) αντικαταστάσεως του απολεσθέντος πιστοποιητικού (ή αποσπάσματος πιστοποιητικού) αριθ…

- Replacement licence (certificate or extract) of a lost licence (certificate or extract). Number of original licence (certificate) …

- Certificat (ou extrait) de remplacement d'un certificat (ou extrait de) perdu. Numéro du certificat initial…

- Titolo (o estratto) sostitutivo du un titolo (o estratto) smarrito. Numero del titolo originale…

- Certificaat (of uittreksel) ter vervanging van een verloren gegaan certificaat (of uittreksel). Nummer van het oorspronkelijke certificaat…

- Certificado (ou extracto) de substituição de um certificado (ou extracto) perdido. Número do certificado inicial…

- Kadonneen todistuksen (tai otteen) korvaava todistus (tai ote). Alkuperäisen todistuksen numero…

- Ersättningslicens (licens eller dellicens) för förlorad licens (licens eller dellicens). Nummer på ursprungslicensen…

Meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat sostitut jew l-estratt sostitut ikun mitluf, m'għandha tinħareġ l-ebda liċenzja jew ċertifikat sostitut jew silta sostituta oħra.

5. Il-ħruġ tal-liċenzja, taċ-ċertifikat jew tas-silta sostituta għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' garanzija. L-ammont ta' din il-garanzija għandu jkun ikkalkolat billi tkun immultiplikata:

- ir-rata tar-rifużjoni ffissata bil-quddiem jew, meta jkun applikabbli, l-ogħla rata ta' rifużjoni għad-destinazzjonijiet koperti, miżjuda b'20 %, bil-

kwantità li għaliha għandha tinħareġ il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt sostitut miżjuda bil-marġini tat-tolleranza.

- L-ammont li bih il-garanzija tkun miżjuda m'għandux ikun inqas minn 3 Ewro għal kull 100 kilogramm piż nett.

Il-garanzija għandha tkun ippreżentata għand il-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat oriġinali.

6. Meta l-kwantità tal-prodotti esportati permezz tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat u l-liċenzja jew iċ-ċertifikat sostituti, jew permezz tas-silta sostituta, tkun akbar minn dik li kieku setgħet tkun esportata taħt il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt oriġinali, il-garanzija li hemm referenza għaliha f'paragrafu 5 li tikkorrispondi għall-kwantità żejda għandha tintilef, b'hekk ir-rifużjoni tkun meqjusa bħala li tkun ġiet irkuprata.

7. B'żieda ma' dan, f'każi meta jkun japplika l-paragrafu 6 u meta tkun tapplika levy ta' l-esportazzjoni dakinhar ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(1)(b) għall-kwantità b'eċċess, il-levy ta' l-esportazzjoni applikabbli dakinhar għandha tkun miġbura.

Il-kwantità b'eċċess:

- għandha tkun stabbilita bi qbil mal-paragrafu 6,

- għandha tkun dik dwar l-aktar dikjarazzjoni reċenti li kienet ġiet aċċettata taħt il-liċenzja jew iċ-ċertifikat oriġinali, l-estratt tal-liċenzja jew iċ-ċertifikat oriġinali, il-liċenzja jew iċ-ċertifikat sostitwiti, jew is-silta sostitwita. F'każi meta il-kwantità ta' l-aħħar esportazzjoni tkun inqas mill-kwantità b'eċċess, l-esportazzjoni jew l-esportazzjonijiet li jippreċedu immedjatament għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni sakemm tintlaħaq il-fażi meta il-kwantità b'eċċess tkun ġiet koperta.

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 [33] m'għandux japplika għall-każi koperti b'dan il-paragrafu.

8. Sakemm il-garanzija li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 5 ma tkunx intilfet bis-saħħa tal-paragrafu 6, din għandha tkun rilaxxata 15-il xahar qabel ma' jeskadi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

9. Meta l-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt mitlufa jinstabu, dawn ma jistgħux jintużaw u għandhom ikunu mibgħuta lura lejn il-korp li jkun ħareġ il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt sostitwiti. Jekk f'tali każ il-kwantità disponibbli murija fuq il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt oriġinali tkun daqs jew ikbar mill-kwantità li għaliha jkunu nħarġu il-liċenzja, iċ-ċertifikat jew l-estratt sostitwiti, miżjuda bil-marġni tat-tolleranza, il-garanzija li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5 għandha tkun rilaxxata immedjatament.

B'dana kollu, jekk il-kwantità disponibbli tkun akbar, il-parti kkonċernata tista' titlob il-ħruġ ta' silta għal kwantità, li tinkludi l-marġni tat-tolleranza, daqs il-bqija tal-kwantità disponibbli.

10. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun applikat dan l-Artikolu.

Meta l-awtoritajiet jipprovdu din l-informazzjoni permezz tal-kopja tal-kontroll T5 kif hemm referenza dwarha fl-Artikolu 472 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u maħruġa għall-għan li tingħata prova tat-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità, in-numru tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat oriġinali għandu jinkiteb fis-Sezzjoni 105 tal-kopja ta' kontroll T5. Meta s-silta minn liċenzja jew minn ċertifikat, il-liċenzja jew iċ-ċertifikat sostitwit, jew l-estratt sostitwita tkun użata, in-numru tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat oriġinali għandu jinkiteb fis-Sezzjoni 106 tal-kopja ta' kontroll T5.

Artikolu 37

1. Bl-eċċezzjoni tal-każi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tiċħad li toħroġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat sostitwit jew silta sostitwita meta l-ħruġ tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati għall-prodott in kwistjoni jkun sospiż jew meta l-ħruġ tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati jkun magħmul fl-istruttura tal-kwota kwantitattiva.

2. Meta d-detentur jew minn jirċievi t-trasferiment tal-liċenzja ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem jkun jista' jagħti prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti kemm li l-liċenzja jew li ċ-ċertifikat jew l-estratt minnhom ma jkunux intużaw kollha kemm huma jew parti minnhom u li ma jistgħux jerġgħu jkunu użati, partikolarment minħabba li kienu ġew meqruda kollha kemm huma jew parti minnhom, il-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat oriġinali għandu joħroġ liċenzja jew ċertifikat jew silta sostitwita għal kwantità tal-merkanzija, inkluż il-marġni tat-tolleranza meta jkun neċessarju, daqs il-bqija tal-kwantità disponibbli. F'dan il-każ għandha tapplika l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 36(4).

Artikolu 38

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull tliet xhur bi:

(a) in-numru tal-liċenzji, taċ-ċertifikati jew ta' l-estratti sostitwiti maħruġa matul it-tliet xhur ta' qabel

- bis-saħħa ta' l-Artikolu 36,

- bis-saħħa ta' l-Artikolu 37;

(b) in-natura u l-kwantità tal-merkanzija kkonċernata u r-rata tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew tal-levy ta' l-esportazzjoni ffissata bil-quddiem.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 39

1. Meta l-liċenzja jew iċ-ċertifikat jew l-estratt minnhom tkun mitlufa, u d-dokument il-mitluf li jkun ġie użat kollu kemm hu jew parti minnu, il-korpi tal-ħruġ jistgħu, jipprovdu lill-parti kkonċernata b'dupplikat tiegħu, imħejji u awtorizzat bl-istess mod tad-dokument oriġinali u mmarkat b'mod ċar "dupplikat" fuq kull kopja.

