Official Journal L 244 , 29/09/2000 P. 0078 - 0083
Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2000/58/KE tat-22 ta’ Settembru 2000 li temenda l-Annessi li jinsabu mad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-għalf ta’ l-oriġini mill-annimal u ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti, inklużi rispettivament il-frott u l-ħxejjex (Test b'rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/48/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-għalf ta’ l-oriġini mill-annimal [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/42/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta’ l-oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/57/KE [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjani fis-suq [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/10/KE [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha, Billi: (1) Is-sustanza attiva ġdida, krexosim-methyl, kienet inkluża fl-Annes I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/1/KE [9], għall-użu biss bħala fuġiċidi, mingħajr ma tispeċifika l-kondizzjonijiet partikolari li għandhom impatt fuq l-uċuħ tar-raba’ li jistgħu jkunu ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom krexosim-methyl. (2) L-imsemmija inklużjoni fl-Anness I kienet ibbażata fuq estimi tat-tagħrif mibgħut dwar l-użu propost bħala fuġiċida fuq ċereali, frott pome (tip tat-tuffieħ) u dwieli. L-informazzjoni li tirrigwardja l-użu ieħor kienet mibgħuta minn ċerti Stati Membri skond il-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet irreveduta u hija suffiċjenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi tar-residwi. (3) Meta ma jeżisti l-ebda livell massimu tal-Komunità tar-residwi jew MRL provviżjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu livell nazzjonali provviżorju massimu ta’ residwi bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli kienet irriveduta u hija suffiċjenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi ta' residwi. (4) Bl-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika ta’ kresoxim methyl ġiet iffinalizzata fis-16 ta’ Ottubru 1998 fil-format ta’ rapport tal-Kummissjoni ta’ reviżjoni għall-kresoxim methyl. F’dan ir-rapport ta’ reviżjoni d-doża ta’ kuljum (ADI) aċċettabbli għall-kresoxim methyl kienet iffissata bħala 0,4 mg/kg bw. L-esponiment tul il-medda tal-ħajja ta’ konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-kresoxim methyl ġiet estimata u evalwata bi qbil mal-proċeduri u l-prattiċi użati fil-Komunità Ewropea, waqt li ngħata akkont tal-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-saħħa [10] u ġie kkalkolat li l-livell massimu ta’ residwi stabbilit f’din id-Direttiva ma jagħtix lok li jinqabżu dawk ta’ dan l-ADI. (5) Effetti akuti tossiċi li jeħtieġu l-iffissar ta’ doża akuta ta’ referenza ma ġewx innotati matul l-evalwazzjoni u d-diskussjoni li ppreċediet l-inklużjoni ta’ kresoxim methyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. (6) Għal ċerti prodotti agrikoli l-kondizzjonijiet ta’ l-użu għall-kresoxim methyl kienu diġà definiti b’mod li jippermetti l-istabbilar ta’ livelli definittivi massimi ta’ residwi. (7) Biex ikun assigurat li l-konsumatur ikun protett kif xieraq mill-esponiment għar-residwi fi jew fuq il-prodotti li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, huwa prudenti li jkunu stabbiliti livelli proviżorji massimi ta’ residwi fil-limitu l-aktar baxx ta’ stabbillar analitiku għal dawk il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE. L-iffissar fil-livell tal-Komunità ta’ livelli massimi proviżorji ta’ residwi ma jżommux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli massimi proviżorji