32000R0169



Official Journal L 021 , 26/01/2000 P. 0010 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 169/2000

tal-25 ta’ Jannar 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 280/98 li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistipula regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħalib għax-xorb prodott fil-Finlandja u l-Isvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 149(1) tiegħu,

Billi:

(1) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/97 [1], hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/1999 [2], jestendi l-perjodu li matulu jistgħu jiġu addottati miżuri transizzjonali sabiex jiffaċilitaw il-bidla mill-arranġamenti li japplikaw fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fiż-żmien tas-Sħubija għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tax-xaħam f’ħalib għax-xorb prodott fil-Finlandja u l-Isvezja, dak il-perjodu ġie estiż mill-31 ta’ Diċembru 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2003.

(2) Huwa xieraq li tiġi provduta estensjoni simili tad-dispożizzjonijiet implimentattivi hekk kif maħsuba fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 280/98 [3].

(3) Il-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Rgolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal ħalib u Prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 280/98, il-kliem "31 ta’ Diċembru 1999" huma mibdulin mill-kliem "31 ta’ Diċembru 2003".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, 25 ta’ Jannar 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 12.<0ħ

[2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 11.<0ħ

[3] ĠU L 28, ta’ l-4.2.1998, p. 3.<0ħ

--------------------------------------------------