32000D1753

Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda

Official Journal L 202 , 10/08/2000 P. 0001 - 0013
CS.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
ET.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
HU.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
LT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
LV.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
MT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
PL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
SK.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150
SL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 138 - 150


Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Ġunju 2000

li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li kienu jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fid-9 ta' Marzu 2000,

Billi:

(1) L-għan aħħari tal-Konvenzjoni dwar l-Istruttura fuq it-Tibdil fil-Klima fin-NU huwa li tintlaħaq stabilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gass serra fl-atmosfera f'livell tali li jevita r-riskju ta' interferenza atmosferika perikoluża mas-sistema tal-klima. Il-Protokoll ta' Kyoto għal dik il-Konvenzjoni dwar l-Istruttura maqbul fil-Konferenza ta' Kyoto ta' Diċmebru 1997 jagħmel dispożizzjoni għal tnaqqis fil-livell tal-konċentrazzjonijiet tal-gass serra.

(2) Taħt il-Protokoll ta' Kyoto, il-Komunità aċċettat il-mira li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012 fir-rigward tas-serje ta' gassijiet serra bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990.

(3) Il-Protokoll ta' Kyoto jirrikjedi li l-Partijiet imsemmija fl-Anness I għall-Protokoll ikunu għamlu progress biex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet tagħhom sal-2005.

(4) Id-Deċiżjoni 93/389/KEE [4] waqqfet mekkaniżmu biex timmonitorja l-emissjonijiet Komunitarji tas-CO2 u ta' gassijiet serra oħra.

(5) Biex tirrikonoxxi l-importanza tal-karozzi tal-passiġġieri bħala sors ta' emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni pproponiet strateġija Komunitarja biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u biex ittejjeb l-ekonomija tal-karburant. Fil-konklużjoni tiegħu tal-25 ta' Ġunju 1996 il-Kunsill laqa’ l-modalità tal-Kummissjoni.

(6) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifformulaw oġġettiv ta' 120 g/km (5 litri/100 km għall-magni petrol u 4,5 litri/100 km għall-magni diesel) bħala l-medja tal-valur għal emissjonijiet tas-CO2 fl-2005 (mhux aktar tard mill-2010)

(7) Il-Kummissjoni tinsab għaddejja bi studji mmirati biex isiru, mill-aktar fis possibbli, proposti xierqa dwar proċeduri armonizzati għall-kejl ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn vetturi tal-kategorija N1 skond l-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

(8) L-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri jitkejjlu fuq bażi armonizzata fil-Komunità skond il-modalità stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 relatata ma’ l-emissjonijiet tad-dijossidu karboniku u l-konsum tal-karburant tal-vetturi bil-mutur [6].

(9) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti proċeduri oġġettivi biex jimmonitorjaw l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri speċifiċi mibjugħa fil-Komunità kollha sabiex tiġi vverifikata l-effettività ta' l-istrateġija Komunitarja, kif imsemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 1995 kif ukoll l-implimentazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet formalment assunti mill-organizzazzjonijiet tal-fabbrikanti tal-karozzi. Din id-Deċiżjoni se tipprovdi din ix-xorta ta' skema. Il-Kummissjoni ħabbret li se tikkunsidra mill-aktar fis possibli l-bżonn ta' qafas legali għall-ftehim li għandu jsir fil-futur ma’ l-organizzazzjonijiet tal-fabbrikanti tal-karozzi inklużi miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li ftehim ta' din Ix-xorta ma jaħdimx.

(10) Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, hija biss id-data uffiċjali li tkun konsistenti mad-Direttiva 70/156/KEE li għandha tinġabar mill-Istati Membri.

(11) Id-Direttiva 70/156/KEE tipprovdi li l-fabbrikanti għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jmur ma’ kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità.

(12) Din id-Deċiżjoni m'hix maħsuba biex tarmonizza s-sistemi nazzjonali tar-reġistrazzjoni tal-vetturi imma biex tibni fuqhom sabiex tiżgura l-kompilazzjoni ta' sett minimu tad-data meħtieġa biex tippermetti l-funzjonament xieraq ta' skema Komunitarja biex timmonitorja l-medja speċifika ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda.

(13) Huwa mixtieq li jiġu nklużi l-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri li jaħdmu b'enerġija alternattiva li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 70/156/KEE.