għall-residwi tal-kresoxim methyl bi qbil mal-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u bi qbil mal-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod partikolari l-Parti B, s-Sezzjoni 2.4.2.3 li tinsab ma’ dan l-Anness. Erba’ snin huma meqjusa bħala perjodu suffiċjenti ta’ żmien li matulu għandu jkun stabbilit ħafna aktar użu għall-kresoxim methyl. Wara dak il-perjodu dawn il-livelli massimi proviżorji ta’ residwi għandhom isiru definittivi; (8) L-imsieħba kummerċjali tal-Komunità kienu ġew ikkonsultati dwar il-livelli stabbiliti f’din id-Direttiva permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkunsidrati. Il-possibbiltà li tkun stabbilita tolleranza dwar livelli massimi ta’ l-importazzjoni tar-residwi għall-pestiċidi/kombinazzjonijiet ta’ uċuħ tar-raba’ speċifiċi għandha tiġi eżaminata mill-Kummisjoni fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet ta’ tagħrif aċċettabbli. (9) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi, kien ingħata akkont tagħhom. (10) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu f'mg/kg | | | Kresoxim Methyl | 0,05 [11] [12] | ċereali | L-Artikolu 2 Dan li ġej għandu jiżdied mal-Parti ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu f'mg/kg | | | Kresoxim methyl (fdal 490M9 [15] għall-ħalib u 490 M 1 [16] għall-laħam, fwied, xaħam u kliewi espressi bħala kresoxim methyl) | 0,05 [13] [14] | Ħalib | 0,02 [13] [14] | Laħam, fwied, xaħam | 0,05 [14] | Kliewi | Kresoxim methyl | 0,02 [13] [14] | Bajd | L-Artikolu 3 Il-livelli massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl fl-Anness ta’ din id-Direttiva huma miżjuda ma’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE. L-Artikolu 4 1. Meta l-livelli massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl huma indikati bħala "(p)", dan ifisser li huma proviżorji (p) bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. 2. Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-livelli proviżorji massimi ta’ residwi għall-kresoxim methyl fl-Annessi ma jibqgħux proviżorji u jsiru definittivi fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2001 l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2001. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-22 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. [2] ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 26. [3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43. [4] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51. [5] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71. [6] Ara l-paġna 76 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [7] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [8] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28. [9] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21. [10] Il-linji ta’ gwida biex titbassar id-doża tad-dieta mittiekla tar-residwi tal-pestiċidi (riveduta), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7) [11] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku. [13] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku. [15] 490M9 = 2-[2-(4-hydroxy-2-methylphenoxymethyl)phenyl]-2-methoxy-imino-aċidu aċetiku. [16] 490M1 = 2-methoxyimino-2-[2-(otolyloxymethyl)phenyl]acetic acid. -------------------------------------------------- ANNESS Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRL | Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi | Kresoxim methyl | 1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippreżervat bl-iffriżar, li ma jkunx fih zokkor miżjud; ġewż i)FROTT TAĊ-ĊITRU (Agrumi) | 0,05 [2] [1] | Tronġiet | | Lumi | | Xkomp | | Mandolina (inklużi klementini jew ibridi oħra) | | Larinġ | | Pomelos | | Oħrajn | | ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (imqaxxra jew le) | 0,1 [2] [1] | Lewż | | Ġewż tal-Brażil | | Ġewż tal-kexju | | Qastan | | Ġewż ta' l-Indi | | Ġellewż | | Makadamia | | Peckni | | Ġews ta' l-Arżnu (prinjoli) | | Pistaċċi | | Ġewż | | Oħrajn | | iii)FROTT TIP TAT-TUFFIEĦ | 0,2 [2] | Tuffieħ | | Lanġas | | Sfraġel | | Oħrajn | | iv)FROTT TA' L-GĦADMA | 0,05 [2] [1] | Berquq | | Ċirasa | | Ħawħ (inklużi nuċiprisk u ibridi simili) | | Għanbaqar | | Oħrajn | | v)KUKKU U FROTT IRQIQ a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 1 [2] | Għeneb tal-mejda | | Għeneb ta' l-inbid | | b)Frawli (apparti minn selvaġġa) | 0,05 [2] [1] | c)Frott tal-kannamieli (apparti minn selvaġġ) | 0,05 [2] [1] | Ċawsli skura | | Dewberries | | Loganberries | | Ċawsli (lampone) | | Oħrajn | | d)Frott ieħor irqieq u kukku (apparti minn selvaġġ) | 0,05 [2] [1] | Qerqnin | | Cranberries | | Passolina (ħamra, sewdau bajda) | | Ribes | | Oħrajn | | e)Kukku selvaġġi u frott selvaġġ | 0,05 [2] [1] | vi)MIXXELLANJI Avokado | | Banana | | Tamal | | Tin | | Kiwi | | Kumkwat | | Litchis | | Mangi | | Żebbuġ | 0,2 [2] | Frott tal-Passjoni | | Ananas | | Rummien | | Oħrajn | 0,05 [2] [1] | 2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfa i)ĦXEJJEX BL-GĦERUQ U TUBERUŻI | 0,05 [2] [1] | Pitravi | | Karrotti | | Krafes (ħoxnin) | | Ravanell | | Artiċokks | | Żunnarija bajda | | Għeruq tat-tursin | | Ravanell | | Salsafja | | Patata ħelwa | | Rapa Svediża | | Nevew | | Yam | | Oħrajn | | ii)ĦXEJJEX BIL-BASLA | 0,05 [2] [1] | Tewm | | Basal | | Basal abjad | | Basal tal-qatta' | | Oħrajn | | iii)ĦXEJJEX LI JAGĦMLU L-FROTT a)Solanacea Tadam | 0,5 [2] | Bżar | 1 [2] | Brunġiel | 0,5 [2] | Oħrajn | 0,05 [2] [1] | b)Qara bil-qoxra li tittiekel | 0,05 [2] [1] | Ħjar | | Ħjar żgħir | | Qara bagħli | | Oħrajn | | c)Qargħa bil-qoxra li ma tittikilx | 0,2 [2] | Bettieħ | | Ilbieba tal-qara' | | Dulliegħ | | Oħrajn | | d)Qamħirrum | 0,05 [2] [1] | iv)ĦXEJJEX TAL-BRASSIKA | 0,05 [2] [1] | a)Brassika li tagħmel il-fjuri Brokkli | | Pastard | | Oħrajn | | b)Ras il-brassika Brussel sprouts | | Il-qalba tal-kaboċċa | | Oħrajn | | c)Brassika bil-weraq Kaboċċa Ċiniża | | Kaboċċi mfelfla | | Oħrajn | | d)Ġdur (kolrabi) | | v)ĦXEJJEX BIL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI | 0,05 [2] [1] | a)Ħass u simili Krexxun | | Ħass tal-ħaruf | | Ħass | | Scarole | | Oħrajn | | b)Spinaċi u simili Spinaċi | | Weraq tal-pitravi (chard) | | Oħrajn | | c)Krexxun ta' l-ilma | | d)Witluf | | e)Ħwawar Maxxita | | Kurrat selvaġġ | | Tursin, | | Weraq tal-krafes | | Oħrajn | | vi)ĦXEJJEX TAL-LEGUMI (TA' L-IMWIEŻED) (friski) | 0,05 [2] [1] | Fażola (bil-miżwed) | | Fażola (bla miżwed) | | Piżelli (bil-miżwed) | | Piżelli (bla miżwed) | | Oħrajn | | vii)ĦXEJJEX BIZ-ZOKK (friski) | 0,05 [2] [1] | Sfarġ (asparagus) | | Karduni | | Krafes | | Busbież | | Qaqoċċ | | Kurrat | | Rebarbru | | Oħrajn | | viii)FAQQIEGĦ | 0,05 [2] [1] | a)Faqqiegħ ikkoltivat | | b)Faqqiegħ selvaġġ | | 3.Ħaxix ta' l-imwieżed | 0,05 [2] [1] | Fażola | | Għads | | Piżelli | | Oħrajn | | 4.Żrieragħ taż-żejt | 0,1 [2] [1] | Kittien | | Karawett | | Żerriegħa tal-peprin | | Ġunġlien | | Żerriegħa tal-ġirasol | | Żeriegħa tar-ravanell | | Fażola tas-sojja | | Żerriegħa tal-mustarda | | Żerriegħa tal-qoton | | Oħrajn | | 5.Patata | 0,05 [2] [1] | Patata bikrija | | Patata mwaħħra | | 6.Tè (weraq u zkuk niexfa, iffermentati jew xort'oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 [2] [1] | 7.Ħops (imnixxef), inklużi boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 [2] [1] | [1] Jindika l-limitu l-baxx ta' l-istabbillar analitiku. --------------------------------------------------