32000D0583



Official Journal L 246 , 30/09/2000 P. 0067 - 0068


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Settembru 2000

li temenda d-deċiżjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li ghanhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 2735)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/583/KE)

L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li twaqqaf il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità’ minn terzi pajjiżi [1]. U l-aktar l-Artikolu 10,

Billi:

(1) Id-Direttiva 97/78/KE ħassret u bidlet id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [2], taħt liema d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mpurtati minn terzi pajjiżi [3] ġiet mfassla

(2) Wara l-iskoperta ta’ traċċi bikrija t’ ormoni xenobijotiċi li jippromwovu t-tkabbir fil-laħam impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika, d-deċiżjoni tal-kummissjoni 1999/302/KE [4] waqqfet sistema aktar avvanzata ta’ kontrolli fuq l-importazzjoni ta’ laħam frisk u offal, minbarra l-laħam tal-bison u offal, impurtat minn dak il-pajjiż.

(3) Wara s-sejba tal-fdalijiet/residwi, f’Ġunju tal-1999 l-awtoritajiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika saħħu l-programm tagħhom ta’ merħliet mingħajr ormoni, iżda minħabba aktar problemi f’dan il-programm li ġew identifikati waqt missjoni lejn l-Istati Uniti mill-Uffiċju għall-Ikel u Veterinarja tal-Kummissjoni, il-programm mingħajr ormoni ġie sospiż f’Lulju tal-1999 u reġa’ beda jaħdem f’Settembru tal-1999, f’forma avvvanzata bħala l-programm dwar il-merħliet li ma jiġux trattatti b’ ormoni.

(4) Il-kontrolli miżjuda mwaqqfa bid-Deċiżjoni 1999/302/KE ma rriżultawx fl-identifikazzjni ta’ lanqas kampjun wieħed posittiv, matul il-perjodu bejn dawn il-perijodi u barra minn dan l-ebda test li sar taħt il-programm t’ ittestjar tal-Komunità’ Ewropea ma wera riżultati posittivi.

(5) Huwa kkonsidrat iżda huwa issa xieraq li jitneħħew il-miżuri ulterjuri ta’ ħarsien li saru fl-1999 u li titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-laħam frisk impurtat mill-istati Uniti ta’ l-Amerika, mill-kontrolli fuq il-kunsinni kollha għal kontrolli fuq 20 % biss tal-kunsinni, li huwa ekwivalenti għall-livell normali ta’ kontrolli fiżiċi għall-laħam frisk impurtat minn terzi pajjiżi, mwaqqaf fid-Deċiżjoni 94/360/KE.

(6) Huwa mportanti li jiġi ċċarat li l-kunsinni kollha ta’ laħam frisk impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerika li huma soġetti għall-kontrolli fiżiċi għandhom xorta jgħaddu minn eżamijiet ta’ laboratorju xierqa għall-fdalijiet t’ ormoni.

(7) Din id-Deċiżjoni hija l-ewwel pass lejn it-tneħħija sħiħa tal-obbligu li kull kunsinna magħżula għall-kontrolli fiżiċi u D-Deċiżjoni ser tiġi riveduta fuq il-bażi tar-riżultati ta’ testijiet futuri.

(8) L-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat mwaqqaf għall-qasam Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

D-deċiżjoni 94/360/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1a(1), l-ewwel spazju ta’ qabel il-paragrafu huwa mħassar u mibdul b’ dan li ġej:

"— il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi hija t’ 20 %,".

2. Fl-Artikolu 1a(1), it-tieni spajzu ta’ qabel il-paragrafu huwa mħassar u mibdul b’ dan li ġej:

"— żewġ kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu minn kull kunsinna ttestjata, u wara eżaminati għall-fdalijiet ta’ kull wieħed mill-ormoni xenobiotiċi, melengestrol acetate, trenbolone, zeranol, u stilbenes inkluż d-diethylstilboestrol, u għall-livelli abnormalment gholja ta’ fdalijiet ta’ l-ormoni naturali 17-beta-oestradiol, progesterone u testosterone,".

3. L-Artikolu 1a(2) huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 58.

--------------------------------------------------