2. Id-dupplikati ma jistgħux jintużaw sabiex iwettqu operazzjonijiet ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni.

3. Id-dupplikati għandhom ikunu ppreżentati lill-uffiċini minn fejn tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 24 permezz tal-liċenzja, taċ-ċertifikat jew tas-silta l-mitlufa, jew lill-awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru ta' fejn ikunu jinsabu l-uffiċċini.

4. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel il-kitbiet fid-dupplikati u tawtorizzahom.

5. Id-dupplikati, b'hekk annotati, għandhom jieħdu post tal-kopja Nru 1 il-mitlufa tal-liċenzja, taċ-ċertifikat jew tas-silta biex tingħata prova għal dan l-għan jew sabiex tkun rilaxxata l-garanzija.

Sezzjoni 6

Force majeure

Artikolu 40

1. Meta, minħabba xi avveniment li l-operatur iqis li jkun jikkostitwixxi force majeure, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jkunux jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, id-detentur titolari għandu japplika għand il-korp kompetenti ta' l-Istat Membru tal-ħruġ jew sabiex il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat jkun imtawwal jew sabiex il-liċenzja jew iċ-ċertifikat ikunu kkanċellati. L-operaturi għandhom jagħtu prova taċ-ċirkostanza li huma jqisu li tikkostitwixxi force majeure fi żmien sitt xhur minn meta jiskadi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja.

Meta ma jkunux jistgħu jagħtu prova f'dak il-limitu ta' żmien minkejja li jkunu ħadmu bid-diliġenza kollha meħtieġa sabiex jiksbuha u jgħadduha, jistgħu jingħataw aktar żmien.

2. Talbiet sabiex il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat ikun estiż għal aktar minn 30 ġurnata minn meta jiskadi t-tali perjodu tal-validità għandhom ikunu miċħuda.

3. Meta ċirkostanzi li wieħed jista' jorbot fuqhom li jikkostitwixxu force majeure jkollhom x'jaqsmu mal-pajjiż esportatur u/jew mal-pajjiż ta' l-oriġini, fil-każ ta' l-importazzjoni, jew mal-pajjiż importatur, fil-każ ta' l-esportazzjonijiet, tali ċirkostanzi jistgħu jkunu aċċettati bħala tali biss jekk il-korp tal-ħruġ jew xi aġenzija uffiċjali oħra fl-istess Stat Membru kienet ġiet innotifikata bil-pajjiżi kkonċernati f'ħin tajjeb u bil-kitba.

In-notifika tal-pajjiż esportatur, tal-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-pajjiż importatur għandha tkun ikkonsidrata bħala li ġiet magħmula f'ħin tajjeb jekk iċ-ċirkostanzi, ta' min jorbot fuqhom, li jikkostitwixxu force majeure, ma setgħux ikunu mbassra mill-applikant fiż-żmien tan-notifika.

4. L-awtorità kompetenti li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tiddeċiedi jekk iċ-ċirkostanzi ta' min jorbot fuqhom jikkostitwixxux force majeure.

Artikolu 41

1. Meta ċ-ċirkostanzi ta' min jorbot fuqhom jikkostitwixxu force majeure, il-korp kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn kienet inħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandu jiddeċiedi, jew jekk l-obbligazzjoni ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkunx ikkanċellata u l-garanzija rrilaxxata, jew jekk il-perjodu tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandux ikun estiż għal tali perjodu li jkun ikkunsidrat neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ. Tali estenzjoni m'għandhiex teċċedi sitt xhur minn wara li jiskadi l-perjodu oriġinali tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

2. Id-deċiżjoni meħuda mill-korp kompetenti tista' tkun differenti mid-deċiżjoni mitluba mid-detentur titolari tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

Meta d-detentur titolari jitlob il-kanċellazzjoni tal-liċenzja li tinvolvi stabbilizzar bil-quddiem, anki jekk din it-talba tkun ġiet ippreżentata aktar minn 30 ġurnata wara li jkun skada l-perjodu tal-validità tal-liċenzja, il-korp kompetenti jista' jtawwal dak il-perjodu ta' validità jekk ir-rata ffissata bil-quddiem miżjuda b'kull aġġustamenti tkun inqas mir-rata kurrenti fil-każ ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu jew aktar mir-rata kurrenti fil-każ ta' l-ammonti li għandhom ikunu miġbura.

3. Id-deċiżjoni jekk għandhiex tkun ikkanċellata jew estiża l-liċenzja għandha jkollha x'taqsam biss mal-kwantità tal-prodott li ma setgħax ikun importat jew esportat minħabba force majeure.

4. Meta l-perjodu tal-validità tal-liċenzja jkun estiż, il-korp tal-ħruġ għandu jawtorizza l-liċenzja u l-estratti tagħha u għandu jagħmel l-aġġustamenti neċessarji dwarha.

5. Minkejja l-Artikolu 9(1), meta l-perjodu tal-validità tal-liċenzja li tinvolvi ffissar bil-quddiem jkun estiż, id-drittijiet li ġejjin minn dik il-liċenzja m'għandhomx ikunu trasferibbli. B'dana kollu, meta ċ-ċirkostanzi tal-każ in kwistjoni hekk ikunu jenħtieġu, tali trasferiment għandu jkun awtorizzat meta mitlub fl-istess ħin ta' l-estenzjoni.

6. L-Istat Membru ta' fejn japparteni l-korp kompetenti għandu javża lill-Kummissjoni bil-każ ta' force majeure; il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 42

1. Meta, wara każ ta' force majeure, l-operatur ikun applika sabiex ikun imtawwal il-perjodu tal-validità tal-liċenzja li tinvolvi stabbilizzar bil-quddiem ta' levy ta' l-esportazzjoni jew rifużjoni ta' l-esportazzjoni u l-korp kompetenti jkun għadu ma ħax deċiżjoni dwar tali applikazzjoni, l-operatur jista' japplika għand il-korp għat-tieni liċenzja. It-tieni liċenzja għandha tinħareġ fuq it-termini li jkunu japplikaw fiż-żmien ta' l-applikazzjoni apparti minn:

- li din għandha tinħareġ għal mhux aktar mill-kwantità mhux użata fuq l-ewwel liċenzja li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għall-estenzjoni,

- is-Sezzjoni 20 tagħha għandha jkun fiha waħda mil-kitbiet segwenti:

- Certificado emitido en las condiciones del artículo 42 del Reglamento (CE) no 1291/2000; certificado inicial n°…

- Licens udstedt på de i artikel 42 i forordning (EF) nr. 1291/2000 fastsatte betingelser; oprindelig licens nr…

- Unter den Bedingungen von Artikel 42 der Verordnung (EG) Nr. 1291/2000 erteilte Lizenz; ursprüngliche Lizenz Nr…

- 42 (EK) 1291/2000…

- - 42 (EK) 1291/2000…

- License issued in accordance with Article 42 of Regulation (EC) No 1291/2000; original licence No…

- Certificat émis dans les conditions de l'article 42 du règlement (CE) no 1291/2000; certificat initial n°…

- Titolo rilasciato alle condizioni dell'articolo 42 del regolamento (CE n. 1291/2000; titolo originale n…

- Certificaat afgegeven overeenkomstig artikel 42 van Verordening (EG) nr. 1291/2000; oorspronkelijk certificaat nr…