(14) Skema tal-monitoraġġ bħal din għandha biss tgħodd għal karozzi ġodda tal-passiġġieri li jkunu ser jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fil-Komunità u li ma kienux irreġistrati qabel xi mkien ieħor.

(15) Huwa neċessarju li jinżammu kuntatti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward il-kontroll tal-kwalità tad-data sabiex tiġi assigurata implimentazzjoni adegwata ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fil-Komunità. Din tgħodd biss għal dawk il-karozzi tal-passiġġieri li qed jiġu rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li ma jkunux ġew irreġistrati xi mkien ieħor qabel.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

1. "karozza tal-passiġġieri" tfisser kull vettura bil-mutur tal-kategorija M1, kif definita fl-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE u li taqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE. Din ma tinkludix vetturi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 92/61/KEE [7] u vetturi b'għan speċjali kif definiti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE;

2. "karozzi li għadhom kif ġew irreġistrati" tfisser karozza tal-passiġġieri rreġistrata għall-ewwel darba fil-Komunità. Din teskludi speċifikament dawk il-vetturi li jiġu rreġistrati mill-ġdid fit-tieni Stat Membru jew li qabel ikunu ġew irreġistrati barra l-Komunità;

3. "ċertifikat tal-konformità" tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 70/156/KEE;

4. "emissjonijiet speċifiċi tas-CO2" tfisser dawk ta' karozza partikolari tal-passiġġieri, imkejjla skond id-Direttiva 80/1268/KEE u spjegata fl-Anness VIII mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuża mad-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip;

5. "fabbrikant" tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli ma’ l-awtorità ta' l-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' l-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żġurata l-konformità fil-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp ikun direttament involut fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew ta' l-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess ta' l-approvazzjoni;

6. "għamla" tfisser l-isem kummerċjali tal-fabbrikant u hija dik li tidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip;

7. "il-qawwa massima netta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri" tfisser il-qawwa massima tal-magna ddikjarata fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip u mkejjla skond id-Direttiva 80/1269/KEE [8];

8. "massa" tfisser il-massa tal-karozza bl-istruttura f'kondizzjoni tajba għax-xogħol kif iddikjarata fiċ-ċertifikat tal-konformità u fid-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip, u kif definita fis-Sezzjoni 2.6 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE;

9. "il-kapaċità tal-magna" tfisser il-kapaċità tal-magna kif iddikjarata fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip;

10. "tip ta' karburant" tfisser il-karburant li għalih il-karozza kienet oriġinarjament ingħatat l-approvazzjoni tat-tip u huwa dak li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità jew fuq id-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip;

11. "il-fajl tar-reġistrazzjoni" tfisser il-fajl elettroniku li jkun fih informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozza tal-passiġġieri individwali;

12. "tip", "varjanti" u "verżjoni" ifissru l-vetturi differenzjati ta' ċerta għamla li jiġu ddikjarati mill-fabbrikant, kif deskritt fl-Anness II(B) mad-Direttiva 70/156/KEE, u unikament identifikati skond it-tip, il-varjanti u l-verżjoni taċ-ċifri alfanumeriċi:

13. "vettura li taħdem b'enerġija alternattiva" tfisser kull vettura bil-mutur tal-kategorjia M1 kif definita fl-Anness II (B) tad-Direttiva 70/156/KEE u li ma’ taqax fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE;

14. "dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip" tfisser il-pakkett ta' l-informazzjoni li jkun fih il-fuljett ta' l-informazzjoni, iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip u r-riżultati tat-test li jiġu ċċirkolati mill-aworitajiet ta' l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 4(5) u (6) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet tat-twaqqif ta' l-iskema msemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni deskritta fl-Anness I għal kull karozza msemmija f'dak l-Artikolu li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jitħallew jieħdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew mid-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip jew miċ-ċertifikat tal-konformità tal-Komunità.

3. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-validazzjoni u l-kwalità tad-data li huma jiġbru. L-Istati Membri għandhom iqisu s-sorsi potenzjali ta' l-iżbalji deskritti fl-Anness II, jieħdu passi biex inaqqsu dawk l-iżbalji u jagħtu lill-Kummissjoni stima, permezz ta' analiżi statistika jew b'mod ieħor, dwar il-proporzjon tad-data skorretta flimkien mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 4(4).

