32000R0452



Official Journal L 055 , 29/02/2000 P. 0053 - 0058


Ir-regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 452/2000

tat-28 ta' Frar 2000

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar statistiċi strutturali fuq qligħ u fuq spejjeż tax-xogħol f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-kwalità fl-istatistika dwar l-ispejjeż tax-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 dwar statistiċi strutturali fuq il-qligħ u fuq l-ispejjeż tax-xogħol [1] u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-kwalità u dwar il-kontenut tar-rapport dwar il-kwalità.

(2) Il-miżuri maħsuba b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Kriterji ta' evalwazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapport dwar il-kwalità

Il-kriterji ta' l-evalwazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapport dwar il-kwalità riferiti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, huma mnizzla fl-Anness mar-Regolament preżenti.

L-Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 63, tat-12.3.1999, p. 6.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KRITERJI TA' EVALWAZZJONI TAL-KWALITÀ U L-KONTENUT TAR-RAPPORT DWAR IL-KWALITÀ TA' L-ISTATISTIKA FUQ SPEJJEŻ TAX-XOGĦOL

TERMINI GĦAT-TRASMISSJONI TAR-RAPPORT

Ir-rapport dwar il-kwalità għandu, l-aħjar, jintbagħat flimkien mat-tqassim tad-data u mhux aktar tard minn 24 xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta' riferenza li għalih id-data nġabret.

PERIJODU TRANSIZZJONALI

Billi r-rappurtaġġ dwar il-kwalità huwa fattur ġdid fis-sistema statistika Ewropea, huwa ammess illi l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika jkollhom jadattaw l-għodod, l-għerf u r-riżorsi tagħhom progressivament għal dan ir-rappurtaġġ. Għalhekk, il-kontenut tar-rapport dwar il-kwalità ppreżentat hawn taħt jħalli xi ħwejjeġ mhux obbligatorji għall-ewwel rapport dwar il-kwalità li jrid jintbagħat għall-istħarriġ dwar l-ispejjeż tax-xogħol għas-sena ta' riferenza 2000. Il-feasibility u r-rilevanza ta' dawn il-ħwejjeġ mhux obbligatorji ser jiġu eżaminati mill-ġdid fid-dawl tat-tagħrif attwalment mogħti mill-Istati Membri u fid-dawl tal-progress ġenerali fil-qasam tax-xjenza ta' l-istatistika. Dan l-eżami mill-ġdid għandu jsir mill-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika qabel l-istħarriġ li jmiss sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk il-ħwejjeġ mhux obbligatorji għandhomx jitħallew hekk.

FIRXA TA' APPLIKAZZJONI

It-tagħrif huwa mitlub safejn jippermettu d-derogi fir-Regolamenti rilevanti tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Dawn ir-Regolamenti jikkonċernaw statistika strutturali fuq il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol, stħarriġ dwar il-korp tal-ħaddiema, statistika strutturali dwar negozji u kontijiet nazzjonali. L-istess jgħodd għal karatteristiċi jew qsim mhux obbligatorji.

TIXRID TAT-TAGĦRIF MIĠBUR PERMEZZ TAR-RAPPORT DWAR IL-KWALITÀ

Il-komponenti ta' l-kwalità: rilevanza, tempestività u puntwalità, aċċessibilità, ċarezza u kompletezza jkunu prinċipalment użati għal għanijiet interni tas-sistema Ewropea ta' l-istatistika.

Il-komponenti tal-eżattezza, paragunabilità u koerenza huma ta' interess ewlieni għall-utenti. It-tagħrif jinxtered fost l-utenti permezz ta' dokumenti ta' statistika jew metodoloġija.

KONTENUT

Nota:

It-Tabelli A, B u Ċ u l-fatturi varjabbli assoċjati magħhom (per eżempju A11, B1, D1,…) huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali fuq qligħ u spejjeż tax-xogħol f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' tagħrif dwar l-ispejjeż tax-xogħol [1].

1. Rilevanza

Ħaġa mhux obbligatorja:

- sommarju li jinkludi deskrizzjoni ta' l-utenti, l-oriġini u s-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet ta' l-utenti, u r-rilevanza ta' l-istatistika għall-utenti.

2. Eżattezza

2.1. Żbalji fl-għażla tal-kampjuni

2.1.1. Għażla tal-kampjuni skond il-probabilità

2.1.1.1. Preġudizzji

Ħaġa mhux obbligatorja:

- preġudizzji minħabba l-metodu ta' stima, meta jistgħu jitkejlu.