- Certificado emitido nas condições previsatas no artigo 42g do Regulamento (CE) n.o 1291/2000; certificado inicial n.o…

- Todistus myönnetty asetuksen (EY) N:o 1291/2000 42 artiklan mukaisesti; alkuperäinen todistus N:o…

2. Licens utfärdad i enlighet med artikel 42 i förordning (EG) nr 1291/2000; ursprunglig licens nr…

(a) 2. Meta l-korp kompetenti jiddeċiedi li jtawwal il-perjodu tal-validità ta' l-ewwel liċenzja:

- (a) il-kwantità li dwarha kienet użata t-tieni liċenzja għandha tkun miktuba fuq l-ewwel liċenzja sakemm:

- l-operatur li hu ntitolat li juża l-ewwel liċenzja jkun għamel użu mit-tieni liċenzja b'dan il-mod, u tali użu jkun sar matul il-perjodu estiż tal-validità;

(b) il-garanzija għat-tieni liċenzja li jkollha x'taqsam ma' dik il-kwantità għandha tkun rilaxxata;

(ċ) meta jkun applikabbli, il-korp li jkun ħareġ il-liċenzji għandu jinforma lill-korp kompetenti ta' l-Istat Membru meta t-tieni liċenzja kienet intużat sabiex l-ammont miġbur jew imħallas ikun jista' jiġi kkorreġut.

Meta l-korp kompetenti jikkonkludi li ma kien hemm l-ebda każ ta' force majeure jew meta jiddeċiedi, permezz ta' l-Artikolu 41, li l-ewwel liċenzja għandha tkun ikkanċellata, allura d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu ġejjin mit-tieni liċenzja għandhom jinżammu.

TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu 43

1. Il-prodotti li huma suġġetti għal sistema ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni jew li jikkwalifikaw għal sistema ta' iffissar bil-quddiem ta' rifużjoni jew ta' l-ammonti l-oħra applikabbli fuq l-esportazzjonijiet jistgħu jikkwalifikaw għal trattament bħala merkanzija rritornata permezz tat-Titolu VI, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jekk biss kien hemm konformità mad-disposizzjonijiet segwenti:

(a) jekk tkun saret esportazzjoni mingħajr liċenzja ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem, allura meta l-formula bl-informazzjoni INF 3 kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 850 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tkun użata għandha turi waħda mill-awtorizzazzjonijiet segwenti fis-Sezzjoni A:

- Exportación realizada sin certificado

- Udførsel uden licens/attest

- Ausfuhr ohne Ausfuhrlizenz oder Vorausfestsetzungsbescheinigung

- Εξαγωγή πραγματοποιουμένη άνευ αδείας ή πιστοποιητικού

- Exported without licence or certificate

- Exportation réalisée sans certificat

- Esportazione realizzata senza titolo

- Uitvoer sonder certificaat

- Exportação efectuada sem certificado

- Viety ilman todistusta

- Exporterad utan licens

(b) jekk tkun saret esportazzjoni koperta minn liċenzja ta' l-esportazzjoni jew b'ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem, l-Artikolu 44 għandu japplika.

2. Jekk il-merkanzija mibgħuta lura tkun impurtata mill-ġdid:

(a) permezz ta' uffiċċju doganali fi Stat Membru apparti milli l-Istat Membru li jesporta, għandha tingħata prova li l-Artikolu 44(1)(a) jew (b) ikun hemm konformità magħhom u tkun ġiet fornuta fil-folji ta' l-informazzjoni INF 3 li dwarha hemm provvediment fl-Artikolu 850 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(b) permezz ta' l-uffiċċju doganali li jkun jinsab fl-istess Stat Membru, għandha tingħata prova li d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) jew ta' l-Artikolu 44(1)(a) jew (b) ikun hemm konformità magħhom bi qbil mal-proċedura stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

3. Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika fil-każi li dwarhom hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 844(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 44

1. Meta l-obbligazzjonijiet għall-esportazzjoni ma jkunx hemm konformità magħhom, fil-każi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 43, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri segwenti:

(a) jekk tkun saret l-esportazzjoni koperta minn liċenzja ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem u tali liċenzja jew ċertifikat ma jkunx skada fid-data li fiha l-parti konċernata tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tagħmel użu mid-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq rigward il-merkanzija mibgħuta lura:

- il-kitba fuq il-liċenzja jew fuq iċ-ċertifikat dwar l-esportazzjoni in kwistjoni għandha tkun ikkanċellata,

- il-garanzija li jkollha x'taqsam mal-liċenzja jew maċ-ċertifikat m'għandhiex tkun rilaxxata f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni in kwistjoni jew, jekk tkun ġiet rilaxxata, għandha tkun fornuta mill-ġdid fi proporzjon għall-kwantitajiet li jikkonċernaw il-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat, u

- il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem għandha tkun mingħuta lura lid-dententur titolari;

(b) jekk tkun saret l-esportazzjoni koperta minn liċenzja ta' l-esportazzjoni jew minn ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem u l-liċenzja jew ċ-ċertifikat ma jkunux skadew fid-data li fiha l-parti kkonċernata tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tagħmel użu mid-disposizzjonijiet ta' merkanzija mibgħuta lura msemmija hawn fuq, allura:

- meta l-garanzija li għandha x'taqsam mal-liċenzja jew maċ-ċertifikat ma tkunx ġiet rilaxxata f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni in kwistjoni, il-garanzija għandha tintilef, suġġetta għar-regoli applikabbli fil-każ partikolari,

- meta l-garanzija tkun ġiet rilaxxata, id-detentur titolari tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat għandu jipprovdi lill-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat b'garanzija ġdida f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet in kwistjoni, u dik il-garanzija għandha tintilef, suġġetta għar-regoli applikabbli fil-każ partikolari.

2. Il-paragrafu 1(a) u (b) m'għandux japplika jekk il-merkanzija tkun giet mibgħuta lura minħabba force majeure, jew fil-każi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 844(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3454/93.

Artikolu 45

1. Meta l-garanzija li għandha x'taqsam mal-liċenzja jew maċ-ċertifikat użata għall-esportazzjoni ta' prodotti li kienu ġew importati mill-ġdid taħt is-sistema tal-merkanzija mibgħuta lura għandha tintilef bi qbil ma' l-Artikolu 44, dik il-garanzija għandha tkun rilaxxata fuq it-talbiet tal-partijiet ikkonċernati jekk l-importazzjoni mill-ġdid tkun segwita mill-esportazzjoni ta' prodotti ekwivalenti li jaqgħu taħt l-istess sottotitolu tan-Nomenklatura Magħquda.

