32000D0666



Official Journal L 278 , 31/10/2000 P. 0026 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Ottubru tas-sena 2000

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ għasafar, barra min tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina

(notifikat taħt dokument numru Ċ(2000) 3012)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2000/666/KE)

IK-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju ta’ l-1992 li tistipula l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u li tikkontrolla kummerċ u importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-annimali, sperma, ova u tal-ġuf mhux soġġett għal ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regolamenti speċifiċi Komunitarji imsemmija fl-Anness A(I) għal Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar ememndat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 17 paragrafu 2(b) u 3 u l-Artikolu 18 paragrafu 1, l-ewwel mill-aħħar u r-raba’ indenti tagħhom,

Billi:

(1) Huwa neċessarju li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u l-ħtiġiet taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ għasafar barra min tjur min ċerta pajjiżi terzi.

(2) Wara li jidħlu fit-territorju tal-Komunità għasafar barra min tjur iridu jaqgħu taħt kwarantina bi qbil ma’ l-Artikolu 7 paragrafu A numru 1(ċ) ta’ Direttiva 92/65/KEE ġo faċilitajiet ta’ kwarantina jew ċentri fil-Komunità qabel ma jidħlu fis-suq. Kondizzjonijiet speċjali għal approvazzjoni tal-faċilitajiet tal-kwarantina jew ċentri għal għasafar iridu jiġu stipulati.

(3) Tisjiba pożitiva għal influenza avjana jew il-marda Newcastle jew il-konferma ta’ dawn il-mard f’għasafar taħt kwarantina jew tiġieġ sentinella ma jridux jiġu rapportati bħala tifqiegħ fi ħdan il-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE [3] fuq in-notifikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali fi ħdan il-Komunità, imma jridu madankollu jiġu rapportati lill-Kummissjoni.

(4) Pajjiżi kandidati għal esportazzjoni ta’ għasafar fil-Komunità jridu jkunu membri ta’ l-Uffiċju Internazzjonali des Epizooties (UIE.) u jridu jaqblu mal-ħtiġijiet ġenerali tas-sezzjoni fuq etiċi veterinarji u ċertifikazzjoni għal kummerċ internazzjonali.

(5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ġew wara il-proċedura ta’ notifikazzjoni tal-Ftehim fuq l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SFS) stipulati fi ħdan il-qafas ta’ l-Organizzazzjoni ta’ Kummerċ Dinji (OKD).

(6) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Preżenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-skopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE [4] għandhom jgħoddu għall-influenza aviana u d-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE [5] għall-marda Newcastle.

B’żieda:

- "Faċilitá kwarantina" tfisser stabilimenti li huma separati min oqsma tat-tjur u oqsma ta’ għasafar oħra b’distanza raġonevoli, meta tiġi kkunsidrata l-epidemjoloġija tal-marda Newcastle u l-influenza aviana skond tifrix fl’ajru, u ta’ fejn kwarantina ta’ għasafar importati issir fuq bażi "kollha-ġewwa, kollha-barra",

- "ċentru ta’ kwarantina" ifisser stabbiliment li jkun fihom numru ta’ unitajiet, li huma separati operazjonalment u fiżikament min xulxin u ta’ fejn kull unitá jkun fiha għasafar biss ta’ l-istess kunsinna, bl-istess stat ta’ saħħa u b’hekk ikunu unitá epidemjoloġika waħda; u ma kull unitá ta’ fejn il-kwarantina ta’ għasafar importati issir fuq bażi ta’ "kollha-ġewwa, kollha-barra"; u fejn huma separati min oqsma ta’ tjur u oqsma ta’ għasafar oħa b’distanza raġonevoli, meta tiġi kkonsidrata l-epidemjoloġija tal-marda Newcastle u l-influenza aviana skond tifrix fl-ajru,

- "għasafar" tfisser: annimali ta’ l-ispeċi aviani mhux koperti mill-Artikolu 2 numru 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE [6] barra għasafar imsemmija fl-Artikolu 1 it-tielet paragrafu (dwar għasafar domestiċi akkompanjati min sidhom) u l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/65/KEE (dwar għasafar għal żuijiet, ċriki, postijiet ta’ divertiment u laboratorji esperimentali),

- "tiġieġ sentinelli" tfisser tjur li jintużaw bħala għajnuna għal dijagnożi waqt kwarantina.