2.1.1.2. Varjabilità

- koeffiċjenti ta' varjazzjoni [2] imqassma skond l-istruttura tat-Tabelli A, B, u Ċ għal:

- l-ispejjeż annwali tax-xogħol fuq kull imjegat (D1/A11+A121+A131),

- spejjeż għal kull siegħa ta' xogħol (D1/B1),

- koeffiċjenti ta' varjazzjoni mqassma skond l-istruttura tat-Tabella A għal:

- B1 sigħat maħduma mill-impjegati kollha,

- D1 kumpens għall-impjegati,

- D11 pagi u salarji (total),

- metodoloġija użata għall-istima tal-varjabilità.

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

- koeffiċjenti tal-varjazzjoni mqassma skond l-istruttura tat-Tabelli B, u Ċ għal:

- B1 sigħat maħduma mill-impjegati kollha,

- D1 kumpens għall-impjegati,

- D11 pagi u salarji (total),

- koeffiċjenti ta' varjazzjoni mqassma skond l-istruttura tat-Tabelli A, B, u Ċ għal:

- A1 in-numru totali ta' impjegati,

- A11+A121+A131 in-numru totali ta' impjegati f'unitajiet ta' xogħol full-time.

2.1.2. Għażla ta' kampjuni mhux skond il-probabbilità

Fejn jintużaw sorsi eżistenti, fejn il-kalkolu ta' koeffiċjent ta' varjazzjoni ma jagħmilx sens għandha minflok tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-sorsi li possibilment iwasslu għan-nuqqas ta' preċiżjoni.

2.2. Żbalji fin-nuqqas ta' għażla ta' kampjuni

2.2.1. Żbalji ta' l-inkwadratura

- deskrizzjoni ta' l-iżbalji ewlenin fil-klassifika u problemi ta' koperturi nieqsa u żejda [3] li jiltaqgħu magħhom waqt il-ġbir tad-data,

- Il-metodi użati għal proċessar ta' dawn l-iżbalji eventwali.

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

- rati ta' koperturi żejda, koperturi nieqsa u klassifikazzjoni ħażina mqassma skond l-istratifikazzjoni użata fil-għażla tal-kampjuni.

It-tagħrif mitlub jista' jinġieb parzjalment mir-rapport dwar il-kwalità tar-reġistru.

Nota:

Fejn data amministrattiva individwali tintuża, għandha tiġi rrappurtata analiżi simili bbażata fuq il-fajl amministrattiv ta' riferenza.

2.2.2. Żbalji fil-kejl u l-ipproċessar

- Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jitnaqqsu l-iżbalji tal-kejl u fl-ipproċessar [4]

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

- in-numru ta' każijiet ikkorreġuti għall-fatturi varjabbli mitluba fit-Tabella A f'perċentwali ta' l-unitajiet bi tweġibiet għall-fatturi varjabbli inkunsiderazzjoni,

- ir-rati ta' żbalji fid-dħul tad-data jew fil-kodifikazzjoni tal-fatturi varjabbli:

- in-numru ta' impjegati,

- pagi u salarji,

- l-attività ta' l-unità lokali (taqsimiet tan-NACE Rev. 1),

- reġjun (NUTS 1),

- noti ta' metodoloġija dwar l-istima [5] ta' dawn ir-rati.

2.2.3. Żbalji ta' nuqqas ta' tweġib

- ir-rati ta' tweġib ta' l-unitajiet [6] totali u mqassma skond l-istratifikazzjoni użata fil-għażla tal-kampjuni,

- deskrizzjoni tal-metodi użati għall-imputazzjoni u/jew kejl mill-ġdid f'każijiet ta' nuqqas ta' tweġib.

Nota:

Fejn tintuża dataamministrattiva individwali, in-nuqqas ta' disponibilità tar-rekord amministrattiv jew ta' xi datapartikolari jieħu post in-nuqqas ta' tweġib.

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

- rati ta' tweġib ta' ħwejjeġ għal kull fattur varjabbli. Ir-rata hija l-proporzjon tan-numru ta' tweġib ta' ħwejjeġ ipparagunat man-numru ta' dawk li jwieġbu fil-limiti tal-firxa tal-mistoqsijiet,

- deskrizzjoni tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' tweġib u stima tal-preġudizzji li wasslu għan-nuqqas ta' tweġib għal waħda mill-mistoqsijiet maġġuri fil-kwestjonarju.

2.2.4. Żbalji fl-għazla tal-mudell

- Rapport [7] dwar l-użu eventwali tal-mudelli li ġejjin:

- biex jaġġusta s-sena fiskali mas-sena kalendarja,

- biex iqis intrapriżi żgħar,

- biex jgħaqqad ma' xulxin data minn sorsi amministrattivi u minn stħarriġ.

