32000D0553



Official Journal L 235 , 19/09/2000 P. 0019 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Settembru 2000

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tar-reazzjoni tal-kisi tal-bjut f'każ ta' ħruq estern

(notifikata taħt id-dokumenti numru k(2000) 2266)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/553/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikoli 13 u 20 ta' din,

billi:

(1) Skond id-Direttiva 89/106/KEE l-Istati Membri huma responsabbli biex jisguraw li xogħolijet ta' bini u ta' inġinerija ċivili fuq it-territorju tagħhom jiġu disinjati u maħduma b'mod li ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà, waqt li jirrispettaw rekwiżiti essenzjali oħrajn fl-interess tal-benessere ġenerali.

(2) Konsegwentement, dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-ħidma ta' bini tal-bjut jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri.

(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE [3] telenka, fil-paragrafu 2.2 tad-dokument interpretattiv Nru 2, numru ta' miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin għas-sodisfazzjoni tar-Rekwiżit Essenzjali "Sigurtà f'każ ta' ħruq" li flimkien jikkontribwixxu biex jiddefinixxu l-istrateġija ta' sigurtà f'każ ta' ħruq li tista' tiġi żviluppata b'modi differenti fl-Istati Membri.

(4) Il-paragrafu 4.3.1.2.2 tad-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika r-rekwiżiti għal prodotti għall-bini ta' bjut esposti għal ħruq estern.

(5) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/436/KE [4], 98/599/KE [5], 98/600/KE [6], 1999/90/KE [7], 2000/245/KE [8] u 2000/553/KE dwar l-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini għal kisi tal-bjut li jistgħu jiġu esposti għal sors ta' ħruq estern jistipulaw li ċerti prodotti/materjali jistgħu "jiġu meqjusa li jissodisfaw" ir-rekwiżiti għall-karatteristika ta' "reazzjoni għal ħruq" mingħajr il-ħtieġa ta' testijiet.

(6) L-imġieba ta' bosta prodotti/materjali li jintużaw biex jiksu l-bjut f'każ ta' ħruq estern hija stabbilità sew u magħrufa biżżejjed lir-regolaturi f'każi ta' ħruq fl-Istati Membri u dawn ma jeħtieġux li jsirulhom testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta' reazzjoni.

(7) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness jelenka dawk il-prodotti/materjali li jintużaw biex jiksu l-bjut li jistgħu jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-karatteristika ta' "reazzjoni f'każ ta' ħruq estern" mingħajr il-ħtieġa li jsirulhom testijiet, bil-kundizzjoni li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar disinn u eżekuzzjoni tax-xogħolijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 62, ta' l-14.2.1997, p. 1.

[4] ĠU L 194, ta' l-10.7.1998, p. 30.

[5] ĠU L 287, ta' l-24.10.1998, p. 30.

[6] ĠU L 287, ta' l-24.10.1998, p. 35.

[7] ĠU L 29, tat-3.2.1999, p. 38.

[8] ĠU L 77, tat-28.3.2000, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kondizzjonijiet ġenerali

Il-kliem "kisi tal-bejt" huma wżati biex tiddeskrivi l-prodott li jikkostitwixxi is-saff ta' fuq tal-binja tal-bejt.

Id-dispożizzjonijiet jirreferu għar-reazzjoni tal-kisi tal-bjut meta dan ikun espost għal ħruq minn barra (normalment msejħa il-karatteristika ta' "reazzjoni f'każ ta' ħruq estern").

Il-kriterji li għandhom x'jaqsmu mar-reazzjoni tal-kisi tal-bjut meta esposti għal ħruq minn barra, li l-prodotti/materjali fl-elenku li ġej huma meqjusa li huma kapaċi jissodisfaw, soġġett għal disinn u ħidma ta' l-binja tal-bejt kif suppost, mingħajr ma jkun hemm ħtieġa li jsiru testijiet, huma dawn li ġejjin: penetrazzjoni tan-nar, firxa tan-nar matul il-wiċċ estern tal-bejt, firxa tan-nar fl-binja tal-bejt u produzzjonji ta' qtar jew partikoli jaħarqu.

Il-prodotti/materjali li jkopru l-bjut imsemmija fl-elenku hawn isfel għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjoni teknika rilevanti (standards Ewropej armonizzati jew approvazzjoni teknika Ewropea).