Id-deċiżjoni ma’ tapplikax għal għasafar meħuda direttament mis-salvaġġ għal programmi konservattivi approvati mill-awtoritá kompetenti fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ għasafar min pajjiżi elenkati fl-Anness D għal din id-Deċiżjoni biss meta:

1. ikunu joriġinaw min oqsma li huma reġistrati mill-awtoritá kompetenti għall-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;

2. ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali kif stipulat fl-Anness A;

3. ikunu trasportati f’gaġġeġ jew qartalli li huma identifikati individwalment bin-numru ta’ identifikazzjoni li jrid jikkorrespondi man-numru ta’ identifikazzjoni indikat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali;

4. l-importatur jista’ juri li fil-post ta’ spezzjoni tal-fruntiera li ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina approvata jaċċettaw l-għasafar. Il-prova bil-miktub irid ikollha l-isem u l-indirizz tal-faċilitá approvata maħruġa min uffiċjal magħżul mill-awtoritá kompetenti.

Artikolu 3

1. L-għasafar iridu jiġu trasportati direttament mill-post ta’ spezzjoni tal-fruntiera għal ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina approvati f’gaġġeġ jew qartalli, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE [7].

2. Skond l-ispezzjoni ta’ l-għasafar tal-qartalli jew tal-gaġġeġ jew il-vettura tat-trasport trid tkun siġillata mill-uffiċjal responsabbli għall-ispezzjoni ta’ fuq il-fruntiera b’ mod li jevita kull possibilitá ta’ sostituzzjoni tal-kontenut matul trasport fiċ-ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina.

3. L-għasafar iridu jkunu taħt kwarantina għall-inqas 30 ġurnata f’ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina approvata.

4. Ċentru jew faċilità ta’ kwarantina għal għasafar importati jridu jkunu approvati mill-awtoritá kompetenti bi qbil mall-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness B.

5. Għall-inqas fil-bidu u fl-aħħar ta’ kwarantina ta’ kull kunsinna il-veterinarju uffiċjali jrid jispezzjona d-disposizzjonijiettal-kwarantina inkluża eżaminazzjoni tar-reġistri ta’ mewt u spezzjoni klinikali ta’ l-għasafar f’kull unitá taċ-ċentru tal-kwarantina jew fil faċilitá tal-kwarantina. Il-veterinarju uffiċjali jew veteranju awtorizzat irid jagħmel spezzjoni aktar frekwenti jekk is-sitwazzjoni tal-marda teħtieġ.

Artikolu 4

1. Wara li l-għasafar ikunu tpoġġew fil-kwarantina, it-teħid ta’ kampjuni u l-eżaminazzjoni ta’ l-għasafar u/jew tat-tiġieġ sentinelli, kif maħruġ fl-Anness Ċ, irid isir.

2. Meta tiġieġ sentinelli jkun użati jridu jintużaw darba biss, ma jiġux imlaqqma, instabu sero-negattivi għal Marda Newcastle u l-influenza aviana mhux inqas min seba’ ġranet jew mhux aktar min 14 il-ġurnata qabel il-bidu ta’ kwarantina, ikollhom għall inqas etá ta’ tlett snin, jitpoġġew fl-unitá tal-kwarantina qabel il-wasla ta’ l-għasafar, ikunu infaxxati min sieqhom għal skopijiet ta’ identifikazzjoni jew identifikati b’forma ta’identifikazzjoni oħra li ma titneħħiex u jitpoġġew fl-unitá tal-kwarantina viċin kemm jista’ jkun ta’ l-għasafar b’ċerta mod li kuntatt bejn it-tiġieġ sentinelli u l-ħmieġ ta’ l-għasafar kwarantini tkun żgura. Minimu ta’ erba’ tiġieġ sentinelli iridu jintużaw fil-faċilitá tal-kwarantina jew f’kull unitá taċ-ċentru tal-kwarantina.

3. Jekk matul il-kwarantina kif stipulat fl-Artikolu 3 jiġi suspettat li għasfur jew iktar għasafar huma infettati bl-influenza aviana jew bil-marda Newcastle, kampjuni għal eżaminazzjoni viroloġikali kif maħruġ fl-Anness Ċ(2) iridu jittieħdu min għasafar fil-faċilitá jew unitá suspetta u jiġu analizzati kif xieraq.