Nota:

Fejn tintuża data amministrattiva individwali, trid tintwera l-korrispondenza bejn il-kunċetti amministrattivi u l-kunċett teoretiku statistiku.

3. Tempestività u puntwalità

- dati ewlenin għall-ġbir tad-data: p.e. it-terminu legali impost fuq dawk li jwieġbu fl-Istati Membri, data meta ntbagħtu l-kwestjonarji u r-rikjami u follow-ups u data meta sar ix-xogħol fuq il-post,

- dati ewlenin għall-fażi ta' wara l-ġbir: p.e. id-dati għall-bidu u għat-tlestija tal-verifika tal-kompletezza, tal-kodifikazzjoni u tal-plawsibilità, data għall-verifika tal-kwalità (kongruwenza tar-riżultati) u miżuri biex titħares ir-riżervatezza,

- dati ewlenin għall-pubblikazzjoni: p.e. data meta ġew ikkalkolati u mqassma r-riżultati avvanzati u ddettaljati.

Nota:

Il-puntwalità tat-trasmissjoni tad-data lill-Eurostat tkun evalwata skond ir-Regolament li jispeċifika l-perijodiċità u t-termini għat-trasmissjoni tad-data.

4. Aċċessibilità u ċarezza

- kopja tal-pubblikazzjoni/jiet,

- tagħrif dwar liema riżultati, jekk ikun hemm, jintbagħtu lill-unitajiet tar-rappurtaġġ inklużi fil-kampjun,

- tagħrif dwar l-iskema tat-tqassim tar-riżultati (p.e. lil min jintbagħtu r-riżultati),

- kopja tad-dokumenti kollha metodoloġiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistika pprovduta.

5. Paragunabilità

5.1. Paragunabilità spazjali

- għandu jiġi rrappurtat paragun bejn il-kunċetti nazzjonali u l-kunċetti Ewropej jekk ikun hemm differenzi speċjalment fid-definizzjoni ta' unitajiet statistiċi, fil-popolazzjoni ta' riferenza, fil-klassifika u fid-definizzjonijiet tal-fatturi varjabbli fir-riżultati ttrasferiti. Fejn hu possibbli, id-differenzi għandhom jiġu kkwantifikati.

Nota:

meta l-klassifiċi u l-unitajiet joħorġu mir-reġistru, il-kwalità ta' dan it-tagħrif għandha toħroġ mir-rapport dwar il-kwalità tar-reġistru.

5.2. Paragunabilità matul iż-żmien

- dettalji ta' tibdil fid-definizzjonijiet, kopertura jew metodi u sa fejn possibbli evalwazzjoni tal-konsegwenzi ta' bidliet eventwali li mhumiex negliġibbli.

6. Koerenza

Nota:

Dan il-punt għandu żewġ għanijiet: li jgħarraf lill-utenti dwar id-differenzi konċettwali li jeżistu bejn numru ta' sorsi ta' fatturi varjabbli li joqorbu ħafna lejn xulxin u li s-soltu jkollhom l-istess isem f'pubblikazzjonijiet statistiċi u li jipprovdu tagħrif biex jiġi evalwat kif taqleb minn konċett għall-ieħor. It-tieni għan huwa li jiġi vverifikat li statistika li fil-prinċipju hija biżżejjed koerenti konċettwalment tagħti riżultati paragunabbli dwar l-istess popolazzjoni ta' riferenza. B'dawn l-għanijiet, statistiċi dwar l-ispejjeż tax-xogħol u statistiċi oħra mibgħuta lill-Eurostat għandhom jiġu mqabbla bi proporzjonijiet xierqa bl-użu ta' kunċetti prattiċi u qisien nazzjonali. Per eżempju, l-istħarriġ dwar il-korp tal-ħaddiema (LFS) għandu definizzjoni ta' xogħol li hi differenti mhux ħażin: fl-LFS ix-xogħol tar-residenti huwa mkejjel; filwaqt li fi stħarriġ dwar l-ispejjeż tax-xogħol huwa x-xogħol fit-territorju nazzjonali li jitkejjel, kunċett koerenti mal-kontijiet nazzjonali u statistika dwar in-negozju. Paraguni għandhom ukoll iqisu illi l-istatistika dwar l-ispejjeż tax-xogħol hija msejsa fuq intrapriżi li jħaddmu iktar minn disa' impjegati.