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex itejbu l-kwalità tad-data li huma jiġbru u, fuq talba mill-Kummissjoni, għandhom jinfurmawha bihom. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni l-Kummissijoni tista, "b'konsultazzjoni ma" l-Istat Membru kkonċernat, tipproponi lil dak l-Istat Membru miżuri biex itejjeb aktar il-kwalità tad-data li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-passi li, jekk ikun xieraq, hu jkun se jieħu biex itejjeb il-kwalità tad-data.

Artikolu 4

1. F'kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dan li ġej skond il-metodi deskritti fl-Anness III, kemm mill-fabbrikant kif ukoll għat-total tal-fabbrikanti kollha:

(a) għal kull tip separat ta' karburant:

(i) it-total ta' l-għadd tal-karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati, kif speċifikat fl-Anness III(1);

(ii) il-medja ta ’l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati kif speċifikat fl-Anness III(2);

(b) għal kull tip ta' karburant għal kull kategorija distinta ta' emissjoni speċifikata tas-CO2 fl-Anness III(3):

(i) l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati;

(ii) il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, kif speċifikat fl-Anness III(3), it-tieni paragrafu;

(ċ) għal kull tip ta' karburant u għal kull kategorija distinta tal-massa kif speċifikat fl-Anness III(4):

(i) l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati;

(ii) il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, kif speċifikat fl-Anness III(4), it-tielet subparagrafu;

(iii) il-medja tal-massa, kif speċifikat fl-Anness III(4), it-tieni subparagrafu [9];

(d) għal kull tip ta' karburant, għal kull kategorija ta' qawwa netta massima distinta kif speċifikat fl-Anness III(5):

(i) l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati;

(ii) il-medja speċifikata ta' l-emissjonijiet tas-CO2, kif speċifikat fl-Anness III(5), it-tielet subparagrafu;

(iii) il-medja tal-qawwa netta massima, kif speċifikat fl-Anness III(5), it-tieni subparagrafu;

(e) għal kull tip ta' karburant u għal kull kategorija distinta ta' kapaċità tal-magna kif speċifikat fl-Anness III(6):

(i) l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati;

(ii) il-medja speċifika ta' l-emissjonijiet tas-CO2, kif speċifikat fl-Anness III(6), it-tielet subparagrafu;

(iii) il-medja tal-kapaċità tal-magna, kif speċifikat fl-Anness III(6), it-tieni subparagrafu.

2. B'żieda ma’ dan, rigward vetturi mħaddma b'enerġija alternattiva, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi bħal dawn li huma rreġistrati fit-territorju tagħhom.

3. Jekk il-mod li bih titkejjel il-massa tal-vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom tvarja, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintbagħat ta' kull sena lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Għandha tintbagħat għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2001. Sussegwentement għandha tintbagħat mhux aktar tard mill-1 ta' April fir-rigward tad-data tal-monitoraġġ miġbura fis-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat skond il-format speċifikat fl-Anness IV.

5. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibgħatu s-sett sħiħ tad-data miġbura skond l-Artikolu 3.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni tal-monitoraġġ u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jarapportaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni fuq kif huma bi ħsiebhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha. Fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni tista’ tfittex aktar informazzjoni jew titlob, b'konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, li jsiru tibdiliet fil-metodu propost għall-implimentazzjoni.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru dwar l-operat ta' l-iskema tal-monitoraġġ stabbilita minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Id-data miġbura taħt is-sistema tal-monitoraġġ mis-sena 2003 ‘il quddiem għandha sservi bħala l-bażi għall-obbligazzjonijiet tal-monitoraġġ volontarju biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi bil-mutur li kien hemm qbil dwarhom bejn il-Kummissjoni u l-industrija tal-karozzi bil-mutur u, fejn ikun neċessarju, għar-reviżjoni tagħhom.

Artikolu 9

Għal kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ibbażat fuq id-data tal-monitoraġġ li tirċievi mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Ir-rapporti għas-snin ta' mira intermedji u s-snin ta' mira finali [10] se jindikaw jekk it-tnaqqis huwiex minħabba l-miżuri tekniċi meħuda mill-fabbrikanti inkella minħabba miżuri oħra bħal tibdil fl-imġieba tal-konsumatur.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ġunju 2000.