2. L-operazzjoni ta' l-esportazzjoni:

(a) għandha tkun waħda li dwarha d-dikjarazzjoni kienet ġiet aċċettata:

- fi żmien mhux aktar minn 20 ġurnata wara d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni mill-ġdid għall-merkanzija mibgħuta lura,

- fl-uffiċċju doganali ta' l-Istat Membru li jimporta mill-ġdid innominat minn dak l-Istat Membru, u

- permezz ta' liċenzja ġdida ta' l-esportazzjoni jekk il-liċenzja ta' l-esportazzjoni inizjali tkun skadiet sad-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodotti ekwivalenti;

(b) għandha tikkonċerna prodotti:

- ta' l-istess kwalità, u

- indirizzati lil min għandu jirċievi l-kunsinna indikat għall-kunsinni ta' l-esportazzjoni oriġinali, minbarra fil-każi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 844(2)(ċ) jew (d) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

3. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata meta tingħata prova lill-korp li jkun ħareġ il-liċenzja jew iċ-ċertifikat li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jkunu ġew imwettqa. Tali prova għandha tikkonsisti fid-dokumenti segwenti:

(a) dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tal-prodotti ekwivalenti jew tal-kopja jew tal-fotokopja tagħha ċċertifikati bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti u li jkollha waħda mill-awtorizazzjonijiet segwenti:

- Condiciones previstas en el artículo 45 del Reglamento (CE) no 1291/2000 cumplidas

- Betingelsarne i artikel 45 forordning (EF) nr. 1291/2000 opfyldt

- Bedingungen von Artikel 45 der Verordnung (EG) Nr. 1291/2000 wurden eingehalten

- Τηρουμένων των προϋποθέσεων του άρθρου 45 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1291/2000

- Conditions laid down in article 45 of Regulation (EC) No 1291/2000 fullfilled

- Conditions prévues à l'article 45 du règlement (CE) no 1291/2000 respectées

- Condizioni previste dall'articolo 45 del regolamento (CE) no 1291/2000 ottemperate

- in artikel 45 van Verordening (EG) nr. 1291/2000 bedoelde voorwaarden nageleefd

- Condições previstas no artigo 45.o do Regulamento (CE) n.o 1291/2000 cumpridas

- Asetuksen (EY) N:o 1291/2000 45 artiklassa säädetyt edellytykset on täytetty

- Villkoren i artikel 45 i förordning (EG) nr 1291/2000 är uppfyllda.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun awtentikata bit-timbru ta' l-uffiċċju doganali kkonċernat, applikat direttament fuq id-dokument in kwistjoni; u

(b) dokument li jiċċertifika li l-prodotti jkunu ħarġu mit-territorju doganali tal-Komunità fi żmien 60 ġurnata mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni doganali, minbarra f'każ ta' force majeure.

Artikolu 46

1. Għall-għanijet ta' l-Artikolu 896 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, konferma li kienu ttieħdu miżuri li jneħħu xi effetti tat-tqegħid tal-merkanzija f'ċirkolazzjoni ħielsa għandha tingħata permezz ta' l-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat, suġġetta għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

L-importatur għandu jinforma lill-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat bi:

- l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 877(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li għandha tintbagħtilha l-konferma,

- il-kwantità u n-natura tal-prodotti in kwistjoni, id-data ta' l-importazzjoni u n-numru tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat ikkonċernat.

Jekk il-liċenzja jew iċ-ċertifikat ma tkunx ġiet mibgħuta lura lejn l-awtorità tal-ħruġ, l-importatur għandu jippreżentaha lil dik l-awtorità.

Qabel ma tibgħat il-konferma li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tassigura li:

- l-garanzija li tkopri l-kwantitajiet in kwistjoni ma kinitx ġiet u mhux sejra tkun rilaxxata, jew

- jekk il-garanzija kienet ġiet rilaxxata, kienet ġiet ippreżentata mill-ġdid għall-kwantitajiet in kwistjoni.

B'dana kollu, m'għandux ikun hemm bżonn li terġa' tkun ippreżentata l-garanzija għal kwantitajiet b'eċċess tal-kwantità dwar l-obbligazzjoni għall-importazzjoni li tkun meqjusa bħala li tkun ġiet sodisfatta.

Il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tkun mibgħuta lura lill-parti kkonċernata.

2. Jekk il-ħlas lura jew it-tneħħija tad-dazji ta' l-importazzjoni jkunu miċħuda, l-awtorità tad-deċiżjonijiet għandha hekk tinforma lill-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat. Il-garanzija li tkopri l-kwantità in kwistjoni għandha tkun rilaxxata.

3. Jekk il-ħlas lura jew tneħħija tad-dazji jkunu mogħtija, il-kitba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għall-kwantità in kwistjoni għandha tkun ikkanċellata, anki jekk il-liċenzja jew iċ-ċertifikat ma jkunux aktar validi. Il-parti interessata għandha tibgħat lura l-liċenzja jew iċ-ċertifikat lejn il-korp tal-ħruġ malli ma tkunx aktar valida. Il-garanzija għall-kwantità in kwistjoni għandha tintilef suġġetta għar-regoli applikabbli għal każ in kwistjoni.

4. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw meta:

(a) minħabba raġunijet ta' force majeure l-prodotti għandhom ikunu esportati mill-ġdid, meqruda jew imqiegħda f'imħażen doganali jew f'żona ħielsa, jew

(b) il-prodotti jkunu fis-sitwazzjoni li hemm referenza dwarhom fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 900(1)(n) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew

(ċ) il-liċenzja jew iċ-ċertifikat li fuqhom tkun ġiet miktuba l-kwantità importata tkun għadha ma ġietx mibgħuta lura lejn il-parti kkonċernata meta l-applikazzjoni għal ħlas lura jew għat-tneħħija tad-dazji tkun ippreżentata.

5. L-ewwel sentenza tal-paragrafu 3:

- m'għandhiex tapplika fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4(b),

- għandha tapplika biss fuq it-talba tal-parti kkonċernata fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4(b).

Artikolu 47

1. Meta l-effetti tat-tqegħid ta' merkanzija f'ċirkolazzjoni ħielsa jkunu tneħħew u l-garanzija għall-liċenzja jew għaċ-ċertifikat tkun rilaxxata permezz ta' l-Artikolu 46, il-garanzija għandha tkun rilaxxata fuq it-talba tal-parti kkonċernata jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew imwettqa.

2. Il-parti kkonċernata għandha tagħti prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li, fi żmien xahrejn mid-data ta' l-importazzjoni inizjali, l-istess kwantità ta' prodotti ekwivalenti li jaqgħu taħt l-istess sottotitolu tan-Nomenklatura Magħquda tkun ġiet importata mill-istess pajjiż esportatur u mill-istess pajjiż konsenjatur sabiex tieħu post il-prodotti li dwarhom kien ġie applikat l-Artikolu 238 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 48

1. Meta l-prodotti bażiċi jkunu ġew mqiegħda taħt l-arranġament li għalih hemm provvediment fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, jew il-prodotti jew il-merkanzija tkun ġiet mqiegħda taħt l-arranġament li dwarhom hemm provvediment fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament, u l-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta' stabbilizzar bil-quddiem kien ġie użat, u meta l-parti kkonċernata kompletament jew parzjalment:

- tirtira tali prodotti bażiċi mill-kontroll doganali, kemm jekk f'dik il-forma jew bħala prodotti pproċessati, jew tali prodotti jew merkanzija, jew

- ma tkunx konformi mal-limitu taż-żmien totali kkalkolat fuq il-bażi ta' l-Artikoli 28(6) u 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jew fid-disposizzjonijiet legali l-oħra,

l-obbligazzjoni għall-esportazzjoni ma jkunx hemm konformità magħha għall-kwantità kkonċernata.

2. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' fejn tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni tal-ħlas li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandha tinforma lill-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat b'każi bħal dawk. B'mod partikolari għandha tinnotifika l-kwantità u n-natura tal-prodotti in kwistjoni, in-numru tar-referenza tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat u d-data ta' l-attribuzzjoni in kwistjoni.

