32000E0696



Official Journal L 287 , 14/11/2000 P. 0001 - 0001


Pożizzjoni komuni tal-kunsill

ta’ l-10 ta’ Novembru 2000

fuq il-manteniment ta’ miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu

(2000/696/CFSP)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 ta’ dan,

Billi:

(1) Fid-Dikjarazzjoni li ġiet adottata fil-Lussemburgu fid-9 ta’ Ottubru 2000 il-Kunsill indika li l-Unjoni kienet ddeċidiet li terfa’ s-sanzjonijiet kollha kontra l-FRY mill-1998 bl-eċċezzjoni tad-disposizzjonijiet indirizzati kontra l-ex President tal-FRY, is-Sur Slobodan Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu minħabba li għadhom jirrappreżentaw theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija fil-FRY.

(2) L-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2000/599/CFSP [1] tistipula li l-Posizzjonijiet Komuni 1998/240/CFSP [2], bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 1 u 2 ta’ l-istess, 1998/326/CFSP [3], 1998/374/CFSP [4] u 1999/318/CFSP [5] jiġu riveduti sabiex jinżammu biss dawk id-disposizzjonijiet restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u l-persuni naturali assoċjati miegħu..

(3) Għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza, id-disposizzjonijiet dwar is-Sur Milosevic u l-persuni naturali assoċjati miegħu għandhom jiġu inkorporati f’test uniku.

(4) Azzjoni fuq livell komunitarju hija neċessarja sabiex jiġu applikati ftit mill-miżuri hawn taħt imnżżla,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. L-interdizzjoni fuq il-ħruġ tal-viżas imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/240/CFSP, l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/725/CFSP [6] u l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP għandhom jiġu limitati għall-ex President tal-FRY, għas-Sur Slobodan Milosevic u l-persuni naturali assoċjati miegħu.

2. Il-lista ta’ persuni identifikati jew li jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ser tiġi stabbilita u aġġornata permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill.

Artikolu 2

L-iffriżar ta’ fondi miżmuma barra msemmija fl-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/326/CFSP u l-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP se jiġu limitati għas-Sur Milosevic u l-persuni naturali assoċjati miegħu.

Artikolu 3

Il-Pożizzjoni Komuni 1998/374/CFSP, l-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/240/CFSP kif ukoll l-Artikolu 3 u 5 tal-Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett mis-seħħ fil-ġurnata ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussell, fl-10 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Josselin

[1] ĠU L 255, tad-9.10.2000, pġ. 1.

[2] ĠU L 95, tas-27.3.1998, pġ. 1.

[3] ĠU L 143, ta’ l-14.5.1998, pġ. 1.

[4] ĠU L 165, ta’ l-10.6.1998, pġ1.

[5] ĠU L 123, tat-13.5.1999, pġ. 1. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata u miżjuda bil-Pożizzjoni Komuni 2000/56/PESK (ĠU L 21, tas-26.1.2000, pġ. 4).

[6] ĠU L 345, tad-19.12.1998, pġ. 1.

--------------------------------------------------