Għall-Parlament

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

J. Sócrates

[1] ĠU C 231, tat-23.7.1998, p. 6 uĠU C 83, tal-25.3.1999, p. 9.

[2] ĠU C 40, tal-15.2.1999, p. 8.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU C 98, tad-9.4.1999, p. 240), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 1999 (ĠU C 123, tal-4.5.1999, p. 13) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 1999 (ĠU C 194, tal-11.7.2000, p.46). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2000.

[4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 għall-mekkaniżmu tal-monitoraġġ tas-CO2 Komunitarju u ta' l-emissjonijiet oħra tal-gass serra (ĠU L 167, tad-9.7.1993, p. 31).

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 98/91/KE (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25).

[6] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 36. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE (ĠU L 329, tat-30.12.1993, p. 39).

[7] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur ta' żewġ jew tliet roti (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[8] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-qawwa tal-magna tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 46). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/21/KE (ĠU L 125, tas-16.5.1997, p. 31).

[9] Jekk il-massa ta' karozza tal-passiġġieri, li tidher fid-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip jew fiċ-ċertifikat tal-konformità, tingħata permezz ta' figura massima kif ukoll minima, l-Istati Membri għandhom jibgħatu biss il-figura li tirrappreżenta l-massa massima tal-karozza tal-passiġġieri.

[10] Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/125/KE (ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 49),Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/303/KE (ĠU L 100, ta’ l-20.4.2000, p. 55) uIr-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/304/KE (ĠU L 100, ta’ l-20.4.2000, p. 57).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Data li għandha tinġabar mill-Istati Membri għall-finijiet ta' l-iskema tal-monitoraġġ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri

Fir-rigward ta' l-operat ta' l-iskema mferrxa mal-Komunità biex timmonitorja l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda, l-Istati Membri se jiġbru ammont minimu ta' informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tiġi rreġistrata fil-Komunità għall-ewwel darba. Huma biss il-karburanti u s-sistemi ta' propulsjoni inklużi fil-leġislazzjoni Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip li għandhom jiġu kkunsidrati.

Id-data li ġejja ser tinġabar u tiġi kkonservata mill-Istati Membri meta karozza ġdida tal-passiġġieri tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fil-Komunità:

- l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (g/km)

- it-tip ta' karburant (p.eż. petrol, diesel)

- il-fabbrikant

- il-massa (kg)

- il-qawwa netta massima (kW)

- il-kapaċità tal-magna (ċm3).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-kwalità u l-eżattezza tad-data

1. Introduzzjoni

Il-fabbrikanti jistgħu jiddiferenzjaw it-tipi tal-karozzi tal-passiġġieri tagħhom f'varjanti u aktar minn hekk f'verżjonijiet. Għal kull karozza partikolari id-data ta' l-emissjonijiet l-aktar eżatta tas-CO2 hija dik li tingħata għall-verżjoni partikolari li għaliha l-karozza tkun tappartjeni. Għall-finijiet ta' l-iskema tal-monitoraġġ l-Istati Membri għandhom, għalhekk, jiġbru biss data li tkun "speċifika għall-verżjoni".

2. L-użu ta' dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip bħala s-sors tad-data tal-monitoraġġ

(a) Informazzjoni li għandha tintuża għall-finijiet tal-monitoraġġ tas-CO2/tal-karozzi (jew biex tiġi inkluża fid-databases elettroniċi għall-użu sussegwenti fi skema tal-monitoraġġ tas-CO2/tal-karozzi) għandha tittieħed mill-"pakk ta' l-informazzjoni" uffiċjali li jkun man-notifika tal-konċessjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip kif iċċirkolata mill-awtoritajiet ta' l-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri kif stabbilit fid-Direttiva 70/156/KEE.

(b) Il-pakk ta' l-informazzjoni ċċirkolat mill-awtoritajiet ta' l-approvazzjoni tat-tip jista’ jkun fih data speċifika għal ħafna verżjonijiet differenti. Huwa importanti, għalhekk, li l-data xierqa għal karozza ġdida tal-passiġġieri koperta mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jiġu identifikati korrettament fil-pakk ta' l-informazzjoni. Id-data għal verżjoni speċifika għandha, għalhekk, tingħażel fuq il-bażi tan-numri ta' "it-tip", "il-varjant" u "l-verżjoni" tal-vettura kif jidhru fiċ-ċertifikat tal-konformità. Iċ-ċertifikat tal-konformità bilfors ikun fih data relatata ma’ verżjoni speċifika tat-tip partikolari ta' karozza.

