32000R0285



Official Journal L 031 , 05/02/2000 P. 0079 - 0080


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 285/2000

ta’ l-4 ta’Frar 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ l-oqsma agrikoli sabiex jiġi ddeterminat id-dħul ta’ l-oqsma agrikoli

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-5 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi sistema għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontijiet dwar id-dħul u l-operat kummerċjali ta’ oqsma agrikoli fil-Komuinità Ekonomika Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 1859/82 tat-12 ta’Lulju 1982 li jikkonċerna l-għażla ta’ l-oqsma għall-iskop biex ikun iddeterminat id-dħul ta’ l-oqsma agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 60/97 [4], jistabbilixxi n-numru ta’ oqsma li jippreżentaw ir-rapport f’kull diviżjoni.

(2) Fil-każ tal-Greċja in-numru totali ta’ l-oqsma li għandhom jippreżentaw prospett ġie stabbilit għal 7200 għas-sena 1985 u għas-snin segwenti. Dan in-numru ma nbidilx minn dak iż-żmien il hawn, minkejja t-tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ oqsma fil-Greċja. It-tnaqqis kien imsieħeb b’żieda fil-medja tad-daqs ta’ l-oqsma u fl-uniformità tagħhom, li hija tali li tgħin biex b’mod sodisfaċenti aktar rappreżentattivi li jintlaħaq fuq bażi ta’ kampjun iżgħar minn dak li hemm illum. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-qafas tad-dettalji għall-ġbir tal-kontijiet agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella għall-Greċja fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa hawnhekk mibdul bit-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-sena tal-kontijiet tal-1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Frar 2000.

Għall-Kumissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65.

[2] ĠU L 174, tat-2.7.1997, p. 7.

[3] ĠU L 205, tat-13.7.1982, p. 5.

[4] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS

"In-numru ta' referenza | L-isem tad-diviżjoni | In-numru ta' oqsma li jippreżentaw il-prospett (sena tal-kontijiet 1999 il-quddiem) |

IL-GREĊJA

450 | Makedonia-Thraki | 2000 |

460 | Ipiros-Peloponnisos-Nissi Ioniou | 1350 |

470 | Thessalia | 700 |

480 | Sterea Ellas-Nissi Egaeou-Kriti | 1450 |

| Total għall-Greċja | 5500" |

--------------------------------------------------