32000L0071



Official Journal L 287 , 14/11/2000 P. 0046 - 0050


Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/71/KE

tas-7 ta' Novembru 2000

li tadatta l-metodi tal-kejl kif stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-progress tekniku kif imbassar fl-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 li tirrigwarda l-kwalitá tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KE [1], u b'mod partikolari, l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/70/KE tistabbilixxi speċifikazzjonijiet ambjentali għall-karburanti tal-petrol mingħajr ċomb u tad-diesel. L-Annessi I sa IV ta' dik id-Direttiva jinkludu l-metodi ta' l-eżaminazzjoni u d-dati tal-pubblikazzjoni tagħhom li għandhom jintużaw sabiex tkun iddeterminata il-kwalitá tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel kif relatata ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali.

(2) L-I standard Ewropew 228 u l-I standard Ewropew 590 jistabbilixxu wkoll l-ispeċifikazzjonijiet għall-kwalitá tal-petrol u tad-diesel rispettivament sabiex jassiguraw il-funzjonament tajjeb ta' dawn il-prodotti. Dawn l-i standards ġew reċentement emendati u adottati mil-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fid-29 ta' Ottubru 1999 u l-metodi ta' l-eżaminazzjoni għal ċerti parametri ta' kwalitá li huma nklużi wkoll bħala speċifikazzjonijiet ambjentali fl-Annessi I sa IV tad-Direttiva 98/70/KE ġew emendati jew mibdula sabiex jirriflettu l-progress tekniku. Il-metodi ta' l-eżaminazzjoni fl-Annessi I sa IV għandhom ikunu konsistenti ma' dawk fl-I standards Ewropej 228 u 590 sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tad-direttiva u sabiex ikun assigurat li tiġi emendata b'mod li tirrifletti l-progress tekniku.

(3) Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni l-tal-Kumitat ta' l-Artikolu 10 stabbilit sabiex, inter alia, jgħin lill-Kummissjoni biex tadatta d-Direttiva 98/70/KE għall-progress tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 98/70/KE huma mibdula bl-Annessi I sa IV ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2001. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella din ir-referenza għandha ssir fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bit-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li huma jadottaw fl-ambitu kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58.

--------------------------------------------------

ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI LI HUMA FIS-SUQ U LI JINTUŻAW MINN VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI LI GĦANDHOM POSITIVE-IGNITION

Tip: Petrol

Parametru | Unitá | Limiti | Test |

Minimi | Massimi | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru octane tar-riċerka | 95 | — | EN 25164 | 1993 |

Numru octane tal-mutur | | 85 | — | EN 25163 | 1993 |

Pressjoni tal-fwar, perjodu tas-sajf | KPa | — | 60,0 | pr. EN-13016-1 (DVPE) | 1997 |

Distillazzjoni: | | | — | pr. EN-ISO 3405 | 1998 |

— evaporat f'100°C | %v/v | — | | | |

— evaporat f'150°C | % v/v | 75,0 | — | | |

Analiżi ta' l-idrokarburi: | % v/v | | | | |

— olefins | | — | 18,0 | ASTM D1319 | 1995 |

— aromatiċi | | — | 42,0 | ASTM D1319 | 1995 |

— benżina | | — | 1,0 | EN 12177 | 1998 |

| EN 238 | 1996 |

Kontenut ta’ l-ossiġenu | % m/m | — | 2,7 | EN 1601 | 1997 |

pr. EN 13132 | 1998 |

Ossiġenati | | | | EN 1601 | 1997 |

| | | pr. EN 13132 | 1998 |

— Metanol, għandhom jiġu miżjuda l-aġenti stabbilizzanti | % v/v | — | 3 | | |

— Etanol, l-aġenti stabbilizzanti jistgħu jkunu meħtieġa | % v/v | — | 5 | | |

— Alkol iso-propyl | % v/v | — | 10 | | |

— Alkol tert-butly | % v/v | — | 7 | | |

— Alkol iso-butyl | % v/v | — | 10 | | |

— Eteri li għandhom 5 jew aktar atomi tal-karbonju f'kull molekula | % v/v | — | 15 | | |

Ossiġenati oħrajn | % v/v | — | 10 | | |

Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 350 | EN ISO 14596 | 1998 |

EN ISO 8754 | 1995 |

EN 24260 | 1994 |

Kontenut taċ-ċomb | g/l | — | 0,005 | EN 237 | 1996 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI LI HUMA FIS-SUQ U LI JINTUŻAW MILL-VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI LI GĦANDHOM COMPRESSION IGNITION

Tip: Karburant tad-diesel

Parametru | Unitá | Limiti | Test |

Minimi | Massimi | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru ta' cetane | 51,0 | — | EN ISO 5165 | 1998 |

Densitá f'15 °C | kg/m3 | — | 845 | EN ISO 3675 | 1998 |

EN ISO 12185 | 1996 |

Distillazzjoni:

— 95 % punt | °C | — | 360 | pr. EN ISO 3405 | 1998 |

Idrokarburi polycylic aromatiċi | % m/m | — | 11 | IP 391 | 1995 |

Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 350 | EN ISO 14596 | 1998 |

EN ISO 8754 | 1995 |

EN 24260 | 1994 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI LI HUMA FIS-SUQ U LI JINTUŻAW MILL-VETTURI LI HUMA MGĦAMMRA B'MAGNI LI GĦANDHOM POSITIVE IGNITION

Tip: Petrol

Parametru | Unitá | Limiti | Test |

Minimi | Massimi | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru octane tar-riċerka | 95 | | EN 25164 | 1993 |

Numru octane tal-mutur | | 85 | | EN 25163 | 1993 |

Pressjoni tal-fwar, perjodu tas-sajf | KPa | — | | pr. EN-13016-1 (DVPE) | 1997 |

Distillazzjoni: | %v/v | | | pr. EN-ISO 3405 | 1988 |

— evaporat f'100°C | | — | — | | |

— evaporat f'150°C | | — | — | | |

Analiżi ta' l-idrokarburi:

— olefins | %v/v | — | | ASTM D1319 | 1995 |

— aromatiċi | %v/v | — | 35,0 | ASTM D1319 | 1995 |

benżina | %v/v | — | | EN12177 | 1995 |

| EN238 | 1996 |

Kontenut ta' l-ossiġenu | % m/m | — | | EN1601 | 1997 |

| pr. EN 13132 | 1998 |

Kontenut tal-kubrit | mg/Kg | — | 50 | pr. EN ISO/14596 | 1998 |

pr. EN ISO 8754 | 1995 |

EN24260 | 1994 |

Kontenut taċ-ċomb | g/l | — | | EN 237 | 1996 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI LI HUMA FIS-SUQ U LI JINTUŻAW MILL-VETTURI LI HUMA MGĦAMMRA B'MAGNI LI GĦANDĦOM COMPRESSION IGNITION

Tip: Karburanti tad-diesel

Parametru | Unitá | Limiti | Test |

Minimi | Massimi | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru ta' cetane | | — | EN ISO 5165 | 1998 |

Densitá fi 15 °C | kg/m3 | | — | EN ISO 3675 | 1998 |

| EN ISO 12185 | 1996 |

Distillazzjoni:

— 95 % punt | °C | — | | pr. EN ISO 3405 | 1998 |

Idrokarburi poliċikliċi aromatiċi | % m/m | — | | IP 391 | 1995 |

Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 50 | EN ISO 14596 | 1998 |

EN ISO 8754 | 1995 |

EN 24260 | 1994 |

--------------------------------------------------