3. Sorsi potenzjali ta' żbalji

(a) L-estrazzjoni tad-data speċifika għall-verżjoni mid-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip

Hemm żewġ sorsi potenzjali importanti ta' żbalji assoċjati ma’ l-użu tad-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip bħala s-sors tad-data tal-monitoraġġ għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni. L-ewwel wieħed jista’ jiġri waqt il-bidla tad-data li tkun fil-format ta' karta fil-fuljett ta' l-informazzjoni għal format elettroniku biex jintuża fid-database tad-data ta' l-approvazzjoni tat-tip. Dan x’aktarx jiġri minħabba żball uman. It-tieni jirrigwarda l-estrazzjoni korretta tad-data mid-databases elettroniċi ta' l-approvazzjoni tat-tip. Id-data għall-verżjoni korretta għandha tiġi identifikata f’ databases bħal dawn mill-kombinazzjoni unika tan-numri tat-tip, tal-varjant u tal-verżjoni mogħtija fiċ-ċertifikat tal-komformità.

(b) It-trasferiment tad-data miċ-ċertifikat tal-konformità għal ġo fajl elettroniku tar- reġistrazzjoni

Meta d-data tittieħed miċ-ċertifikat tal-konformità (mill-karta) u tiddaħħal ġewwa fajl elettroniku tar-reġistrazzjoni waqt ir-reġistrazzjoni ta' karozza ġdida tal-passiġġieri hemm riskju li tista’ tiddaħħal data mhix korretta. Is-sors l-aktar komuni huwa żball uman.

(ċ) It-trasferiment awtomatizzat tad-data mill-fabbrikanti lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni

F'ċerti Stati Membri l-fabbrikanti jintalbu jittrasferixxu data li tkun fiċ-ċertifikat tal-konformità lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni (jew direttament ġewwa l-fajls tar-reġistrazzjoni) permezz ta' mezzi elettroniċi. Allura hemm possibiltà li data mhux korretta tiġi trasferita u għalhekk is-sistemi għandhom ikunu validati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Il-metodoloġija biex tiġi determinata l-informazzjoni tal-monitoraġġ tas-CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri

Dan l-Anness jiddeskrivi l-informazzjoni tal-monitoraġġ li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. L-informazzjoni tal-monitoraġġ għandha tinħareġ mid-data kruda miġbura waqt l-ewwel reġistrazzjoni tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri (kif deskritt fl-Anness I) skond il-metodi deskritti hawn taħt. Il-format preċiż li fih din l-informazzjoni għandha tingħata lill-Kummissjoni jinsab deskritt fl-Anness IV.

Huma biss il-karburanti u s-sistemi ta' propulsjoni inklużi fil-leġislazzjoni Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip li għandhom jiġu kkunsidrati f'dak il-waqt. Hija biss l-informazzjoni rigward karozzi ġodda tal-passiġġieri li ma ġewx irreġistrati qabel ġewwa l-Komunità li għandhom jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ. Karozzi tal-passiġġieri li ġew irreġistrati qabel ġewwa l-Komunità jew x'imkien ieħor huma speċifikament esklużi mill-previżjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

1. Numri ta' karozzi ġodda li għadhom kif ġew irreġistrati magħżula skond it-tip ta' karburant (Nf)

Għal kull tip ta' karburant partikolari (p.eż. petrol u diesel) l-Istati Membri se jiddeterminaw l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri li jkunu ġew irreġistrati għall-ewwel darba ġewwa t-territorju tagħhom. Għal kull tip ta' karburant, l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati għall-ewwel darba jiġi rappreżentat bħala Nf.

