32000R0184



Official Journal L 022 , 27/01/2000 P. 0048 - 0049


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2000

tas-26 ta' Jannar 2000

dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1] kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew f'parti bażata fuqha jew li żżidilha xi suddiviżjoni addizzjonali u li hi stabbilita b'dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju f'oġġetti.

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti iridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi CN murija fil-kolonna 2, permezz tar-raġunijiet mogħtija fil-kolonna 3.

(4) Huwa aċċettat illi informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi nvokata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (KE Nru 955/1999 [4], għal perijodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċi NM murija fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi nvokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 321, ta' l-14.12.1999, p. 3.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NK | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

Apparat, f'tip ta' kompjuter laptop, li jikkomprendi: unit ta' proċessar elettronika,display tal-kristal likwida (DKL)keyboard,switches biex jikkontrollaw is-selezzjoni ta' l-attivitajiet, il-volum tas-smiħ u kuntrast tad-display,loudspeaker,konnessjonijiet għal mouse u printerl-Apparat hu preżentat flimkien ma’ mouse l-apparat m'għandux is-sistema operattiva tiegħu L-apparat jintegra l-programmi li ġejjien: aktar minn 40 programm fissi għal lingwi, u kitba li qegħdin jiġu mgħallma qari u aritmatika, u għal qadi ta' eserċizzji loġiki,programmi ta' l-uffiċċju, eż. word processing u daily planner,kreazzjoni u esekuzzjoni ta' programmi miktubin f’BASICKaratteristiċi ta' l-apparat jistaw jiġu mtawla billi jużawkartoċċi addizzjonali L-apparat hu immirat għal tfal minn disa’ snin ’l fuq | 95039032 | Klassifikazzjoni hi determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għal interpretazzjoni tan-Nominklatura Magħquda, Nota 1p) sa Sezzjoni XVI u l-kliem tal-kodiċi NM 9503,950390 u 95039032 Anki jekk ħafna mil-programmi huma f'mod ta' żewġ players u t-tweġibiet tajba huma mogħtija l-punti,l-apparat ma jistax jiġi meqjus bħala t-tweġibiet tajba huma mogħtija l-punti,l-apparat ma jistax jiġi meqjus bħala t-tweġibiet tajba huma mogħtija l-punti,l-apparat ma jistax jiġi meqjus bħala |

--------------------------------------------------