3. L-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja jew iċ-ċertifikat għandha tapplika d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 44.

4. L-Istat Membru għandu jieħu dawk il-miżuri li jikkonsidra meħtieġa sabiex jassigura li jkun hemm konformità mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3.

Artikolu 49

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal ċertifikati li jiffissaw ir-rifużjoni bil-quddiem ta' l-esportazzjoni li tkun saret applikazzjoni dwarha b'konnessjoni ma' l-istedina għall-offerti maħruġa f'pajjiż importatur li mhux-membru.

L-espressjoni "stedina għall-offerta" għandha tiftiehem li tfisser stedina miftuħa maħruġa mill-aġenziji pubbliċi f'pajjiżi terzi, jew minn korpji internazzjonali rregolati b'liġi pubblika, biex jissottomettu offerti sa ċerta data li fuqhom għandha tittieħed deċiżjoni minn dawk l-aġenziji jew korpjiet.

Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, il-forzi armati li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom jitqiesu bħala pajjiż importatur.

2. L-esportaturi li jkunu ppreżentaw jew li jixtiequ li jippreżentaw offerta bi tweġiba għal stedina għall-offerti kif hemm referenza dwar dan fil-paragrafu 1 jistgħu, sakemm il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 ikunu sodisfatti, japplikaw għal ċertifikat wieħed jew aktar, li għandu jinħareġ suġġett għal li huma jkunu mogħtija l-kuntratt.

3. Dan l-Artikolu għandu japplika biss jekk id-dettalji segwenti ta' l-inqas ikunu speċifikati fl-istedina għall-offerta:

- il-pajjiż terz importatur u l-aġenzija li toħroġ l-istedina għall-offerta,

- id-data ta' l-egħluq għall-preżentazzjoni ta' l-offerti,

- il-kwantità speċifikata ta' prodotti koperti mill-istedina għall-offerti.

Il-parti kkonċernata għandha tikkomunika dawn id-dettalji lejn il-korp tal-ħruġ meta ssir l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat.

L-applikazzjoni għal ċertifikat ma tistax tkun ippreżentata aktar minn 15-il ġurnata qabel id-data ta' l-egħluq għall-preżentazzjoni ta' l-offerti imma għandha tkun ippreżentata l-aktar tard sas-1p.m. ta' dik id-data ta' l-egħluq.

Il-kwantità li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għal ċertifikat jew għal ċertifikati ma tistax teċċedi l-kwantità stabbilita fl-istedina għall-offerti. M'għandu jittieħed l-ebda akkont ta' tolleranzi jew għażliet li dwarhom ikun hemm provvediment fl-istedina għall-offerti.

4. Minkejja l-Artikolu 15(2) m'hemmx għalfejn li tkun ippreżentata l-garanzija meta ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat.

5. Fi żmien 21 ġurnata mid-data ta' l-egħluq tal-preżentazzjoni ta' l-offerti, minbarra fil-każ ta' force majeure, l-applikant għandu jinforma lill-korp tal-ħruġ b'ittra jew b'telekomunikazzjoni bil-miktub, li għandha tasal għand il-korp tal-ħruġ sa mhux aktar tard mid-data ta' meta jiskadi l-limitu ta' 21 ġurnata żmien, jew:

(a) li hu stess kien rebaħ il-kuntratt;

(b) li hu ma kienx rebaħ il-kuntratt;

(ċ) li hu ma kienx ippreżenta offerta;

(d) li hu ma jkunx f'posizzjoni li jkun jaf l-eżitu ta' l-istedina għall-offerti fil-limitu ta' żmien stabbilit għal raġunijet li ma jistgħux ikunu attribwiti lilu.

6. M'għandhomx ikunu aċċettati applikazzjonijiet għal ċertifikati meta, matul il-perjodu tal-ħruġ li għalih huma suġġetti l-applikazzjonijiet għal ċertifikati dwar ċerti prodotti, tkun ittieħdet miżura speċjali li ma tippermettix il-ħruġ ta' ċertifikati.

L-ebda miżura meħuda wara li jeskadi l-perjodu msemmi ma tkun tista' twaqqaf il-ħruġ ta' ċertifikat wieħed jew aktar maħruġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istedina għall-offerti f'dak il-każ meta l-applikant ikun wettaq il-kondizzjonijiet segwenti:

(a) l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tkun mogħtija b'xhieda bid-dokumenti xierqa;

(b) għandha tingħata prova li l-applikant kien ġie mogħti l-kuntratt;

(ċ) il-kuntratt ikun preżentat; jew

(d) meta n-nuqqas tal-kuntratt ikun iġġustifikat, id-dokumentazzjoni tkun ippreżentata li tagħti xhieda li l-obbligazzjonijiet li daħlet għalihom mal-parti jew il-partijiet l-oħra kuntrattwanti, inkluża l-konferma mill-bank tiegħu jew tagħhom tal-ftuħ ta' l-ittra rrevokabbli ta' kredtu mill-istituzzjoni finanzjarja tax-xejjer dwar il-forniment miftiehem.

(e) tkun ippreżentata l-garanzija meħtieġa għal ħruġ taċ-ċertifikat.

Iċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu biss mill-pajjiż li hemm refernza dwaru fl-ewwel subinċiż ta' l-ewwel subparagarfu tal-paragrafu 3. L-istedina għall-offerta għandha tissemma' hemmhekk.

Il-kwantità totali li dwarha jinħareġ iċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati għandha tkun il-kwantità totali li dwarha l-applikant ikun ġie mogħti l-kuntratt u li jkun ippreżenta l-kuntratt jew id-dokumentazzjoni li hemm referenza dwarhom f'(d); din il-kwantità m'għandhiex teċċedi l-kwantità li dwarha tkun saret l-applikazzjoni.

Apparti minn hekk, meta issir applikazzjoni għal diversi ċertifikati, il-kwantità li dwarha ċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati jkunu maħruġa m'għandhiex teċċedi l-kwantità inizjali mitluba għal kull ċertifikat.

Għall-għanijet li jkun iddeterminat il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat, l-Artikolu 23(1) għandu jkun japplika.L-ebda ċertifikat ma jista' jinħareġ għal kwantità li dwarha l-applikant ma kienx ġie mogħti kuntratt jew li jkun naqas milli jkun konformi ma' kull waħda mill-kondizzjonijiet speċifikati f'(a), (b), (c), (e) jew (a), (b), (d), (e) t'hawn fuq.

Id-detentur taċ-ċertifikat jew taċ-ċertifikati għandu jinżamm primarjament responsabbli għall-ħlas lura ta' kull rifużjoni mħallas b'mod mhux korrett meta jkun stabbilit li ċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikati kien jew kienu maħruġa fuq il-bażi ta' kuntratt jew obbligazzjoni, speċifikata f'(d), li ma tikkorrispondix għall-istedina għall-offerta miftuħa mill-pajjiż terz.

7. Fil-każi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 5(b), (c) u (d), l-ebda ċertifikat m'għandu jkun maħruġ b'rabta ma' l-applikazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 3.