2. Il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' karozzi ġodda li għadhom kif ġew irregistrati ta' tip ta' karburant partikolari (Sf,ave)

L-emissjoni speċifika tas-CO2 meħuda ras għal ras fuq il-karozzi kollha li għadhom kif ġew irreġistrati ta' tip ta' karburant partikolari, (indikat b'Sf,c,ave) tiġi kkalkulata mit-total ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' kull karozza individwali ta' karburant partikolari li tkun għadha kif ġiet irreġistrata ta' tip Cf,c diviż bl-għadd ta' karozzi li għadhom kif ġew irreġistrati ta' l-istess tip ta' l-istess karburant Nf,c:

+++++ TIFF +++++

3. Id-distribuzzjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri

L-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati ta' kull tip ta' karburant li jaqgħu f'kull waħda mill-kategoriji li ġejjin ta' l-emissjoni tas-CO2 għandu jiġi rrekordjat. Il-kategoriji ta' l-emissjoni tas-CO2 huma < 60, 60-80, 81-100, 101-120, 121-140, 141-160, 161-180, 181-200, 201-250, 251-300, 301-350, 351-450, > 450 g/km.

Fl-għadd ta' karozzi ġodda f'kategorija partikolari ta' l-emissjonijiet tas-CO2, ċ, u t-tip ta' karburant, f, tingħata permezz ta' Nf,c, allura il-medja ta' l-emissjonijiet tas-CO2 ta' dawn il-vetturi Cf,c,ave, tiġi kkalkulata mit-total ta' l-emissjonijiet individwali tas-CO2 Cf,c, ta' kull karozza ġdida diviż minn Nf,c:

+++++ TIFF +++++

4. Id-distribuzzjoni tal-massa tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri

Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji tal-massa, < 650, 650-750, 751-850, 851-950, 951-1050, 1051-1150, 1151-1250, 1251-1350, 1351-1550, 1551-1750 u 1751-2000, 2001-2250, 2251-2500, 2501-2800 u > 2800 kg, l-għadd tal-karozzi tal-passiġġieri ta' tip ta' karburant partikolari li għadhom kif ġew irreġistrati, il-medja tal-massa ta' dawn il-vetturi kif ukoll il-medja speċifika u l-emissjonijiet medji tagħhom tas-CO2 għandhom jiġu rrekordjati.

Jekk l-għadd ta' karozzi ġodda f’kategorija ta' massa partikolari, m, u t-tip ta' karburant, f, jingħata permezz ta' Nf,m,allura l-medja tal-massa ta' dawn il-vetturi Mf,m,ave, tiġi kkalkulata mit-total tal-mases individwali Mf,m, ta' kull karozza ġdida diviż b’ Nf,m:

+++++ TIFF +++++

Jekk Sf,m hija l-emissjoni speċifika tas-CO2 ta' karozzi individwali u f'massa u b'tip ta' karburant partikulari allura, b'anoloġija, l-emissjoni medja speċifika tas-CO2 ta' dawn il-vetturi tingħata hekk:

+++++ TIFF +++++

5. Id-distribuzzjoni tal-qawwa netta massima tal-karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati

Għal kull waħda mill-kategoriji tal-qawwa netta massima, < 30, 30-40, 41-50, 51-60, 61-70, 71-80, 81-90, 91-100, 101-110, 111-120, 121-130, 131-140, 141-150, 151-160, 161-170, 171-180, 181-200, 201-250, 251-300, > 300 kW, l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati ta' tip ta' karburant partikolari il-medja tal-qawwa netta ta' dawn il-vetturi kif ukoll il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tas-CO2 għandhom jiġu rrekordjati.

Jekk l-għadd tal-karozzi f’sensiela ta' qawwa partikolari, p, u ta' tip ta' karburant, f, jingħata bħala Nf,p, allura l-medja tal-qawwa netta massima ta' dawn il-vetturi Pf,p,ave, tiġi kkalkulata mit-total tal-valuri tal-qawwa netta massima individwali Pf,p ta' kull karozza ġdida diviża b’ Nf,p:

+++++ TIFF +++++

Jekk Sf,m tkun l-emissjoni speċifika tas-CO2 ta' karozzi individwali u f'kategorija partikolari ta' qawwa massima netta u b'tip ta' karburant allura, b'anoloġija il-medja ta' l-emissjoni speċifika tas-CO2 għal dawn il-vetturi tingħata hekk:

+++++ TIFF +++++

6. Id-distribuzzjoni tal-kapaċità tal-magna tal-karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati

Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' kapaċità tal-magna, < 700, 700-800, 801-900, 901- 1000, 1001-1100, 1101-1200, 1201-1300, 1301-1400, 1401-1500, 1501-1600, 1601-1700, 1701-1800, 1801-1900, 1901-2000, 2001-2100, 2101-2200, 2201-2400, 2401-2600, 2601-2800, 2801-3000, 3001-3500, 3501-4500, > 4500 cm3, l-għadd tal-karozzi li għadhom kif ġew irreġistrati ta' tip ta' karburant partikolari, il-kapaċità medja tal-magna ta' dawn il-vetturi kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tas-CO2 għandhom jiġu rrekordjati.

