32000R0354



Official Journal L 045 , 17/02/2000 P. 0021 - 0022


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 354/2000

tas-16 ta' Frar 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1547/1999 li jirrigwarda l-proċeduri ta' kontroll li għandhom jiġu applikati għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn iċ-Ċina

(Test bir-rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni ta' trasport ta' skart ġewwa, lejn il- u ’l barra mill-, Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 99/816/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Billi:

(1) Fis-7 ta'Diċembru 1999 iċ-Ċina għamlet talba uffiċjali sabiex jingħatalha permess biex timporta ċertu skart elenkat fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 mingħajr ebda proċeduri ta' kontroll, minflok ma jiġu applikati l-proċeduri ta' kontroll applikabbli għall-iskart elenkati fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

(2) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442 tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [4], ġie avżat bit-talba uffiċjali fit-13 ta' Diċembru 1999.

(3) Sabiex jingħata każ tas-sitwazzjoni l-ġdida taċ-Ċina, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll li għandom jiġu applikati, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 259/93, għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li ma tapplikax għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD C(92)39 finali [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 334/2000 [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 qed jiġi emendat billi jiġu miżjuda t-tipi ta' skart segwenti mal-Kapitolu "ĊINA":

1. It-tipi kollha inklużi fit-taqsima GH (Skart tal-plastik solidu).

2. Fit-taqsima GJ (Skart tat-Tessut):

GJ 110 | 5505 | Skart (inkluzi xagħar qasir, skart tal-ħjut u stokk garnetted) ta' fibri magħmula mill-bniedem; |

GJ 111 | 550510 | ta' fibri sintetiċi; |

GJ 112 | 550520 | ta' fibri artifiċjali. |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[4] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32.

[5] ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1.

[6] ĠU L 41, tal-15.2.2000, p. 8.

--------------------------------------------------