Official Journal L 142 , 16/06/2000 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2000 tal-15 ta’ Ġunju 2000 li jemenda r-Regolament Nru 2848/98 fis-settur tat-tabakk mhux maħdum fir-rigward tad-data finali biex tiġi użata l-għajnuna speċifika, il-ħlas lura ta’ ammonti mhux użati u r-regoli dettaljati għall-ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna speċifika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li konsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 660/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 40(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jipprekrivi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ premium, il-kwoti ta’ produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 909/2000 [4], jiffissa t-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara dik tal-ħsad bħala id-data finali li sa fiha l-għajnuna speċifika għandha tkun użata minn gruppi ta’ produtturi. L-għajnuna speċifika hija mħallsa fuq il-bażi tal-konsenji li jistgħu jsiru sat-30 ta’ April tas-sena li tiġi wara dik tal-ħsad u, għalhekk, ċerti organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom diffikultajiet biex jużaw l-għajnuna speċifika sħiħa fiż-żmien tax-xahrejn ta’ wara u jilħqu l-limitu ta’ żmien tat-30 ta’ Ġunju. Perjodu itwal għandu għalhekk jiġi preskritt għall-użu ta’ l-għajnuna speċifika. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li ammonti mhux użati jitħallsu lura fiż-żmien tal-limiti mogħtija, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jiksbu lura kull ammonti mhux użat mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. (2) L-Artikolu 42(1) ta’ Regolament (KE) Nru 2848/98 jippermetti lill-Istati Membri li jħallsu lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna speċifika fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ tabakk imwassal lill-proċessatur. Biex jiġi permess il-ħlas bil-quddiem attwali attwali li jingħata, l-applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem għandha tkun ibbażata fuq il-kwantitajiet ta’ tabakk koperti minn kuntratti ta’ koltivazzjoni pjuttost milli wieħed joqgħod jistenna it-twassil tal-prodott, waqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-ħlas bil-quddiem jitħallas bil-kondizzjoni li ssir garanzija ugwali għal 115 % ta’ dak il-ħlas bil-quddiem. Il-ħlas bil-quddiem għandu madanakollu ikun limitat għal 50 % ta’ dawk il-kwantitajiet. (3) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għat-Tabakk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2848/98 huwa b’dan emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 40(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. L-għajnuna speċifika tista tkun użata minn gruppi ta’ produtturi sal-31 ta’ Lulju tas-sena li tiġi wara dik tal-ħsad fil-każ ta’ gruppi tal-varjetajiet VI, VII u VIII u sal-15 ta’ Lulju tas-sena li tiġi wara dik tal-ħsad fil-każ tal-gruppi l-oħra ta’ varjetajiet u għal dawn l-iskopijiet li ġejjin biss: - it-tħaddim ta’ impjegati tekniċi biex jgħinu lill-membri ħalli jtejbu l-kwalità tal-produzzjoni tagħhom u r-rispett lejn l-ambjent, - il-provvista lill-membri ta’ żrieragħ ċertifikati u xtieli minn żrieragħ u mezzi oħra ta’ produzzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prodott, - miżuri ta’ protezzjoni ambjentali, - l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ infrastruttura għat-tkabbir tal-valur tal-prodotti provduti mill-membri, b’mod partikolari f’faċilitajiet ta’ klassifikar ta’ tabakk partikolari, - it-tħaddim ta’ impjegati amministrattiv biex jamministraw il-premium u jiżguraw li l-grupp jimxi mar-regoli tal-Komunità, - ir-rimborż ta’ l-ispejjeż magħmula fit-tqegħid tal-garanziji taħt l-Artikolu 42."; 2. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 40: "2a. Kull ammonti mhux użati fis-sħiħ jew f’parti skond il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu lura lill-Istat Membru u għandhom jitnaqqsu min-nefqa iffinanzjata taħt il-Fond ta’ Gwida u Garanzija Agrikola Ewropeja."; 3. L-Artikolu 42(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Ma’ l-applikazzjoni, l-Istat Membru għandu jħallas lill-grupp ta’ produtturi mis-16 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna speċifika. Il-daqs tal-ħlas bil-quddiem għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ massimu ta’ 50 % tal-kwantità ta’ tabakk kopert minn kuntratti ta’ koltivazzjoni konklużi mill-grupp fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-kondizzjonijiet addizzjonali għall-ħlas tal-ħlas bil-quddiem." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġiwara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ġunju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. [2] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 10. [3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17. [4] ĠU L 105, tat-3.5.2000, p. 18. --------------------------------------------------