Official Journal L 115 , 16/05/2000 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2000 tat-8 ta' Mejju 2000 li jikkonċerna żidiet kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "l-Istatut") u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni li saret mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [3], Waqt li aġixxa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea ("it-Trattat") u l-Artikolu 42 ta' l-Istatut, Billi: (1) L-Artikoli 28(1) u 28(2) ta' l-Istatut jirrikjedu li l-BĊE jkun provdut mill-banek ċentrali nazzjonali b'kapital ta' 5000 miljun euro, li għandhom jidħlu fis-seħħ hekk kif il-BĊE jkun stabbilit. (2) L-Artikolu 28(1) ta' l-Istatut jipprovdi li l-kapital jista' jiżdied b'dawn l-ammonti hekk kif jista' jkun deċiż mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill. (3) L-Artikolu 123(1), b'konġunzjoni ma' l-Artikolu 107(6) tat-Trattat jipprovdi li immedjatament wara l-1 ta' Lulju 1998 il-Kunsill għandu jadotta il-provvediment imsemmi fl-Artikolu 28(1) ta' l-Istatut. (4) Dan ir-Regolament jistabbilixxi limitu għall-żidiet fil-futur fil-kapital tal-BĊE, b'hekk jagħti s-setgħa lil Kunsill Regolatorju tal-BĊE sabiex jiddeċiedi fuq żieda attwali f'xi waqt fil-futur sabiex isostni s-suffiċjenza tal-bażi kapitali meħtieġa biex tappoġġja l-operazzjonijiet tal-BĊE, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Żidiet fil-kapital tal-BĊE Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista' jżid il-kapital tal-BĊE ‘l fuq mill-ammont speċifikat fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 28(1) ta' l-Istatut b'ammont addizzjonali sa 5000 miljun euro. Artikolu 2 Dispożizzjoni finali Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2000. Għall-Kunsill Il-President J. Pina Moura [1] ĠU C 411, 31.12.98, p. 10. [2] ĠU C 219, 30.07.99, p. 182. [3] L-opinjoni mwassla fit-8 ta' Marzu 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------