32000D0572



Official Journal L 240 , 23/09/2000 P. 0019 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Settembru 2000

li tfassal kondizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam minn pajjiżi terzi u li tħassar id-deċiżjoni 97/29/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2000) 2533)

(Test b’relevanza għaż-ZEE)

(2000/572/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1994 li tfassal il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 13,

billi:

(1) Kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’ jaqsmu mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 94/65/KE għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam iridu jiġu stabbiliti f’mudell ta’ ċertifikat li jinkludi l-k6ndizzjonijiet kemm dwar is-saħħa pubblika kif ukoll dik ta’ l-annimali. Dawn il-kondizzjonijiet ma jistgħux ikunu inqas jorbtu minn dawk stipulati fl-Artikoli 3 u 5 ta’ dik id-Direttiva.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/29/KE [2] tistabilixxi kondizzjonijiet dwar saħħa u ċertifikazzjoni ta’ saħħa pubblika għall-importazzjoni ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam minn pajjiżi terzi.

(3) Kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għadhom ma ġewx stabbiliti.

(4) Mudell ġdid ta’ ċertifikat irid jiġi stabilit li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa kemm tal-pubbliku kif ukoll ta’ l-annimali għall-importazzjonijiet ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam.

(5) Id-Deċiżjoni 97/29/KE trid tiġi mħassra.

(6) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jimxu skond l-opinjoni tal-Kumitat permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistipula kondizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ kapuljat u preparazzjonijiet ta’ laħam.

Artikolu 2

L-importazzjoni ta’ kapuljat hija soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. irid ikun sar skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 7 tad-Direttiva 94/65/KE;

2. jiġi minn stabiliment jew stabilimenti li joffru l-garanziji provduti fl-Anness I tad-Direttiva 94/65/KE;

3. ikun surġelat fl-impjant jew fl-impjanti ta’ oriġini.

Artikolu 3

L-importazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ laħam hija soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. iridu jkunu saru skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 94/65/KE;

2. jiġu minn stabiliment jew stabilimenti li joffru l-garanziji provduti fl-Anness I tad-Direttiva 94/65/KE;

3. ikunu surġelati fl-impjant jew fl-impjanti ta’ oriġini.

Artikolu 4

1. Kull kunsinna ta’ kapuljat trid tiġi akkumpanjata b’ ċertifikat tas-saħħa oriġinali u numerat, mimli, iffirmat u datat, li jikkonsisti f’folja waħda u li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness I.

2. Kull kunsinna ta’ preparazzjonijiet ta’ laħam trid tiġi kkumpanjata b’ ċertifikat tas-saħħa oriġinali u numerat, mimli, iffirmat u datat, li jikkonsisti f’folja waħda u li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness I.

3. Iċ-ċertifikati għandhom jinkitbu f’ta’ mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ introduzzjoni fil-Komunità.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2000.

Artikolu 6

1. Id-Deċiżjoni 97/29/KE hija mħassra mid-data msemmija fl-Artikolu 5.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazjoni ta’ kapuljat u ta’ preparazzjonijiet ta’ laħam, magħmul u ċertifikat skond ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 97/29/KE waqt il-35 jum wara d-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.

[2] ĠU L 12, tal-15.1.1997, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------