8. Meta l-applikant għal ċertifikat jonqos milli jkun konformi mal-paragrafu 5, m'għandu jinħareġ l-ebda ċertifikat.

B'dana kollu, meta l-applikant jagħti prova lill-korp tal-ħruġ li d-data ta' l-egħluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti kienet ġiet diferita:

- b'mhux aktar minn 10 ijiem, l-applikazzjoni għandha tibqa' valida u l-perjodu ta' 21 ġurnata sabiex ikunu nnotifikati d-dettalji speċifikati fil-paragrafu 5 għandu jibda jgħodd b'effett mid-data l-ġdida ta' l-egħluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti,

- b'aktar minn 10 ijiem, l-applikazzjoni m'għandhiex tibqa' valida.

9. (a) (a) Jekk dak li rnexxielu jirbaħ l-offerta juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-aġenzija li tkun ħarġet l-istedina għall-offerta tkun ikkanċellat il-kuntratt għal raġunijiet li ma jkunux attribwiti lejn dak li jkun irnexxielu jirbaħ l-offerta u li ma jkunux jitqiesu li jikkostitwixxu force majeure, l-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija fil-każi meta r-rata tar-rifużjoni ffissata bil-quddiem tkun akbar jew daqs ir-rata tar-rifużjoni valida fl-aħħar ġurnata tal-validità taċ-ċertifikat.

(b) Jekk dak li rnexxielu jirbaħ l-offerta juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-aġenzija li tkun ħarġet l-istedina għall-offerta tkun obbligatu li jaċċetta tibdil fil-kuntratt għal raġunijet li ma jkunux attribwiti lilu u li ma jkunux jitqiesu li jikkostitwixxu force majeure, l-awtorità kompetenti tista':

- meta ir-rata tar-rifużjoni ffissata bil-quddiem tkun akbar jew daqs ir-rata tar-rifużjoni valida fl-aħħar jiem tal-validità taċ-ċertifikat, tirrilaxxa l-garanzija għall-bilanċ tal-kwantità li tkun għadha ma ġietx esportata,

- meta r-rata tar-rifużjoni ffissata bil-quddiem tkun anqas jew daqs ir-rata tar-rifużjoni valida fl-aħħar ġurnata tal-validità taċ-ċertifikat, ittawwal il-validità taċ-ċertifikat bil-perjodu meħtieġ.

B'dana kollu, meta r-regoli speċjali jirregolaw ċerti prodotti sakemm il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat maħruġ permezz ta' dan l-Artikolu ma jeċċedix il-perjodu normali tal-validità ta' dak iċ-ċertifikat u dak li rnexxielu jirbaħ l-offerta jsib ruħu f'sitwazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subinċiż ta' l-ewwel subparagrafu, il-korp tal-ħruġ jista' jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat sakemm ma jeċċedix il-perjodu massimu tal-validità permissibbli b'dawk ir-regoli.

(ċ) Jekk dak li rnexxielu jirbaħ l-offerta jagħti prova li l-istedina għall-offerta jew għall-kuntratt konkluż wara li jkun ingħata l-kuntratt għal tolleranza 'l isfel jew għażla ta' aktar minn 5 % u li l-aġenzija li tkun ħarġet l-istedina għall-offerti tinvoka d-disposizzjoni relevanti, l-obbligazzjoni għall-esportazzjoni għandha tkun meqjusa li tkun ġiet sodisfatta meta l-kwantità esportata ma tkunx aktar minn 10 % inqas mill-kwantità li dwarha jkun inħareġ iċ-ċertifikat, bil-kondizzjoni li r-rata tar-rifużjoni ffissata bil-quddiem tkun aktar minn jew daqs ir-rata tar-rifużjoni valida fl-aħħar ġurnata tal-validità taċ-ċertifikat. F'tali każi r-rata ta' 95 % li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 35(2) għandha tkun mibdula bi 90 %.

(d) Meta jkun hemm tqabbil bejn ir-rata ta' rifużjoni ffissata bil-quddiem ma' dik tar-rifużjoni validi fl-aħħar ġurnata tal-validità taċ-ċertifikat, għandu jittieħed akkont, meta jkun applikabbli, ta' l-ammonti l-oħra li dwarhom hemm provvediment permezz tar-regoli tal-Komunità.

10. L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bid-dettalji li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagarfu tal-paragrafu 3.

11. F'każi speċjali, eċċezzjonijiet għar-regoli t'hawn fuq jistgħu jkunu stabbiliti bħala segwiment tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jew, fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

Artikolu 50

1. Meta importazzjoni ta' prodott tkun suġġetta għal preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-importazzjoni u meta dik il-liċenzja sservi wkoll biex tistabbilixxi l-eliġibilità permezz ta' l-arranġament preferenzjali, il-kwantitajiet importati f'dik it-tolleranza b'eċċess tal-kwantità murija fuq il-liċenzja ta' l-importazzjoni m'għandhiex tikkwalifika permezz ta' l-arranġamenti preferenzjali.

Minbarra meta r-regolamenti f'setturi partikolari jeħtieġu formulazzjoni speċjali, is-sezzjoni 24 tal-liċenzji u taċ-ċertifikati għandha tindika waħda mis-segwenti:

- Régimen preferencial aplicable a la cantidad indicada en las casillas 17 y 18

- Præferenceordning gældende for mængden anført i rubrik 17 og 18

- Präferenzregelung, anwendbar auf die in den Feldern 17 und 18 genannte Menge

- Προτιμησιακό καθεστώς εφαρμοζόμενο για την ποσότητα που αναγράφεται στα τετραγωνίδια 17 και 18

- Preferential arrangements applicable to the quantity given in Sections 17 and 18

- Régime préférentiel applicable pour la quantité indiquée dans les cases 17 et 18

- Regime preferenziale applicabile per la quantità indicata nelle caselle 17 e 18

- Preferentiële regeling van toepassing voor de in de vakken 17 en 18 vermelde hoeveelheid

- Regime preferencial aplicável em relação à quantidade indicada nas casas 17 e 18

- Etuuskohtelu, jota sovelletaan kohdissa 17 ja 18 esitettyihin määriin

- Preferensordning tillämplig för den kvantitet som anges i fält 17 och 18.

2. Meta l-liċenzji kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 iservu wkoll sabiex jamministraw kwota ta' tariffa tal-Komunità, it-terminu tal-validità tal-liċenzji jista' ma jestendix lill hinn mid-data li fiha tiskadi l-kwota.

3. Meta l-prodott in kwistjoni ma jkunx jista' jiġi importat 'il barra mill-kwota jew meta l-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodott in kwistjoni jkunu maħruġa suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali, il-liċenzji ta' l-importazzjoni m'għandhomx jipprovdu kwalunkwe tolleranza li jkollha x'taqsam mal-kwantitajiet b'eċċess.

Il-figura "0" (żero) għandha tintwera fis-Sezzjoni 19 tal-liċenzja.

4. Meta l-importazzjoni ta' prodott li ma humiex suġġetti għal preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-importazzjoni u meta l-liċenzja ta' l-importazzjoni sservi sabiex tamministra l-arranġamenti preferenzjali li jkopru dak il-prodott, il-liċenzji ta' l-importazzjoni m'għandhomx jipprovdu għall-ebda tolleranza għall-kwantitajiet b'eċċess.

Il-figura "0" (żero) għandha tintwera fis-Sezzjoni 19 tal-liċenzja.

TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 51

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88 hu b'hekk imħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar il-'paragrafu 1 u għar-Regolamenti (KEE) Nru 3183/80, (KEE) Nru 193/75 u (KEE) Nru 1373/70, preċedentement imħassra, għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

It-tabella ta' l-ekwivalenzi ma' l-Artikoli tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 hija elenkata fl-Anness II.

Artikolu 52

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Għandu japplika għal-liċenzji u ċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni dwarhom mill-1 ta' Ottubru 2000.

B'dana kollu:

- l-Artikolu 35(3) għandu japplika għal-liċenzji u ċ-ċertifikati maħruġa mill-1 ta' Lulju 2000,

- l-Anness III għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2000.

Fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, l-Artikolu 25(6) u l-Artikolu 35(4)(d) jistgħu jibqgħu jkunu applikati għal dossiers li jkunu għadhom miftuħa nhar l-1 ta' Ottubru 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, 9 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, pġ. 21.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 18.

[3] ĠU L 331, tat-2.12.1988, pġ. 1.

[4] ĠU L 135, tad-29.5.1999, pġ. 48.

[5] ĠU L 338, tat-13.12.1980, pġ. 1.

[6] ĠU L 25, tal-31.1.1975, pġ. 10.

[7] ĠU L 150, ta' l-20.7.1970, pġ. 1.

[8] ĠU L 105, tat-23.4.1983, pġ. 1.

[9] ĠU L 46, tat-18.2.1994, pġ. 5.

[10] ĠU L 253, tal-11.10.1993, pġ. 1.

[11] ĠU L 197, tad-29.7.1999, pġ. 25.

[12] ĠU L 102, tas-17.4.1999, pġ. 11.

[13] ĠU L 124, tat-8.6.1971, pġ. 1.

[14] ĠU L 172, tat-30.9.1966, pġ. 3025/66.

[15] ĠU L 55, tat-2.3.1968, pġ. 1.

[16] ĠU L 246, tal-5.11.1971, pġ. 1.

[17] ĠU L 282, tal-1.11.1975, pġ. 1.

[18] ĠU L 282, tal-1.11.1975, pġ. 49.

[19] ĠU L 282, tal-1.11.1975, pġ. 77.

[20] ĠU L 282, tal-1.11.1975, pġ. 104.

[21] ĠU L 47, tal-25.2.1993, pġ. 1.

[22] ĠU L 136, tal-31.5.1994, pġ. 5.

[23] ĠU L 329, tat-30.12.1995, pġ. 18.

[24] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 1.

[25] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 29.

[26] ĠU L 304, ta' l-14.11.1998, pġ. 21.

[27] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 21.

[28] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 48.

[29] ĠU L 179, ta' l-14.7.1999, pġ. 1.

[30] ĠU L 252, tal-25.9.1999, pġ. 1.

[31] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[32] ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

[33] ĠU L 16, ta' l-20.1.1989, pġ. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-Artikolu 47

TABELLA TA' KORRELAZZJONI | Dan ir-Regolament |

Ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 13a | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 14a | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 16a | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 28 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 29 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 34 (1) sa (9) u (11) | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 34 (3) u (10) | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 34 (12) | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 37 | L-Artikolu 42 |

L-Artikolu 38 | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 39 (1)(a), (2) u (3) | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 39(1)(b) u (c) u 39(4) | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 40 | L-Artikolu 46 |

L-Artikolu 41 | L-Artikolu 47 |

L-Artikolu 42 | L-Artikolu 48 |

L-Artikolu 43 | L-Artikolu 49 |

L-Artikolu 44 | L-Artikolu 50 |

L-Artikolu 45 | L-Artikolu 51 |

L-Artikolu 46 | L-Artikolu 52 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Kwantitajiet massimi għal prodotti li dwarhom ma jenħtieġx li jkunu ppreżentati l-liċenzji jew iċ-ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni bi qbil mar-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 5(1) (basta li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma sseħħx permezz ta' l-arranġamenti preferenzjali suġġetti għal liċenzja) [1]

Prodott (Kodiċi tan-Nomeniklatura Magħquda) | Kwantità netta |

| |

A.ĊEREALI U ROSS (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95]:

Liċenzja ta' l-importazzjoni:

0709 90 60 | | 5 000 kg |

0712 90 19 | |

0714 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 07142010 |

1001 10 | |

1001 90 91 | |

1001 90 99 | |

1002 00 00 | |

1003 00 | |

1004 00 | |

1005 10 90 | |

1005 90 00 | |

1007 00 90 | |

1006 10 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 10061010 | 1 000 kg |

1006 20 | |

1006 30 | |

1006 40 00 | |

1008 | |

1101 00 11 | |

1101 00 15 | |

1101 00 90 | |

1102 | |

1103 | |

1104 | |

1106 20 | |

1107 | |

1108 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 11082000 |

1109 00 00 | |

1702 30 51 | |

1702 30 59 | |

1702 30 91 | |

1702 30 99 | |

1702 40 90 | |

1702 90 50 | |

1702 90 75 | |

1702 90 79 | |

2106 90 55 | |

2302 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 230250 |

2303 10 | |

2303 30 00 | |

2306 70 00 | |

2308 10 00 | |

2308 90 30 | |

ex 2309 | Li jkun fih il-lamtu, il-glucose, ix-xiropp tal-glucose, il-malto dextrine jew ix-xiroppi tal-malto dextrine li jidħlu taħt is-sub-intestaturi 17023051 sa 17023099, 17024090, 17029050 u 21069055 u prodotti tal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet ta' oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom mhux anqas minn 50 % bil-piż ta' prodotti tal-ħalib | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bil, jew mingħajr l-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifond:

0709 90 60 | | 5 000 kg |

0712 90 19 | |

0714 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 07142010 |

1001 10 | |

1001 90 91 | |

1001 90 99 | |

1002 00 00 | |

1003 00 | |

1004 00 | |

1005 10 90 | |

1005 90 00 | |

1007 00 90 | |

1006 10 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 10061010 | 500 kg |

1006 20 | |

1006 30 | |

1006 40 00 | |

1008 | |

1101 00 11 | |

1101 00 15 | |

1101 00 90 | |

1102 | |

1103 | |

1104 | |

1106 20 | |

1107 | |

1108 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 11082000 |

1109 00 00 | |

1702 30 51 | |

1702 30 59 | |

1702 30 91 | |

1702 30 99 | |

1702 40 90 | |

1702 90 50 | |

1702 90 75 | |

1702 90 79 | |

2106 90 55 | |

2302 | Bl-eċċezzjoni tas-sub-intestatura 230250 |

2303 10 | |

2303 30 00 | |

2306 70 00 | |

2308 10 00 | |

2308 90 30 | |

ex 2309 | Li jkun fih il-lamtu, il-glucose, ix-xiropp tal-glucose, il-malto dextrine jew ix-xiroppi tal-malto dextrine li jidħlu taħt is-sub-intestaturi 17023051 sa 17023099,17024090, 17029050 u 21069055 u prodotti tal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet ta' oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom mhux anqas minn 50 % bil-piż ta' prodotti tal-ħalib. |

B.ŻJUT U XAĦMIJIET:

Liċenzja ta' l-importazzjoni (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1476/95]:

0709 90 39 | | 100 kg |

0711 20 90 | |

1509 | |

1510 00 | |

1522 00 31 | |

1522 00 39 | |

2306 90 19 | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bil, jew mingħajr l-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifond: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/95]:

