32000L0048



Official Journal L 197 , 03/08/2000 P. 0026 - 0031


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/48/KE

tal-25 ta' Lulju 2000

li temenda l-Annessi mad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti ta' oriġini mill- pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel rispettivament

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti ta' oriġini mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/42/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/10/KE [5], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 (1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanza attiva ġdida, l-azossistrobin, kienet inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE [6], għall-użu bħala fuġiċidi biss, mingħajr ma ġew speċifikati l-kondizzjonijiet partikolari li għandhom impatt fuq l-uċuħ tar-raba' li jistgħu jiġu ttrattati bil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-azossistrobin.

(2) Il-livelli massimi għall-fdalijiet ta' l-azossistrobin ġewwa u fuq l-oġġetti kollha tad-dar koperti bid-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE kienu ffissati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE [7].

(3) Filwaqt li kienu qegħdin jiġu ffissati l-livelli massimi msemmija għall-fdal ta' l-azossistrobin, ġie magħruf illi dawn il-livelli għandhom jinżammu taħt reviżjoni u għandhom jiġu mibdula għalbiex iqisu t-tagħrif u l-informazzjoni l-ġodda. Id-Direttiva 1999/71/KE rrikonoxxiet illi l-livelli massimi nazzjonali proviżorji tal-fdalijiet għaċ-ċereali l-oħra u l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri bħala parti mill-awtorizzazzjoni tagħhom tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-azossistrobin u għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. Biex tiġi ffaċilitata din l-eventwalità, xi wħud mil-livelli ddikjarati fid-Direttiva 1999/71/KE ġew iffissati fuq bażi proviżorju li jippermetti lill-Istati Membri li jikkonċedu iktar awtorizzazzjonijiet għal użu ġdid u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu msemmi. Dan l-Artikolu jipprovdi illi fejn jeżisti livell massimu proviżorju Komunitarju tal-fdalijiet u fejn l-użu ġdid awtorizzat iwassal għal livelli ogħla, l-Istat Membru li jawtorizza għandu jistabbilixxi livell massimu nazzjonali proviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni.

(4) Sabiex jiġi żgurat illi l-konsumatur jiġi protett b'mod adegwat mill-espożizzjoni għall-fdalijiet ġewwa jew fuq il-prodotti li dwarhom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, għandu jitqies prudenti, fl-adozzjoni tad-Direttiva 1999/71/KE, li jiġu ffissati l-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet f'livell aktar baxx dwar kif jiġu stabbiliti analitikament dawn il-prodotti. Kif jiġu stabbiliti fil-livell Komunitarju dawn il-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet huwa mingħajr preġudizzju għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjonijiet proviżorji mill-Istati Membri għall-użu ta' l-azossistrobin fuq dawn il-prodotti skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Sabiex jiġi awtorizzat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE fl-evalwazzjoni, b'mod partikolari, ta' dossier li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE, issottomess mill-applikant għall-awtorizzazzjoni. It-Taqsima 8 tal-Parti A ta' l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE teħtieġ illi l-applikanti jissottomettu ċertu tagħrif li jinkludi l-livelli massimi proposti tal-fdalijiet flimkien ma' ġustifikazzjoni u stimi sħaħ dwar l-espożizzjoni potenzjali u l-espożizzjoni attwali permezz tad-dieta u ta' mezzi oħra. It-Taqsima 2.4.2 tal-Parti B ta' l-Anness VI, it-Taqsima 2.5 tal-Parti Ċ tad-Direttiva 91/414/KEE jeħtieġu illi l-Istati Membri jevalwaw it-tagħrif issottomess li jirrigwarda l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali mill-fdalijiet u l-impatt fuq l-ambjent u li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet sabiex jiġi żgurat illi l-fdalijiet li jiġru jirriflettu l-kwantitajiet minimi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti meħtieġa għalbiex jinkiseb il-kontroll adegwat li jkun jikkorrispondi mal-prattika tajba tal-biedja, applikati b'manjiera illi jitnaqqsu għall-minimu l-fdalijiet waqt il-ħsad, waqt il-qatla jew wara l-ħażna, kif approprjat.

(6) Ġie pprovdut tagħrif ġdid dwar l-użi ta' azossistrobin fuq ir-ross, il-banana, it-tuffieħ, tadam u l-kukurbit b'qoxra li tittiekel u li ma tittikilx. Din l-informazzjoni l-ġdida ġiet evalwata u jitqies approprjat illi jiġu rriveduti l-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet iffissati għal dawn il-prodotti fid-Direttiva 1999/71/KE.