6.1. Koerenza ma' l-statistika mill-istħarriġ dwar il-korp tal-ħaddiema

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

- spjegazzjonijiet tad-differenzi ewlenin fil-proporzjonijiet tan-"numru ta' impjegati part-time man-numru ta' impjegati full-time" u fil-proporzjon tan-"numru medja ta' sigħat attwalment maħduma minn impjegati part-time man-numru medja ta' sigħat attwalment maħduma" minn impjegati full-time fiż-żewġ sorsi. Ħarsa mqassma skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 1, Sezzjonijiet Ċ sa K) tkun ta' għajnuna.

Għandu jittieħed kont ta' l-eżattezza u l-kunċetti tas-sorsi.

6.2. Koerenza ma' l-istatistika strutturali tan-negozji

Ir-Regolament [8] dwar statistiċi strutturali tan-negozji jkopri l-attivitajiet kollha fis-suq fis-sezzjonijiet Ċ sa K u M sa O fin-NACE Rev.1.

L-eqreb parti taż-żewġ sorsi hija mniżżla f'sommarju fit-tabella ta' hawn taħt:

| Stħarriġ ta' spejjeż tax-xogħol | Stħarriġ strutturali ta' neġozju |

Serje | Informazzjoni reġjonali | Statistiċi reġjonali annwali |

Taqsima statistika | Taqsima lokali | Taqsima lokali |

Servizz sħiħ ta' attivitajiet | NACE Rev.1, Sezzjonijiet Ċ sa K ħlief Sezzjoni J | NACE Rev. 1, Sezzjonijiet Ċ sa K ħlief J |

Karatteristiċi | D11 pagi u salarji E1 taqsimiet lokali, univers | 13 32 0 pagi u salarji 11 21 0 numru ta' taqsimiet lokali |

Kont ta' attivitajiet | NACE Rev. 1, 2-livell diġitali (diviżjoni) | NACE Rev. 1, 2-livelli diġitali (diviżjoni) |

Kont reġjonali | NUTS 1 | NUTS 1 |

- Spjegazzjonijiet dwar id-differenzi ewlenin bejn dawn il-fatturi varjabbli filwaqt li jitqiesu l-eżattezza u l-kunċetti ta' kull sors (imqassma skond it-taqsimiet tan-NACE Rev. 1). Mhux obbligatorji, tabulazzjonijiet minn waħda għall-oħra bin-NUTS 1 u raggruppamenti wiesgħa (Ċ-D-E, F, G-H, I-J-K) tan-NACE Rev 1.

Ħwejjeġ mhux obbligatorji:

It-tabella ta' hawn taħt tagħti sommarju ta' partijiet oħra ta' l-istatistika li jistgħu jiġu pparagunati:

| Stħarriġ ta' spejjeż tax-xogħol | Stħarriġ strutturali ta' xogħol |

Sejre | Tabella B: statistiċi ta' informazzjoni nazzjonali skond il-qies tal-klassi ta' l-entrapriża | Statistiċi annwali ta' l-entrapriża skond il-qies tal-klassi |

Taqsima statistika | Taqsima lokali | Intrapriża |

Servizz sħiħ ta' attivitajiet | NACE Rev.1, Sezzjonijiet Ċ sa E | NACE Rev. 1, Is-Sezzjonijiet C sa E |

Karatteristiċi | A1 numru totali ta' ħaddiema B1 sigħat maħduma tal-ħaddiema kollha D11 pagi u salarji D12 kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem | 16 13 0 numru ta' ħaddiema 16 15 0 numru ta' sigħat maħduma ta' kull ħaddiem 13 32 0 pagi u salarji 13 33 0 spejjeż ta' sigurtà' soċjali |

Kont ta' attivitajiet | NACE Rev. 1, 2-livell diġitali (diviżjoni) | NACE Rev. 1, 2-livelli diġitali (diviżjoni) |

Kont ta' qies ta' klassi | Inqas minn 10 ħaddiema 10 sa 49, 50 sa 249, 250 sa 499, 500 sa 999, 1000+ | Numru ta' persuni impjegati: inqas minn 10 ħaddiema, 10 sa 49, 50 sa 249, 250 sa 499, 500 sa 999, 1000+ |

- Spjegazzjonijiet tad-differenzi ewlenin, filwaqt li jitqiesu l-eżattezza ta' kull statistika u d-differenzi fil-kunċetti. Dawn il-paraguni jistgħu jkunu tabulati minn wieħed għall-ieħor skond il-klassijiet tad-daqs ta' l-intrapriża u l-agruppamenti wiesgħa tan-NACE Rev 1.