Il-prodotti/materjali elenkati li jkopru l-bjut għandhom jintużaw b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-disinn u l-eżekuzzjoni tax-xogħolijiet, partikolarment fir-rigward tal-komposizzjoni u tar-reazzjoni għan-nar ta' saffi ma' ġenbhom u prodotti oħrajn fil-binja tal-bejt. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li jsiru testijiet li juru li jkun hemm din il-konformità jekk il-prodotti/materjali jintużaw f'konfigurazzjonijiet mhux rikonoxxuti bħala li jissodisfaw dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali [1].

Il-kondizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-elenku ma jwaqqfux lill-Istati Membri milli jaċċettaw it-tqegħid fis-suq u l-użu, mingħajr ma jsiru testijiet, tal-prodotti/materjali rilevanti b'kondizzjonijiet inqas iebsa.

Simboli

PCS: valur kalorifiku gross

TABELLA

Prodott (u/jew materjali) li jintużaw biex jiksu l-bjut li jistgħu jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-karatteristika ta' "reazzjoni f'kaz ta' ħruq estern" mingħajr il-ħtieġa li jsirulhom testijiet, bla ħsara għall-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar disinn u eżekuzzjoni tax-xogħolijiet li jkunu qegħdin isiru.

Prodott/materjal li jintuża biex jiksi l-bjut | Kondizzjonijiet speċifiċi |

Lavanji: lavanja naturali, lavanja tal-ġebel | Jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE |

Madum: madum tal-bjut tal-ġebel, tal-konkrit, tat-tafal, taċ-ċeramika jew ta' l-azzar | Jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE Kull kisi estern għandu jkun inorganiku jew irid ikollu PCS≤ 4,0 MJ/m2 jew piż ta' 200 g/m2 |

Siment rinforzat bil-fibri: Folji ċatti u maqtgħuhin fi profiliLavanji | Jissodisfa id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE jew għandu PCS≤ 3,0 MJ/kg |

Folji tal-metall profilati: aluminju, liga ta' l-aluminju, ramm, liga tar-ramm, żingu, liga taż-żingu, azzar mhux miksi, azzar li ma jissaddadx, azzar galvanizzat, azzar miksi bil-kolji, azar ta' l-enamel vitruż | Ħxuna ≥ 0,4 mm Kull kisi estern għandu jkun inorganiku jew irid ikollu PCS≤ 4,0 MJ/m2 jew piż ta'≤ 200 g/m2 |

Folji tal-metall ċatti: aluminju, liga ta' l-aluminju, ramm, liga tar-ramm, żingu, liga taż-żingu, azzar mhux miksi, azzar li ma jissaddadx, azzar galvanizzat, azzar miksi bil-kolji, azar ta' l-enamel vitruż | Ħxuna ≥ 0,4 mm Kull kisi estern għandu jkun inorganiku jew irid ikollu PCS≤ 4,0 MJ/m2 jew piż ta'≤ 200 g/m2 |

Prodotti intenzjonati li jkunu mgħottija kompletament f'użu normali (b'koperti mhux organiċi elenkati fuq il-lemin) | Xaħx mhux magħqud imqiegħed bi ħxuna ta' mill-inqas 50 mm jew piż ta' ≥ 80 kg/m2 (daqs minimu aggregat ta' 4 mm,massimu 32 mm) Ramel/siment maħdum fi żrar ta' ħxuna ta' mill-inqas 30 mm Ġebel maħdum jew ċangaturi minerali ta' ħxuna minima ta' 40 mm |

[1] Per eżempju, hemm xi Stati Membri li jeħtieġu li għandu jkun hemm saff minn taħt li mhuwiex kombustibbli ta' ċerta ħxuna saiex jiġi evitat kuntatt dirett tal-folji tal-metall ma' l-istruttura li qed tappoġġah. Folji tal-metall fl-elenku li ġej li huma intenzjonati biex jintużaw, f'dawk il-pajjiżi, b'tipi oħrajn ta' saffi minn taħt jetħieġu li jsirulhom testijiet sabiex tintwera li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-disinn u l-eżekuzzjoni tax-xogħolijiet.

--------------------------------------------------