Official Journal L 303 , 02/12/2000 P. 0029 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2000 dwar id-deklassifikazzjoni ta' ċerti partijiet tal-Manwal Komuni adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 (2000/751/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 tiegħu, Billi: (1) Bid-Deċiżjonijiet tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u t-23 ta' Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98) 17), il-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, li nbidlet bil-Kunsill skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll ta' Schengen, ikklassifikat bħala "Kunfidenzjali" id-dispoSizzjonijiet kollha tal-Manwal Komuni, li l-aħħar verżjonijiet tiegħu ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' l-imsemmi Kumitat Eżekuttiv fit-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex (99) 13). (2) Il-Manwal Komuni u d-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv dwar il-klassifikazzjoni tagħha jifformaw parti mill-acquis ta' Schengen kif definit mill-Kunsill u d-Deċiżjoni tiegħu 1999/435/KE [1]. (3) Ċerti partijiet tal-Manwal Komuni għandhom jiġu deklassifikati, u li jinkludu d-disposizzjojnijiet li jikkorrespondu mad-disposizzjonijiet ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni li m'humiex ikklassifikati, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Parti I u l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5, 5a, 6, 6a, 7, 8, 8a, 9, 10, 11, 12, 13, 14 u 14a tal-Manwal Komuni għandhom jiġu deklassifikati. Artikolu 2 Il-partijiet deklassifikati tal-Manwal Komuni għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dak in-nhar li tiġi ppubblikata. Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Novembru 2000. Għall-Kunsill Il-President M. Lebranchu [1] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, pġ. 1. --------------------------------------------------