32000D0708



Official Journal L 289 , 16/11/2000 P. 0041 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Novembru 2000

li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 1999/507/KE fuq ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja

(notifikata bid-dokument numru C(2000) 3178)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/708/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organiżżazzjoni ta’ kontrolli veterinarji ta’ annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 96/43/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(7),

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 1999/507/KE [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/6/KE [4], il-Kummissjoni adottat miżuri ta’ protezzjoni rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Penisola) u l-Awstralja, rigward marda rispettiva Hendra ta’ Nipah, inklużi fost l-oħrajn analiżi ta’ laboratorju għal klieb u qtates miżmuma għal importazzjoni fil-Komunità.

(2) Il-marda Hendra, li hi marda notifikabbli skond il-liġi Awstraljana, ma kienx hemm rapporti li dehret fl-Awstralja minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni 1999/507/KE. Għalhekk, il-disposizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni li jgħoddu għall-Awstralja għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni tal-marda fil-pajjiż konċernat, u partikolarment għandha titneħħa r-rikjesta ta’ eżami ta’ laboratorju għal qtates importati mill-Awstralja.

(3) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/507/KE qed jiġi emendat hekk:

1. It-tieni parti tal-paragrafu 2 qed jiġi mħassar.

2. It-tielet paragrafu qed jiżdied kif ġej:

"3. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal qtates fi vjaġġ, bil-patt li jibqgħu fil-perimetru ta’ ajruport internazzjonali."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[2] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[3] ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 66.

[4] ĠU L 3, tas-6.1.2000, p. 29.

--------------------------------------------------