4. Jekk matul il-kwarantina kif stipulat fl-Artikolu 3 għasfur jew xi għasafar jew it-tiġieġ sentinelli jinstabu infettati bl-influenza avjana jew bil-marda Newcastle ir-regolamenti li ġejjin japplikaw:

(a) kull għasfur tal-faċilitá jew unitá ta’ kwarantina infetata jridu jinqatlu jew jiġu meqruda;

(b) il-faċilitá jew unitá ta’ kwarantina infettata trid tiġi mnaddfa jew diżinfettata;

(ċ) fil-każ ta’ ċentri ta’ kwarantina, mhux aktar kmieni min 21 ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni, kampjuni għal eżaminazzjoni seroloġikali għandhom jittieħdu mit-tiġieġ sentinelli fl-unitajiet ta’ kwarantina l-oħra; jew

(d) fil-każ ta’ ċentri ta’ kwarantina, fejn l’ebda tiġieġa sentinella ma tkun użata, matul 7 sa 15 il-ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni, kampjuni għal eżaminazzjoni viroloġikali jridu jittieħdu min għasafar fl-unitajiet ta’ kwarantina l-oħra;

(e) l’ebda għasfur ma jista’ jħalli ċ-ċentru ta’ kwarantina sakemm ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni deskritti fl-indenti ta’ qabel jiġu konfermati bħala negattivi;

(f) l-ebda għasfur ma jista’ jidħol fl-unitá jew faċilitá ta’ kwarantina li kienet infettata qabel 21 ġurnata wara l-aħħar tindifa u diżinfettazzjoni.

5. B’mod ta’ derogazzjoni min paragrafu 4 l-awtoritá kompetenti tista’ tiddeċiedi li wara li tinstab pożitiva il-marda Newcastle f’għasfur jew f’xi għasafar jew fit-tiġieġ sentinelli li l-għasafar ma ridux jiġu meqruda, jekk, għall-inqas 30 ġurnata wara l-mewt jew fejqan kliniku ta’ l-aħħar każ, teħid ta’ kampjuni skond l-Anness Ċ(1)(B) (tiġi injorata r-referenza għall-perjodu ta’ żmien speċifikat) saru b’riżultati negativi. L-għasafar ma jistgħux jitħallew joħorġu mill-kwarantina qabel 60 ġurnata jgħaddu wara s-sinjali koliniċi tal-marda Newcastle ma jkunux jidhru iżjed. Kull fatt jew skart li x’aktarx hui kontaminat irid jinqered b’ċerta mod li jiggarantixxi id-distruzzjoni ta’ kull virus preżenti tal-marda Newcastle kif ukoll kull skart li ġie akkumulat matul il-perjodu ta’ 60-ġurnata. Il-Kummissjoni trid tiġi informata bil-miżuri meħuda f’kull każ.

Artikolu 5

Jekk matul il-kwarantina kif stipulat fl-Artikolu 3 ikun suspettat jew konfermat li psittaciformes ikunu infettati bil-Chlamydia psittaci kull għasfur tal-kunsinna jrid jiġi trattat b’metodu approvat mill-awtoritá kompetenti u l-kwarantina trid tiġi mtawla għall-inqas xaharejn wara l-aħħar każ irreġistrat.

Artikolu 6

Psittaciformes iridu jiġu identifikati individwalment fil-wasla fil-kwarantina bi qbil ma’ Kapitolu 2B ta’ l-Anness B. Dawn in-numri ta’ identifikazzjoni jridu jiġu elenkati fir-reġistri li jridu jinżammu skond l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Id-dispożizzjonijiet amministrativi tal-faċilitá jew ċentru ta’ kwarantina jinkludu r-rimi ta’ materjali ta’ skart u kif jinżammu r-reġistri jrid ikun skond il-ħtiġiet ta’, Kapitolu 2A ta’ l-Anness B.

Artikolu 8

Kull spiża tal-kwarantina kawżati mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti trid tinġieb mill-importatur.

Artikolu 9

Għasafar jistgħu joħorgu mill-kwarantina biss fuq awtorizzazzjoni bil-miktub min veterinarjan uffiċjali.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju tas-sena 2001.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Ottubru tas-sena 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

[2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23.

[3] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58.

[4] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 2.

[5] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 2.

[6] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

[7] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

KONDIZZJONIJIET MINIMI GĦALL-APPROVAZZJONI TAĊ-ĊENTRI U FAĊILITAJIET TA’ KWARANTINA GĦAL GĦASAFAR

Il-KAPITOLU 1

Kostruzzjoni u tagħmir taċ-ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina

1. Iċ-ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina jridu jkunu bini separat min oqsma tat-tjur u oqsma ta’ għasafar oħra b’distanza raġonevoli meta tiġi kkunsidrata l-epidemjoloġija tal-marda Newcastle u l-influenza avjana skond firxa fl-ajru. Bibien tad-dħul/ħruġ iridu jkunu jissakru b’sinjali li jindikaw: "KWARANTINA - Persuni mhux awtorizzati ma jistgħux jidħlu".

