32000R0822



Official Journal L 100 , 20/04/2000 P. 0023 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 822/2000

tad-19 ta’ April 2000

li japplika l-koeffiċjent ta’ tnaqqis għaċ-ċertifikati għal rifużjoni fuq oġġetti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat, li hemm dispożżizjonijiet dwaru fl-Artikolu 6b tar-Regolament (KE) Nru 1222/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti kummerċjali li japplikaw għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti tal-biedja [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2491/98 [2], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1222/94 tat-30 ta’ Mejju 1994 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-konċessjoni ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni dwar ċerti prootti tal-biedja esportati bħala oġġetti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi fissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjoni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 701/2000 [4], u partikolarment l-Artikoli 6b(6) u (8) tiegħu,

Billi:

(1) L-ammonti kumulati tar-rifużjoni mitluba għaċ-ċertifikati diġa maħruġa jwasslu għal 305159263 Euro. Din is-somma, meta magħduda ma’ l-ammonti għall-applikazzjonijiet mitfugħa mill-10 sa l-14 ta’ April 2000 u meħuda fuq bażi annwali, tista’ tipprevjieni lill-Kummissjoni milli tilħaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 6b(8) tar-Regolament (KE) Nru 1222/94.

(2) Għandu għalhekk jiġi applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 6b(3) u (4) għall-ammonti mitluba fil-għamla ta’ ċertifikati matul il-ġimgħa msemmija hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammonti taċ-ċertifikati għall-applikazzjonijiet depożitati għal-perjodu taż-żmien mill-10 sa l-14 ta’ April 2000 huma soġġetti għal koeffiċjent ta’ tnaqqis ta’ 0,68.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ April 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, tal-20.12.1993, p. 18.

[2] ĠU L 309, tad-19.11.1998, p. 28.

[3] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5.

[4] ĠU L 83, ta’ l-4.4.2000, p. 6.

--------------------------------------------------