32000L0002



Official Journal L 021 , 26/01/2000 P. 0023 - 0031


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/2//KE

ta'l-14 ta' Jannar 2000

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE rigward is-soppressjoni ta' l-interferenza fir-radju prodotta minn magni spark ignition immuntati ma tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija u d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija

(Test b'relevanza għaz-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn magni s park ignition immuntati fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 75/322/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE li kienet stabbilita permezz tad-Direttiva 74/150/KEE. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 74/150/KEE applikabbli għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għad-Direttiva 75/322/KEE.

(2) Id-Direttiva 75/322/KEE fiha l-miżuri l-aktar kmieni li jittantaw li jġibu fl-applikazzjoni kompatibbilità ewlettro-manjetika bażika dwar l-interferenza tar-radju. Sussegwentement, il-progress tekniku żied il-komplessità u d-diversità ta' l-apparat elettriku u elettroniku.

(3) Biex jingħata akkont tat-tħassib li qiegħed dejjem jikber dwar l-iżviluppi teknoloġiċi fl-apparat elettriku u elettroniku u l-ħtieġa li tkun assigurata l-kompatibbilità ġenerali mal-apparat elettriku u elettroniku differenti, id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [5], li tipprovdi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kompatibbilità elettro-manjetika għall-prodotti mhux koperti b'direttiva speċifika.

(4) Id-Direttiva 89/336/KEE li tistabbilixxi l-prinċipju li, sa fejn il-ħtiġiet ta' protezzjoni speċifikati f'dik id-Direttiva kienu armonizzati, id-dispożizzjonijiet ġenerali tagħha ma japplikawx u ma jibgħux japplikaw fir-rigward ta' l-apparat kopert b'direttivi speċifiċi.

(5) Id-Direttiva 75/322/KEE għandha ssir direttiva speċifika.

(6) L-adozzjoni għall-progress tekniku kien effetwat, fil-każ ta' vetturi bil-mutur, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE [6] dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotta minn makni bl-ispark ignition immuntati fuq vetturi bil-mutur. Ħtiġiet ekwivalenti għandhom jiġu adottati dwar l-interferenza tar-radju prodotta minn magni mmuntati fuq tratturi agrikoli jew għall-foresterija, billi tkun stabbilita direttiva speċifika fil-qafas tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip li tipprovdi għall-approvazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali nnominati fuq il-bażi tal-ħtiġiet tekniċi armonizzati.

(7) Mill-1 ta' Ottubru 2001 il-ħtiġiet tekniċi li jirrelataw mal-interferenza tar-radju (kompatibilità elettro-manjetika) ta' vetturi, il-komponenti u s-sistemi tagħhom għandhom ikunu irregolati unikament bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/322/KEE.

(8) Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni tal-Progress Tekniku stabbilit bl-Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE hija emendata kif ġej:

1. It-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE ta'l-20 ta' Mejju 1975 dwar is-soppressjoni ta'l-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompattibbilita elettro-manjetika)."

2. L-Artikolu 1 u 2 huma mibdula b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura kif definita fid-Direttiva 74/150/KEE.

L-Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE lill-vettura, sistema, komponent jew unita teknika separat fuq il-bażi li jirrigwardjaw il-kompattibiltà elettro-manjetika jekk il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jkunu mwettqa."

3. L-Artikolu 3 huwa mħassar.

4. L-Artikolu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 4

Din id-Direttivi għandha tikkostitwixxi "direttiva speċifika" għall-għan ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal Kunsill 89/336/KEE [7] b'effett mill-1 ta' Ottubru 2001."

5. L-Annessi għandhom ikunu mibdula bl-Annessi I sa IX tad-Direttiva 95/54/KE, suġġetti għall-emendi stabbilita fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri ma jistgħux, fuq il-bażi li jirigwardjaw il-kompatibilità elettro-manjetika:

- jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar xi tip partikolari ta' vettura,

- jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni għal xi komponent jew unita teknika tat-tip KE għal xi tip partikolari ta' komponent jew unita teknika separata,

- jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

- jipprobbixxi l-bejgħ jew l-użu ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati,

jekk il-vettturi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 75/322/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2002, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE, l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jew l-approvazzjoni tat-tip KE ta' l-unita teknika separata,

u

- jistgħu jiċħdu li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal kull tip ta' komponent ta' vettura, jew l-unita teknika separata, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 75/322/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva ma jkunux imwettqa.

3. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal tipi ta' vetturi approvati qabel l-1 ta' Ottubru 2002 permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE [8] lanqas għall-xi estensjonijiet sussegwenti ta' dawn l-aprrovazzjonijiet.

4. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2008, l-Istati Membri:

- għandhom jikkunsidrwa ċertifikati tal-konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/150/KEE li ma jkunux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva,

u

- jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta' sub-assemblies elettriċi jew elettroniċi ġodda, jew l-unitajiet tekniċi separati,

jekk il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew imwettqa.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 4, fil-każ tal-partijiet ta' bdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE u li jippermettu l-bejgħ u dħul fis-servizz tal-komponenti jew ta' l-unitajiet tekniċi separati ntiżi għall-użu mal tipi ta' vetturi li kienu ġew approvati qabel l-1 ta' Ottubru 2002 permezz tad-Direttiva 75/322/KEE jew tad-Direttiva 77/537/KEE u, meta applikabbli, l-estensjonijiet sussegwenti ta' dawn l-approvazzjonijiet.

L-Artikolu 3

Fil-punt 3.17 ta' l-Annes I u l-punt 2.4 ta' l-Anness II li jinsabu mad-Direttiva 74/150/KEE, "suppressur ta' l-interferenza" hija mibdula bi "kompatibilità elettro-manjetika".

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2000 l-aktar tard. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummisjsoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Jannar 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tat - 28. 3. 1974, p. 10.

[2] ĠU L 277, ta'l - 10. 10. 1997, p. 24.

[3] ĠU L 147, tad - 9. 6. 1975, p. 28.

[4] ĠU L 139, tat - 23. 5. 1989, p. 19.

[5] ĠU L 220, tat - 30. 8. 1993, p. 1.

[6] ĠU L 266, tat - 8. 11. 1995, p. 1.

[7] ĠU L 139, tat - 23. 5. 1989, p. 19.

[8] ĠU L 220, tad - 29. 8. 1977, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Annessi I, IIA, IIB, IIIA, IIIB, IV u VI li jinsabu mad-Direttiva 95/54/KE huma b'dan emendati kif ġej:

1. L-Anness I

1.1.

Il-Punt 1.1 għandu jaqra kif ġej:

"Din id-Direttiva tapplika għall-kompatibilità elettro-manjetika ta' vetturi koperti bl-Artikolu 1. Tapplika wkoll għall-unitajiet tekniċi separati, elettriċi u ellettroniċi, intiżi biex ikunu mmuntati fuq il-vetturi."

1.2. Fil-punt 2.1.10:"Id-Direttiva 70/156/KEE, l-Artikolu 2" għandu jiġi mibdul bi "Id-Direttiva 74/150/KEE, l-Artikolu 9a".

1.3. Fil-punti 3.1.1 u 3.2.1:"l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE" għandu jiġi mibdul bi "l-Artikolu 9a tad-Direttiva 74/150/KEE".

1.4. Fil-punti 4.2.1.1 4.2.2.1:"l-Artikolu 4(3) u, meta japplika l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE" għandu jiġi mibdul bi "l-Artikolu 4 tad-Direttiva 74/150/KEE".

1.5. Fil-punt 4.3.1:"l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE" għandu jiġi mibdul bi "l-Artikolu 6 tad-Direttiva 74/150/KEE".

1.6. Fil-punt 5.2:

1.6.1.

Il-11 l-inċiżi għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej:

"1 għall-Ġermanja; 2 għall-Franza; 3 għall-Italja; 4 għall-Olanda; 5 għall-Isvezja; 6 għall-Belġju; 9 għall-Spanja; 11 għar-Renju Unit; 12 għall-Awstrija; 13 għall-Lussemburgu; 17 għall-Finlandja; 18 għad-Danimarka; 21 għall-Portugall; 23 għall-Greċja; 24 għall-Irlanda."

1.6.2. "Id-Direttiva 72/245/KEE" għandha tkun mibdula bi "id-Direttiva 75/322/KEE".

1.7. Il-punti 7.1 u 7.3 għandhom jitħassru.

2. L-Anness IIA

2.1.

It– Titolu għandu jkun mibdul bi:

"Id-Dokument ta' l-informazzjoni Nru… permezz ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 74/150/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura fir-rigward tal-kompatibilità (id-Direttiva 75/322/KEE), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/2/KE".

2.2. In– nota f'qiegħ il-paġna (*) għandha titħassar.

3. L-Anness IIB

3.1.It– Titolu għandu jiġi mibdul bi:

"Id-Dokument ta' l-Informazzjoni Nru… dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta' sub-assembly elettrika/elettronika f'dak li jirrigwardja l-kompattibilità elttro-manjetika (id-Direttiva 75/322/KEE), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/2/KE".

4. L-Anness IIIA

4.1.It– Titolu għandu jiġi mibdul bi:

"IĊ-ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE"

.