1509 | | 100 kg |

1510 00 | |

Ċ.ZOKKOR (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95]:

Liċenzja ta' l-importazzjoni:

1212 91 20 | | 2 000 kg |

1212 91 80 | |

1212 92 00 | |

1701 11 10 | |

1701 11 90 | |

1701 12 10 | |

1701 12 90 | |

1701 91 00 | |

1701 99 10 | |

1701 99 90 | |

1702 20 10 | |

1702 20 90 | |

1702 30 10 | |

1702 40 10 | |

1702 60 10 | |

1702 60 80 | |

1702 60 95 | |

1702 90 30 | |

1702 90 60 | |

1702 90 71 | |

1702 90 80 | |

1702 90 99 | |

1703 10 00 | |

1703 90 00 | |

2106 90 30 | |

2106 90 59 | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bil, jew mingħajr l-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni:

1212 91 20 | | 2 000 kg |

1212 91 80 | |

1212 92 00 | |

1701 11 10 | |

1701 11 90 | |

1701 12 10 | |

1701 12 90 | |

1701 91 00 | |

1701 99 10 | |

1701 99 90 | |

1702 20 10 | |

1702 20 90 | |

1702 30 10 | |

1702 40 10 | |

1702 60 10 | |

1702 60 80 | |

1702 60 95 | |

1702 90 30 | |

1702 90 60 | |

1702 90 71 | |

1702 90 80 | |

1702 90 99 | |

1703 10 00 | |

1703 90 00 | |

2106 90 30 | |

2106 90 59 | |

D.ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB:

Liċenzja ta' l-importazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98]:

0401 | | 150 kg |

0402 | |

0403 10 11 sa0403 10 39 | |

0403 90 11 sa0403 90 69 | |

0404 | |

0405 10 | |

0405 20 90 | |

0405 90 | |

0406 | |

1702 11 00 | |

1702 19 00 | |

2106 90 51 | |

2309 10 15 | Preparazzjonijiet tat-tip użati fl-għalf ta' l-annimali u oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom prodotti li dwarhom japplika r-Regolament (KE) Nru 1255/1999, jew direttament inkella bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75, bl-eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet jew oġġetti ta' l-ikel li dwarhom japplika r-Regolament (KEE) Nru 1766/92 |

2309 10 19 |

2309 10 39 |

2309 10 59 |

2309 10 70 |

2309 90 35 |

2309 90 39 |

2309 90 49 |

2309 90 59 |

2309 90 70 |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifond: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999]:

0401 | | 150 kg |

0402 | |

0403 10 11 sa0403 10 39 | |

0403 90 11 sa0403 90 69 | |

0404 | |

0405 10 | |

0405 20 90 | |

0405 90 | |

0406 | |

2309 10 15 | Preparazzjonijiet tat-tip użati fl-għalf ta' l-annimali u oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom prodotti li dwarhom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68, jew direttament inkella bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 2730/75, bl-eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet jew oġġetti ta' l-ikel li dwarhom japplika r-Regolament (KEE) Nru 1766/92 |

2309 10 19 |

2309 10 70 |

2309 90 35 |

2309 90 39 |

2309 90 70 |

E.ĊANGA U VITELLA (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/95]:

Liċenzja ta' l-importazzjoni:

0102 90 05 sa0102 90 79 | | Annimal wieħed |

0201 | | 200 kg |

0202 | |

0206 10 95 | |

0206 29 91 | |

0210 20 | |

0210 90 41 | |

0210 90 90 | |

1602 50 10 | |

1602 50 31 | |

1602 50 39 | |

1602 50 80 | |

1602 90 61 | |

1602 90 69 | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bil-, jew mingħajr l-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni:

0102 10 | | Annimal wieħed |

0102 90 05 sa0102 90 79 | |

0201 | | 200 kg |

0202 | |

0206 10 95 | |

0206 29 91 | |

0210 20 | |

0210 90 41 | |

0210 90 90 | |

1602 50 10 | |

1602 50 31 | |

1602 50 39 | |

1602 50 80 | |

1602 90 61 | |

1602 90 69 | |

F.LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ

Liċenzja ta' l-importazzjoni (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95]:

0204 | | 100 kg |

0210 90 11 | |

0210 90 19 | |

1602 90 72 | |

1602 90 74 | |

1602 90 76 | |

1602 90 78 | |

0104 10 30 | | Ħames annimali |

0104 10 80 | |

0104 20 90 | |

G.LAĦAM TAL-MAJJALI:

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/95]:

ex 0203 | | 250 kg |

ex 1601 | |

ex 1602 | |

0210 | | 150 kg |

H.LAĦAM TAT-TJUR:

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni u ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni ex post: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/95]:

010511119000 | | 4 000 fellus |

010511199000 | |

010511919000 | |

010511999000 | |

010512009000 | | 2 000 fellus |

010519209000 | |

ex 0207 | | 250 kg |

I.BAJD:

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni u ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni ex post: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1371/95]:

040700119000 | | 2 000 Bajda |

040700199000 | | 4 000 Bajda |

040700309000 | | 400 kg |

040811809100 | | 100 kg |

040891809100 | |

040819819100 | | 250 kg |

040819899100 | |

040899809100 | |

J.ŻRIERAGĦ:

Liċenzja ta' l-importazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1119/79]:

1005 10 11 a | | 100 kg |

1005 10 19 | |

1007 00 10 | |

K.INBID:

Liċenzja ta' l-importazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3388/81]:

2009 60 | | 3 000 kg |

2204 10 | | 30 hl |

2204 21 | |

2204 29 | |

2204 30 | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1685/95]:

2009 60 | | 10 hl |

2204 21 | | 10 hl |

2204 29 | |

2204 30 | |

L.FROTT U ĦXEJJEX:

Liċenzja ta' l-importazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1859/93]:

0703 20 00 | (tewm) | 350 kg |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni: (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2190/90]:

070200 | | 300 kg |

ex 0802 | |

0805 | |

08061010 | |

0808 | |

0809 | |

M.PRODOTTI PPROĊESSATI MILL-FROTT U MILL-ĦXEJJEX

Liċenzja ta' l-importazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/95]:

0711 90 40 | | 350 kg |

0711 90 60 | |

0806 20 12 | |

0806 20 18 | |

0806 20 92 | |

0806 20 98 | |

ex 0811 90 19 | (ċirasa) |

ex 0811 90 39 | (ċirasa) |

0811 90 75 | |

0811 90 80 | |

0812 10 00 | |

ex 0813 40 95 | (ċirasa) |

2001 90 50 | |

2002 90 11 | |

2002 90 19 | |

2002 90 31 | |

2002 90 39 | |

2002 90 91 | |

2002 90 99 | |

2003 10 20 | |

2003 10 30 | |

2003 10 80 | |

2005 60 00 | |

2008 60 51 | |

2008 60 59 | |

2008 60 61 | |

2008 60 69 | |

2008 60 71 | |

2008 60 79 | |

2008 60 91 | |

2008 60 99 | |

2008 70 61 | |

2008 70 69 | |

2008 70 71 | |

2008 70 79 | |

2009 11 99 | |

Liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-istabbilizzar bil-quddiem tar-rifużjoni:

0806 20 | | 300 kg |

ex 0812 | |

2002 | |

ex 2006 00 | |

ex 2008 | |

ex 2009 | |

--------------------------------------------------