32000D0664



Official Journal L 278 , 31/10/2000 P. 0024 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-23 ta' Ottubru 2000

li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar l-istabbiliment ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu ma’ l-estimi ta' l-amministrazzjoni mid-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma’ l-installazzjoni u funzjonament ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen "SISNET"

(2000/664/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraa l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-kwadru ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn aktar "il quddiem imsejjaħ" Il-Protokoll ta' Schengen),

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 1999/870/KE [1] awtorizzat id-Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill sabiex jaġixxi, fil-kuntest ta' l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fi ħdan l-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-finijiet li jikkonkludi kuntratti relatati ma’ l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, "SISNET", u sabiex jamministra dawn il-kuntratti.

(2) L-obbligi finanzjarji li jqumu taħt dawk il-kuntratti ma humiex merfugħa mill-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, id-disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1997 applikabbli għal-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2] ma japplikawx.

(3) Għalhekk, ġie adottat regolament finanzjarju taħt id-Deċiżjoni 2000/265/KE [3], li jistabbilixxi regoli speċifiċi sabiex jiddefinixxi proċeduri dettaljati sabiex jistabbilixxi u jimplimenta l-estimi meħtieġa sabiex tkun sodisfatta kull spiża li ntefqet waqt li jkunu konklużi l-kuntratti, l-obbligi li jqumu taħt dawk il-kuntratti la darba konklużi, sabiex jiġbru lura l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati kkonċernati u għall-preżentazzjoni u verifika tal-kontijiet.

(4) Prattiċi ta' kontabilità tajbin jeħtieġu xi emendi formali minuri għar-regolament finanzjarju imsemmi.

(5) Din id-Deċiżjoni hija żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll ta' Schengen,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 7(1)(b) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

"(b) Approprjazzjonijiet fir-rigward ta' pagamenti li għadhom pendenti fil-31 ta' Diċembru bis-saħħa ta' impennji entrati debitament bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Diċembru għandhom jitmexxew awtomatikament għas-sena finanzjarja li jkun imiss biss."

2. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. "Minkejja l-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista’ jibgħat lill-Grupp ta' Ħidma tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, minn hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-Grupp ta' Ħidma SIS’, qabel il-31 ta' Jannar, talbiet debitament sostanzjati sabiex jitmexxew għas-sena finanzjarja li jkun imiss approprjazzjonijiet li m'humiex kommessi fil-15 ta' Diċembru meta l-approprjazzjonijiet previsti fl-intestaturi kkonċernati fl-estimi għas-sena finanzjarja li jkun imiss ma jkoprux il-ħtiġijiet.""

3. L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 21 għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:"Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta' kont bankarju miftuħ speċifikament għal dak l-iskop f'isem is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill."

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

2. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Glavany

[1] ĠU L 337, tat-30.12.1999, pġ. 41.

[2] ĠU L 356, tal-31.12.1977, pġ.1. ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2673/1999 (ĠU L 326, tat-18.12.1999. pġ. 1).

[3] ĠU L 85, tas-6.4.2000, pġ. 12.

--------------------------------------------------