6.3. Koerenza mal-kontijiet nazzjonali

L-eqreb parti taż-żewġ sorsi tinsab fis-sommarju tat-tabella ta' hawn taħt:

| Stħarriġ ta' spejjeż tax-xogħol | Kont nazzjonali |

Sejre | Tabella A informazzjoni nazzjonali | Tabella 3: Tabelli skond l-industrija — eżerċizzju annwali |

Servizz sħiħ ta' attivitajiet | NACE Rev.1, Sezzjonijiet Ċ sa O | NACE Rev. 1, Sezzjonijiet Ċ sa O |

Karatteristiċi | A1 numru totali ta' ħaddiema B1 sigħat maħduma tal-ħaddiema kollha D1 kompensazzjoni tal-ħaddiema D11 pagi u salarji | ħaddiema sigħat maħduma D1 kompensazzjoni tal-ħaddiema D11 pagi u salarji |

Kont ta' attivitajiet | NACE Rev. 1, Sezzjoni | NACE Rev. 1, Sezzjoni |

[1] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 28.

[2] Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni huwa l-proporzjon ta' l-għerq ikkwadrat tal-varjazzjoni ta' l-istimatur mal-valur mistenni. Jiġi stmat skond il-proporzjon ta' l-għerq ikkwadrat ta' l-istima tal-varjazzjoni fl-għażla tal-kamjpuni għall-valur stmat. L-istima tal-varjazzjoni fl-għażla tal-kampjuni trid tqis it-tifsila ta' l-għażla tal-kampjuni.

[3] Kopertura żejda għandha x'taqsam jew ma' unitajiet ikklassifikati ħażin u li fil-fatt huma barra mill-firxa ta' applikazzjoni (p.e. attività attwali ta' unità lokali li mhix fiċ-Ċ-K tan-NACE Rev. 1), jew ma' unitajiet li ma jeżistux fil-prattika.Kopertura nieqsa tirreferi għal unitajiet (ġodda) li ma humiex inklużi fil-kwadru, li joħorġu jew minn ħolqien reali ta' kumpaniji jew minn xiżżjoni ta' kumpaniji li kienu magħqdin, u għal unitajiet klassifikati ħażin.L-ekonomija s-sewda ma tidħolx. Klassifikazzjoni ħażina tirreferi għal klassifikazzjoni inkorretta ta' unitajiet li jappartjenu għall-popolazzjoni mmirata.

[4] Żbalji tal-kejl huma żbalji li jiġru fil-ħin tal-ġbir tad-data. Jeżistu bosta sorsi għal żbalji tal-kejl, inklużi l-istrument ta' l-istħarriġ (il-forma jew il-kwestjonarju), min iwieġeb, is-sistema ta' tagħrif, il-mod tal-ġbir tad-data, u l-intervistatur. Żbalji fl-ipproċessar huma żbalji li jinqalgħu fil-proċessi ta' wara l-ġbir tad-data bħalma huma d-dħul tad-data, il-kodifikazzjoni, il-keying, l-editjar, it-tweżin u t-tabulazzjoni.

[5] Il-miżuri għar-rati ta' żbalji jistgħu jinkisbu permezz ta' metodi standard ta' teknika fil-kontroll tal-kwalità, per eżempju, bil-verifika tal-kwalità ta' sotto-kamjun tal-kwestjonarji proċessati (biex jiġi verifikat il-livell ta' żbalji jew matul il-fażi tal-keying jew matul il-proċess ta ' l-edittjar mill-istaff ta' l-INS).

[6] Ir-rata hija l-proporzjon tan-numru ta' dawk li jwieġbu fil-limiti tal-firxa tal-mistoqsijiet għan-numru ta' kwestjonarji mibgħuta lill-popolazzjoni magħżula.

[7] Kummenti għandhom per eżempju jkopru l-proċedura ta' l-għażla ta' dawn il-mudelli (jiġifieri għaliex it-tali mudell intgħażel bi preferenza fuq mudelli oħra alternattivi), jekk rilevanti l-iżball fl-istima assoċjata ta' l-istimi korrespondenti, elementi dwar il-verifika ta' l-ipotesijiet li fuqhom ikun mibni l-mudell, il-verifika tal-kapaċità ta' tbassir tal-mudell bl-użu ta' data storiċi, il-paragun tar-riżultati miġjuba bil-mudell ma' għejun oħra relatati ta' data, l-użu ta' screening u cross-validation studies, il-verifika tas-sensitività tal-mudell għall-istima tal-parametri, il-validazzjoni tad-data miġbura u mdaħħla fil-mudell

[8] ĠU L 14, tas-17.1.1997.

--------------------------------------------------