(7) Ma' l-inklużjoni fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika ta' l-azossistrobin ġiet iffinalizzata fit-22 ta' April 1998 fil-format ta' rapport tal-Kummissjoni ta' reviżjoni għall-azossistrobin. F'dan ir-rapport ta' reviżjoni, it-teħid aċċettabbli ta' kuljum (TAK) għall-azossistrobin ġie ffissat bħala ta' 0,1 mg/kg bw/kull jum. L-espożizzjoni tul il-medda tal-ħajja tal-konsumaturi tal-prodotti ta' l-ikel ittrattati bl-azossistrobin ġiet stmata u evalwata skond il-proċeduri u l-prattiċi użati ġewwa l-Komunità Ewropea, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [8] u ġie kkalkolat illi l-livell massimu tal-fdal iffissat f'din id-Direttiva ma jagħtix lok li jinqabżu dawk ta' dan it-TAK.

(8) Ma kinux innotati effetti akuti tossiċi li jeħtieġu li tiġi stabbilita doża akuta ta' referenza matul l-evalwazzjoni u d-diskussjoni li ppreċedew l-inklużjoni ta' l-azossistrobin fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Is-sieħba kummerċjali fil-Komunità ġew ikkonsultati dwar il-livelli ddikjarati f'din id-Direttiva permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkonsidrati. Il-possibbiltà li tiġi ffissata t-tolleranza ta' l-importazzjoni dwar il-livelli massimi tal-fdalijiet għall-pestiċidi/kombinazzjonijiet ta' uċuh tar-raba' speċifiċi trid tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet ta' l-informazzjoni aċċettabbli.

(10) Tqiesu l-parir u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, b'mod partikolari fejn jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi għall-prodotti ta' l-ikel ittrattati bil-pestiċidi.

(11) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

"Il-Fdal tal-pestiċida | Il-Livell Massimu f'mg/kg |

| |

L-Azossistrobin | 5 | Ir-Ross" |

Artikolu 2

Il-livelli massimi tal-fdalijiet fl-Anness ma' din id-Direttiva għandhom jieħdu l-post ta' dawk elenkati għall-azossistrobin fl-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE.

Artikolu 3

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2001. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

3. Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta' April 2001.

4. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, pġ. 37

[2] ĠU L 158, tat-30.6.2000, pġ. 51

[3] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, pġ. 71

[4] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1

[5] ĠU L 57, tat-2.3.2000, pġ. 28

[6] ĠU L 191, tas-7.7.1998, pġ. 50

[7] ĠU L 194, tas-27.7.1999, pġ. 36

[8] Linji ta' gwida biex jiġi previst il-konsum ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti) ippreparati mill-Programm ta' l-Ikel/GEMS f' kollaborazzjoni mal-Kumitat Kodex dwar Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mil-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa 1997 9WHO/FSF/FOS/97.7)

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-gruppi u l-eżempji tal-prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLijiet | Il-fdalijiet tal-pestiċidi u l-livelli massimi tal-fdalijiet (mg/kg) |

1.Il-frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriżervat bil-friża, li ma jkunx fih zokkor; ġewż

(i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,05 [2] [1] |

Il-Grapefruit | |

Il-Lumi | |

Il-Lumiċell | |

Il-Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | |

Il-Larinġ | |

Il-Pomelos | |

Oħrajn | |

(ii)IL-ĠEWŻ TAS-SIĠAR (BIL-QOXRA MNEĦĦIJA JEW LE) | 0,1 [2] [1] |

Il-lewż | |

Il-Brazil nuts | |

Il-Cashew nuts | |

Il-Qastan | |

Il-Ġewż ta' l-Indi | |

Il-Ġellewż | |

Il-Macadamia | |

Il-Pecans | |

Il-Prinjoli | |

Il-Pistaċċi | |

Il-Ġewż | |

Oħrajn | |

(iii)IT-TUFFIEĦ, | 0,05 [2] [1] |

It-tuffieħ ta' belludja | |

Il-Lanġas | |

Il-Quince | |

Oħrajn | |

(iv)IL-FROTT BL-GĦADMA | 0,05 [2] [1] |

Il-Berquq | |

Iċ-Ċirasa | |

Il-Ħawħ (inklużi n-noċepeska u ibridi simili) | |

Il-Għajn baqar | |

Oħrajn | |

(v)IL-BERRIES U L-FROTT IRQIQ

(a)L-Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 2 |

L-Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

(b)Il-Frawli (barra mis-selvaġġa) | 0,05 [2] [1] |

(ċ)Frott tal-kannamieli (barra minn selvaġġ) | 0,05 [2] [1] |

It-Tut | |

Id-Dewberries | |

Il-Loganberries | |

Ir-Raspberries | |

Oħrajn | |

(d)Frott irqiq ieħor u berries oħra (minbarra mis-selvaġġi) | 0,05 [2] [1] |

Il-Bilberries | |

Il-Cranberries | |

Il-Passolina (ħamra, sewda u bajda) | |

Il-Gooseberries | |

Oħrajn | |

(e)Il-Berries selvaġġi u l-frott selvaġġ | 0,05 [2] [1] |

(vi)MIXXELLANJI

L-Avocado | |

Il-Banana | 2 |

It-Tamal | |

It-Tin | |

Il-Kiwi | |

Il-Kumquas | |

Il-Lychees | |

Il-Mangoes | |

Iż-Żebbuġ | |

Passion fruit | |

L-Ananas | |

Ir-Rummien | |

Oħrajn | 0,05 [2] [1] |

2.Il-Ħxejjex ta' l-Ikel, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfa

(i)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TA' L-GĦERUQ U TAT-TUBERI | 0,05 [2] [1] |