2. Kull unitá ta’ kwarantina taċ-ċentru trid tokkupa spazju ta’ arja separat.

3. Iċ-ċentru jew faċilitá ta’ kwarantina jridu jkunu li ma jgħaddux minnhom għasafar, dubbien u dud u siġillabbli sabiex jippermettu duħħan ta’ diżinfettazzjoni jgħaddi.

4. Il-faċilitá jew kull unitá ta’ kwarantina trid tkun mgħammra b’faċilitajiet għal ħasil ta’ l-idejn.

5. Bibien tad-dħul u tal-ħruġ għall-faċilitá u għal kull unitá kwarantina trid tkun b’sistemi ta’ bieb doppju.

6. Fruntieri iġjeniċi jridu jiġu installati f’kull daħla/ħarġa għall-faċilitá u għal kull unitá differenti.

7. Kull tagħmir irid jiġi magħmul b’mod li jkun jista’ jiġi mnaddaf u diżinfettat.

8. Il-ħażna ta’ l-għalf trid tkun ta’ restrizzjoni kontra għasafar u gerriema t u trid tkun protetta kontra l-insetti.

9. Reċipjent irit ikun dispost għal ħażna ta’ skart u jrid ikun ta’ restrizzjoni kontra l-għasafar u gerriema.

10. Refriġiratur u/jew friża trid tkun disposta għal karkassi.

Il-KAPITOLU 2

A. Dispożizzjonijiet amministrativi

1. Ċentri jew faċilitajiet ta’kwarantini jridu:

- ikollhom sistema ta’ kontroll effiċjient sabiex jiżguraw sorveljanza adegwata ta’ l-annimali,

- ikunu tażt il-kontroll u responsabilitá tal-veterinarju uffiċjali,

- jiġu imnadfa u diżinfettati bi qbil ma’ programm approvat mill-awtoritá kompetenti fejn wara jrid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ xieraq; id-diżinfettanti użati jridu jkunu approvati għall-iskop mill-awtoritá kompetenti.

2. L-idea ta’ "kollha-ġewwa, kollha-barra" trid tiġi osservata f’kull kwarantina jew f’kull unitá kwarantina.

3. Prekawzjonijiet iridu jittieħdu għal prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni li tittieħed bejn kunsinni li jidħlu u joħorġu.

4. L-ebda persuna li mhix awtorizzata ma tista’ tidħol fil-faċilitá kwarantina.

5. Persuni li jidħlu fil-faċilitá kwarantina jridu jlbsu ilbies protettiv kif ukoll żraben protettivi.

6. L-ebda kuntatti tal-persunell ma jistgħu jseħħu, dawn jistgħu jikkawżaw kontaminazzjoni bejn l-unitajiet.

7. Tagħmir xieraq irid ikun disponibli għal tindif u diżinfettazzjoni.

8. Tindif u diżinfettazzjoni tal-gaġeġ u tal-qartalli wżati għat-trasport irid isir fiċ-ċentri jew faċilitá kwarantina sakemm ma jiġux meqruda. Jekk jerġgħu jintużaw, iridu jsiru ta’ materjal li jippermetti tindif u diżinfettazzjoni. Il-gaġeġ u qartallijridu jiġu meqruda b’ċerta mod li jevitaw tifrix ta’ aġenti tal-mard.

9. Żibel u materjal ta’ skart irid jiġi miġbur regolarment, maħżun fir-reċipjent taż-żibel u sussegwentament jiġi trattat b’ċerta mod li jiġi evitat tifrix ta’ aġenti li jikkawżaw mard.

10. Karkassi ta’ għasafar mejta jridu jiġu eżaminati f’laboratorju uffiċjali magħżul mill-awtoritá kompetenti.

11. L-analiżi neċessarji u trattamenti jridu jsiru f’konsultazzjoni ma’ u taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali.

12. Il-veterinarju uffiċjali jrid jiġi informat b’mard u mewt ta’ għasafar u/jew tiġieġ sentinelli matul il-perjodu ta’kwarantina.

13. Il-persuna responsabbli tal-faċilitá jew ċentru trid iżżom reġistru:

(a) tad-data, numru u speċi ta’ għasafar li jidħlu u joħorġu għal kull kunsinna,

(b) kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa u tal-qasma tal-fruntiera li jkunu ma’ l-għasafar inmportati,

(ċ) tan-numri ta’ identifikazzjoni individwali ta’ psittaciformes,

(d) ta’ kull osservazzjoni sinnifikanti: ta’ każi ta’ mard u numru ta’ imwiet kuljum,

(e) tad-dati u riżultati ta’ testjar; tip u ġranet ta’ trattament,

(f) tal-persuni li jidħlu fiċ-ċentru ta’ kwarantina.

