32000R0710



Official Journal L 084 , 05/04/2000 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2000

tat-3 ta' April 2000

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' xi prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni, kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 254/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi li:

(1) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 qiegħed regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija fis-sħiħ jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali u li hi stabbilita b'dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fil-prodotti.

(3) Bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet miġjuba fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (KE) Nru 955/1999 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-dententur.

(5) Il-miżuri li jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda fl-anness huma klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM murija fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija.

L-Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' April 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 16.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

— sustanza niexfa: | 63 |

—kontenut ta' xaħam fis-sustanza niexfa: | 51,2 |

— proteini kif inhuma: | 24 |

—kontenut bil-piż fis-sustanza bla xaħam: | 54,6 |

| | 04069021 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjoni tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 0406, 040690 u 04069021. Il-prodott, li għandu l-karatteristiċi ta' ġobon Cheddar huwa kklassifikat fil-kodiċi NM 04069021, mingħajr kunsiderazzjoni taż-żmien ta' tisjir. |

2. Citrus latifolia: xkomp, minn dawk ta' kulur aħdar skur għal isfar ċar, b'ġilda rqiqa u b'riħa u togħma aċiduża karatteristika, ovidi, kważi mingħajr żerriegħa u li s-soltu jiżnu bejn 70 u 120 g.

| 08059000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjoni tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 0805 u 08059000. Citrus latifolia hija speċje separata ta' xkomp minn Citrus aurantifolia fil-kodiċi NM 08053090. |

3. Gallettini tal-gambli fil-forma ta' diski ebsin li kważi ma jgħaddix dawl minnhom, parti minnhom imsajra bil-fwar u mnixxfa f'forn, magħmulin mil-lamtu, ilma, melħ, zokkor (bejn wieħed u ieħor 4 %), laħam tal-gambli (bejn wieħed u ieħor 5 %) u b'sustanza li toħroġ it-togħma.

Il-prodott huwa lest għal konsum biss wara l-qali fiż-żejt jew fix-xaħam.

| 19059060 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 1905, 190590 u 19059060. It-trattament bis-sħana huwa meqjus bħala tisjir parzjali u l-prodott huwa għalhekk eskluż mill-intestatura 1901 (ara Noti Spjegatorji HS għall-intestatura 1901, II., nota ta' esklużjoni (e)). Minħabba ż-żieda ta' zokkor u laħam tal-gambli l-prodott tilef il-karatteristiċi tal-prodotti tal-kodiċi NM 19059020. |

4. Ħjar li għaddew minn fermentazzjoni laktika kompleta, mgħarrqin fl-ilma mielaħ. L-ilma mielaħ għandu, bil-piż, 8,4 % melħ u 1 % aċdu laktiku.

Il-ħjar jintużaw għall-preparazzjoni ta' prodotti magħrufin bħala "ħjar immellaħ".

| 20059080 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 2005, 200590 u 20059080. Il-ħjar li għaddew minn fermentazzjoni laktika kompleta huma esklużi mill-intestatura 0711, mingħajr kunsiderazzjoni tal-kontenut tal-melħ ta' l-ilma mielaħ (ara l-aħħar paragrafu tan-Noti Spjegatorji HS għall-intestatura 0711 u l-aħħar paragrafu tan-Noti Spjegatorji għall-kodiċi 07114000). |

--------------------------------------------------