4.2. Fl-ewwel paragrafu:"Id-Direttiva 72/245/KEE" għandha tkun mibdula bi "id-Direttiva 75/322/KEE".

4.3. Fil-punt 0.4:

4.3.1."IL-Kategorija ta' vettura (3)" għandha tkun mibdula bi "il-Vettura."

4.3.2. In-nota f'qiegħ il-paġna (3) għandha titħassar.

4.4. It– Titolu tal-Appendiċi għandu jiġi mibdul bi:

"L-Appendiċi għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE Nru… li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip fir rigward tad-Direttiva 75/322/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/2/KE"

.

5. L-Anness IIIB

5.1.It– Titolu għandu jiġi mibdul bi.

"ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE"

.

5.2. Fl-ewwel paragrafu: "Id-Direttiva 72/245/KEE" għandha tkun mibdula bi "id-Direttiva 75/322/KEE".

5.3. Fil-punt 0.4:

5.3.1."Il-Kategorija ta' vettura (3)" għandha tkun mibdula bi "il-Vettura".

5.3.2. In-nota f'qiegħ il-paġna (3) għandha titħassar.

5.4. It– Titolu tal-Appendiċi għandu jiġi mibdul bi:

"L-Appendiċi għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE Nru… li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' sub-assembly elettrika/elettronika fir rigward tad-Direttiva 75/322/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/2/KE."

6. L-Anness IV

6.1.

L– ewwel subparagrafu tal-punt 3 għandu jkun emendat kif ġej:

"Dan it-test huwa ntiż biex ikejjel l-emissjonijiet elettro-manjetiċi tal-firxa wiesa'ġenerati minn sistemi spark-ignition u muturi elettriċi (muturi ta' traction elettrika, magni għas-sistema tas-sħana u de-icing, pompi tal-karburanti, pompi ta' l-ilma, eċċ.) immuntati permanenti fuq il-vettura."

6.2. Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5.3:

"u b'linja mal-punt tan-nofs tal-vettura definit bħala l-punt fuq l-assi prinċipali tal-vettura fin-nofs bejn iċ-ċentri tal-fusien ta' quddiem u ta' wara tal-vettura."

6.3. Fl– Appendiċi I, il-Figuri 1 u 2 huma mibdula bil-Figuri li ġejjin: "

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

7. L-Anness IV

7.1.

Il-punti 4.1.1 għandhom jiġu emendati kif ġej:

"Il-magna għandha ddawwar ir-roti tas-sewqan b'mod normali b'veloċità kostanti li tikkorrispondi ma' tlett kwarti tal-veloċità massima tal-vettura jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni teknika għall-manifattur li jippreferi xi veloċità oħra. Il-magna tal-vettura għandha tkun mgħobbija b'torque xieraq. Jekk ikun hemm bżonn, il-fusien tat-trasmissjoni jistgħu jiġu disingaġġati (per eżempju, fil-każ ta' vetturi b'aktar minn żewġ fusien) basta li ma jħaddmux xi komponent li jagħmel interferenza."

7.2. Il-punti 5.4.1.4 għandhom jiġu emendati kif ġej:

"5.4.1.4. . għad-dawl ta' quddiem, jew:

- +- 0,2 m il-ġewwa fil-vettura, mkejjla mill-punt ta' l-intersezzjoni tal-windscreen u l-bonnett (il-punt Ċ fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness), jew

- 0,2 +- 0,2 m mill-linja taċ-ċentru tal-fus ta' quddiem tat-trattur imkejjla lejn iċ-ċentru tat-trattur (il-punt D fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness),

liema minnhom jirriżulta bħala l-punt ta' referenza l-eqreb lejn l-antenna,"

7.3. Paragrafu ġdid għandu jiżdied kif ġej:

"5.4.1.5. għad-dawl ta' wara, jew:

- +- 0,2 m il-ġewwa fil-vettura, mkejjla mill-punt ta' l-intersezzjoni tal-windscreen u l-bonnet (il-punt C fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness), jew

- 0,2 +- 0,2 m mill-linja taċ-ċentru tal-fus ta' wara tat-trattur, imkejjla lejn iċ-ċentru tat-trattur (il-punt D fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness),

liema minnhom jirriżulta bħala l-punt ta' referenza l-eqreb lejn l-antenna"

7.4. L-Appendiċi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:"

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

"

7.5. L-Appendiċi 3 għandu jitħassar.

7.6. L-Appendiċi 4 għandu jiġi għandu jkun innumerat mill-ġdid bħala l-Appendiċi 3.

--------------------------------------------------