14. Dan ir-reġistru jrid jinżamm mill-inqas għal-sena.

B. Identifikazzjoni ta’ psittaciformes

Identifikazzjoni individwali ta’ psittaciformes trid issir mal-wasla fil-kwarantina b’mezzi ta’ ċurkett mas-sieq jew mikroċippa.

1. Iċ-ċurkett tas-sieq irid ikun li ma’ jinkisirx u d-dijametru tiegħu irid ikun adegwat għall-ispeċi.

2. Iċ-ċurkett tas-sieq jew il-mikroċippa irid ikollhom għall-inqas l-informazzjoni li jmiss:

(a) il-kodiċi ISO ta’ l-Istat Membru li tagħmel l-identifikazzjoni;

(b) numru serjali uniku.

3. Apparat li jaqra l-informazzjoni mill-mikroċippa jekk l-identifikazzjoni tal-mikroċippa li tkun qed tintuża trid tkun disposta fiċ-ċentru jew faċilitá kwarantina.

4. Id-dettalji tat-tip ta’ mikroċippa u l-apparat li jaqrha użat irid jiġi reġistrat.

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

PROĊEDURI TA’ EŻAMINAZZJONI, TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI U TA’ TESTJAR GĦALL-MARDA NEWCASTLE U L-INFLUENZA AVJANA

1. Matul kwarantina jew it-tiġieġ sentinelli jew jekk it-tiġieġ sentinelli ma jintużawx l-għasafar importati jridu jkunu soġġett għall-proċeduri li jmiss:

A. Bl-użu tat-tiġieġ sentinelli:

(i) kampjuni tad-demm għal eżaminazzjoni seroloġikali iridu jitieħdu min kull tiġieġa sentinella f’mhux inqas min 21 ġurnata min wara li l-għasafar importati jidħlu fil-kwarantina u għall-inqas tlett ijiem qabel l-aħħar tal-perjodu tal-kwarantina;

(ii) jekk tiġieġ sentinelli juru riżultati seroloġikali inkonklusivi jew pożitivi l-għasafar importati jridu jkunu soġġett għal eżaminazzjoni viroloġikali. Cloacal swabs (jew faeces) iridu jitneħħew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas min 60, jew 60 għasfur min kunsinni akbar.

A. Minhajr l-użu tat-tiġieġ sentinelli:

għasafar importati jridu jiġu eżaminati viroloġikament (testjar seroloġikali mhuwiex xieraq). Cloacal swabs (jew faeces) iridu jitneħħew mill-għasafar kollha jekk il-kunsinna hija inqas min 60, jew min 60 għasfur min kunsinna akbar matul l-ewwel 7 sa 15 il-ġurnata tal-perjodu tal-kwarantina.

2. B’zieda ma t-testjar maħruġa fil-1A jew B il-kampjuni li jmiss għal eżaminazzjoni viroloġikali iridu jittieħdu:

(i) cloacal swabs (jew faeces) u tracheal swabs (jekk possibli) min għasafar morda klinikament jew tiġieġ sentinelli morda;

(ii) mill-kontenuti intestinali, moħħ, trachea, pulmuni, fwied, milsa, kliwi u organi oħra affatwati ovvjament l-iktar malajr possibbli wara l-mewt jew min;

- tiġieġ sentinelli mejta u kull għasfur mejjet mal-wasla u dawk li jmutu waqt il-kwarantina,

jew

- fil-każ ta’ moralitá għolja f’għasafar żgħar ta’ kunsinni kbar min għall-inqas 10 % ta’ għasafar mejta.

3. Kull testjar siroloġikali u viroloġikali ta’ kampjuni meħuda waqt kwarantina jridu jsiru f’laboratorji uffiċjali magħżula mill-awtoritá kompetenti l-użu ta’ proċeduri dijagnożi skond l-Anness III għal Directive 92/66/KEE u l-Anness III għal Directive 92/40/KEE. Għal eżaminazzjoni viroloġikali ta’ kollezzjoni ta’ kampjuni sa’ massimu ta’ ħames kampjuni ta’ għasafar individwali f’kollezzjoni waħda huma permessi. Materjal faecal irid jiġi miġbur separatament min kampjuni ta’ tessut u organu ieħor.

4. Iżolati ta’ virus iridu jintbagħtu lill-laboratorju ta’ referenza nazzjonali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS D

LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI LI JISTGĦU JUŻAW IĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI FL-ANNESS A

Pajjiżi elenkati bħala membri ta’ l-Uffiċju Internazzjonali des Epizooties UIE. Fl-UIE. Bulletin.

--------------------------------------------------