Il-Pitravi | |

Il-Karrotti | |

Is-Celeriac | |

Ir-Ravanell | |

L-Artiċokk | |

Iż-Żunnarija | |

Il-għeruq tat-Tursin | |

Ir-ravanell | |

Is-Salsify | |

Il-Patata ħelwa | |

Il-Ġidra | |

In-Nevew | |

Il-Yam | |

Oħrajn | |

(ii)ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-BASLA | 0,05 [2] [1] |

It-Tewm | |

Il-Basal | |

Ix-Xalott | |

Il-basal tal-qatta' | |

Oħrajn | |

(iii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL LI JAGĦTU L-FROTT

(a)Is-Solanacea

It-tuffieħ tadam | 2 [2] |

Il-Bżar | |

Brunċiel | |

Oħrajn | 0,05 [2] [1] |

(b)Il-Kukurbit, il-qoxra li tittiekel | 1 [2] |

Il-Ħjar | |

Il-Għerkin | |

Il-Qarabagħli | |

Oħrajn | |

(ċ)Il-Kukurbit, il-qoxra li ma tittikilx | 0,5 [2] |

Il-Bettieħ | |

Il-Frott tal-ġenus Cucurbita | |

Id-Dulliegħ | |

Oħrajn | |

(d)Il-Qamħirrum ħelu | 0,05 [2] [1] |

(iv)ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAR-RAZZA BRASSIKA | 0,05 [2] [1] |

(a)Il-Brassika li tagħmel il-fjuri

Il-Brokkoli | |

Pastard | |

Oħrajn | |

(b)Il-Brassika tar-Ras

Il-Brussel sprouts | |

Il-Kaboċċi tar-Ras | |

Oħrajn | |

(ċ)Brassicabil-weraq

Il-Kaboċċi Ċiniża | |

Il-Kaboċċi mfelfla | |

Oħrajn | |

(d)Il-Ġidra | |

(v)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-WERAQ U L-ĦWAWAR FRISKI | 0,05 [2] [1] |

(a)Il-Ħass u simili

Il-Krexxun | |

Il-lamb's lettuce | |

Il-Ħass | |

L-iScarole | |

Oħrajn | |

(b)L-Ispinaċi u simili

L-Ispinaċi | |

Il-Weraq tal-Pitravi (chard) | |

Oħrajn | |

(ċ)Il-Watercress | |

(d)Il-Witloof | |

(e)Il-Ħwawar

Il-Maxxita | |

Il-Kurrat | |

It-Tursin, | |

Il-Weraq tal-Krafes | |

Oħrajn | |

(vi)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-LEGUMI (friski) | 0,05 [2] [1] |

Il-Ful/Fażola (bil-miżwed) | |

Il-Ful/Fażola (mingħajr il-miżwed) | |

Il-Piżelli (bil-miżwed) | |

Il-Piżelli (mingħajr miżwed) | |

Oħrajn | |

(vii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAZ-ZOKK (friski) | 0,05 [2] [1] |

L-Asparagu | |

Il-Kardun | |

Il-Krafes | |

Il-Busbież | |

Il-Qaqoċċ | |

Il-Kurrat | |

Ir-Rabarbru | |

Oħrajn | |

(viii)IL-FUNGI | 0,05 [2] [1] |

(a)Il-Faqqiegħ ikkultivat | |

(b)Il-Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Il-Ħaxix ta' l-Ikel tal-Miżwed | 0,05 [2] [1] |

Il-Ful/Fażola | |

Il-Għazz | |

Il-Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Iż-Żrieragħ taż-żejt | 0,05 [2] [1] |

Il-Kittien | |

Il-Karawett | |

Żerriegħa tal-Peprin | |

Il-Ġunġlien | |

Iż-Żerriegħa tal-Ward tax-Xemx | |

Iż-Żerriegħa tal-Lift | |

Iż-żerriegħa tas-Soya | |

Iż-Żerriegħa tal-Mustarda | |

Iż-Żerriegħa tal-Qoton | |

Oħrajn | |

5.Il-Patata | 0,05 [2] [1] |

Il-Patata bikrija | |

Il-Patata li tinħażen | |

6.It-Té (il-weraq u z-zkuk niexfa, iffermentati jew xorta oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 [2] [1] |

7.Il-Ħops (imnixxef), inklużi l-gerbub tal-ħops u t-trab mhux ikkonċentrat | 0,1 [2] [1] |

[1] Jindika l-limitu l-baxx ta' kif jiġi stabbilit analitikament.

--------------------------------------------------