Jekk l-għadd ta' karozzi ġodda f'firxa partikolari ta' kapaċità tal-magna, ċ, u tip ta' karburant, f, jingħata bħala Nf,c, allura l-kapaċità tal-magna ta' dawn il-vetturi Cf,c,ave, tiġi kkalkulata mit-total tal-kapaċitajiet individwali tal-magna, Cf,c, ta' kull karozza ġdida diviża b'Nf,c:

+++++ TIFF +++++

Jekk Sf,c tkun l-emissjoni speċifika tas-CO2 ta' karozzi individwali f'kategorija partikolari ta' kapaċità tal-magna u tip ta' karburant allura, b'anoloġija, il-medja speċifika ta' l-emissjoni tas-CO2 ta' dawn il-vetturi tingħata hekk:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Il-format ta' l-informazzjoni tal-monitoraġġ li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni

Din li ġejja hija l-iskema tal-format li bih l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ, ikkalkulata skond il-modalità fl-Anness III, għandha titwassal mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

1. L-emissjonijiet speċifici CO2 meħuda ras għal ras fuq il-karozzi kollha li għadhom kif ġew irreġistrati ta' tip ta' karburant partikolari

Għal kull tip ta' karburant differenti l-Istati Membri se jipprovdu l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati u l-medja ta' l-emissjoni speċifika tas-CO2 għal dawk il-karozzi. Id-data se tiġi ppreżentata f'forma tabulata, kif jidher hawn taħt, fejn il-valuri ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jingħataw sa l-eqreb għadd integru.

Tip ta' karburant | Għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati | Il-medja ta' l-emissjonijiet specifiċi CO2 (g/km) |

Petrol | … | … |

Diesel | … | … |

… | … | |

2. Il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 skond il-fabbrikant u skond it-tip ta' karburant

Id-data li tirrigwarda l-karozzi kollha li għadhom kif ġew irreġistrati għandha tiġi raggruppata mill-fabbrikant u suddiviża ulterjormanet bit-tip ta' karburant (p.eż. petrol u diesel). Għal kull subgrupp l-Istati Membri se jippreżentaw il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li fuqu tkun ibbażata. L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat f'forma tabulata kif jidher hawn taħt. Aktar minn hekk, il-valuri ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jingħataw sa l-eqreb għadd integru.

Fabbrikant | Tip ta' karburant | Għadd ta' karozzi tal-passiġġieri li għadhom kif ġew irreġistrati | Il-medja ta' l-emissjonijiet CO2 (g/km) |

… | Petrol | … | … |

… | Diesel | … | … |

… | … | … | |

3. Id-distribuzzjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 fil-flotta tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri

Għal kull tip differenti ta' karburant l-Istati Membri se jipprovdu l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'kull kategorija distinta ta' l-emissjoni tas- CO2, skond il-fabbrikant u għat-total tal-fabbrikanti kollha, skond dan il-format li ġej.

+++++ TIFF +++++

4. Id-distribuzzjoni tal-massa, il-qawwa u l-kapaċità tal-magna tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri

Il-karatteristiċi tal-vettura rigward il-massa, il-qawwa u l-kapaċità tal-magna ġew maqsuma fi klassijiet u d-data aggregata għal kull intervall tal-klassi għandha tingħata. Id-data meħtieġa, skond il-fabbrikant u għat-total tal-fabbrikanti kollha, tirrigwarda l-medja tal-propjetà (il-massa, il-qawwa, il-kapaċità tal-magna) u l-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri fil-klassi. Il-valuri tal-massa, il-qawwa u l-kapaċità tal-magna u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandhom jiġu rrapurtati sa l-eqreb għadd integru.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------