Official Journal L 163 , 04/07/2000 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni Nru 1445/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-appplikazzjoni ta’ stħarriġ mill-ajru u metodi ta’ teknika ta’ remote-sensing għall-statistiċi agrikoli għal 1999 sa 2003 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Deċiżjoni tal-Kunsill 94/753/KE tal-14 ta’ Novembru 1994 dwar l-applikazzjoni kontinwa ta’ remote sensing għall-statistiċi agrikoli magħtul il-perjodu 1994 sa 1998 [3] li għalaq fil-31 ta’ Diċembru 1998. (2) Hemm bżonn speċjali li jinħass għal informazzjoni fuq l-użu ta’ l-art u fuq il-kondizzjoni ta’ uċuħ tar-raba fil-kuntest ta’ żviluppi ġodda fil-politika agrikola komuni u bil-għan għat-tkabbir, partikolarment għall-analiżi ta’ interazzjonijiet bejn l-agrikoltura, l-ambjent u l-kampanja. (3) Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ miżuri li jinstabu fid-Deċiżjoni 94/753/KE għandhom ikunu aġġustati u riorganizzati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u r-riżultati miġjuba. (4) F’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri konċernati, sistema ta’ stħarriġ mill-ajru għandha tiġi ntrodotta biex tiġbor id-data neċessarja fuq l-użu ta’ l-art u varjazzjonijiet oħrajn ta’ interess. (5) Peress li s-sistema agrometeoroloġika għal-previsjoni ta’ yields u s-sorveljanza tal-kondizzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba huma issa fi stadju operattiv, għandhom jiġu separati minn dawk il-miżuri li jeħtieġu aktar riċerka. (6) L-attivitajiet ta’ remote-sensing li jeħtieġu aktar riċerka u żvilupp fil-perjodu 1999 sa 2003 huma koperti mill-ħames programm kwadru fil-qasam ta’ riċerka u żvilupp [4]. (7) Dispożizzjoni għandha tkun saret diġà għall-inkorporazzjoni f’attivitajiet operattivi koperti minn din id-Deċiżjoni, fejn xieraq, l-iżviluppi fil-metodoloġija li jistgħu jirriżultaw minn dik ir-riċerka. (8) Huwa wkoll xieraq li jiġi provvdut li l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi li tiddelega l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, taħt is-sorveljanza tagħha, lill-Kommunità jew korpi nazzjonali responsabbli għall-produzzjoni ta’ statistiċi agrikoli jew lill-korpi magħrufa minnhom. (9) Il-miżuri ta’ statistika li jużaw stħarriġ mill-ajru u metodi ta’ teknika ta’ remote-sensing jħarsu l-prinċipju ta’ sussidjarjetà, sal-limitu li l-Istati Membri u l-Kommissjoni jaqsmu r-responsabbilità għal, u l-implimentazzjoni ta’, miżuri varji skond il-kriterja ta’ effiċjenza u vijabilità. (10) Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għat-titjib ta’ l-għodda ta’ statistika tal-Kommunità għall-kwadrazzjoni, ġestjoni u sorveljanza tal-politika agrikola komuni. (11) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul tal-programm kollu, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt prinċipali ta’ referenza, fi ħdan it-tifsira ta’ punt 1, tieni subparagrafu, tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 1995 [5], għall-awtorità tal-budget magħtul il-proċedura annwali tal-budget. (12) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ implimentazzjoni ta’ poteri mogħtija lill-Kummissjoni [6], IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Fuq perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 1999, proġett ta’ stħarriġ mill-ajru għandu jkun implimentat fil-livell tal-Kommunità fi statistiċi agrikoli. L-użu ta’ remote-sensing għandu jitkompla ukoll, partikolarment mas-sistema agrometeoroloġika li ssir operattiva. 2. B’konsiderazzjoni tad-data diġa miġbura mill-Istati Membri, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disenjati, fil-livell tal-Komunità u jekk possibbli fiż-żoni ta’ interess lill-Kommunità, aktar speċifikament biex: - jiġbru d-data meħtieġa biex timplimenta u tissorvelja l-politika agrtika komuni u tanalizza interazzjonijiet bejn l-agrikoltura, l-ambjent u l-kampanja, - jipprovdu stimi taż-żoni taħt raba prinċipali, - jassiguraw li l-kondizzjoni tar-raba hi sorvelata sal-ħsad, sabiex tippermetti stimi kmieni tal-yields u l-produzzjoni li se jsiru. 3. Wara perjodu ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 1999, għandu jkun deċiż, fid-dawl ta’ l-esperjenza u taħt il-proċedura stabbilita taħt l-Artikolu 5(2), jekk jitkomplewx il-miżuri, jemendawhom għas-sentejn li jibqa’ jew jitwaqqfu. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-miżuri huma implimentati fi ħdan limiti ta’ fondi disponibbli. Korp nazzjonali responsabbli għall-produzzjoni ta’ statistiċi agrikoli jew korpi rikonoxxuti minnhom jistgħu jkunu involuti fuq bażi voluntarja fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Skond il-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni għandha tirraporta annwalment lill-Istati Membri fuq l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, il-metodi użati, l-utilizazzjoni tal-approprjazzjonijiet, l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-programm ta’ xogħol għas-sena ta’ wara. Artikolu 3 Il-kqafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm għall-perjodu 1999 sa 2003 hu hawnhekk stabbilit għal EUR 12,5 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati minn awtorità tal-budget fi ħdan il-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Artikolu 4 Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti għal Statistiċi Agrikoli. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. Artikolu 6 Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u fuq l-użu tar-risorsi li saru disponibbli, flimkien, fejn xieraq, bi kwalunkwe proposti fuq kif stħarriġ mill-ajru u metodi ta’ teknika ta’ remote-sensing jistgħu jibqgħu jintużaw għal statistiċi agrikoli. Artikolu 7 Din id-Deżisjoni għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-31 ta’ Diċembru 2003. Maghmula fi Brussel, fit-22 ta’ Mejju 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine F’isem il-Kunsill Il-President J. Gama [1] ĠU C 396, tad-19.12.1998, p. 25. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 1999 (ĠU C 104, ta’ l-14.4.1999, p. 43), konfirmata fis-16 ta’ Settembru 1999, Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 (ĠU C 83, tat-22.3.2000, p. 80) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ April 2000. [3] ĠU L 299, tat-22.11.1994, p. 27. [4] ĠU L 26, ta’ l-1.2.1999, p. 1 [5] ĠU C 102, ta’ l-4.4.1996, p. 4 [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. --------------------------------------------------