32000D0502



Official Journal L 200 , 08/08/2000 P. 0062 - 0063


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Lulju 2000

li temenda d-Deċiżjoni 93/42/KEE dwar garanziji addizzjonali rigward rhinotracheitis bovina infettiva fuq ifrat destinati għal ċerti partijiet tat-territorju tal-Komunità ħielsa mill-marda u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 95/109/KE u 98/580/KE

(innotifikat bħala dokument numru C(2000) 2260)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/502/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar problemi ta' saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' l-ifrat u ħnieżer ([1]), kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/20/KE ([2]), u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 ta' l-istess,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE ([3]), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 1999/579/KE ([4]), tagħti garanziji addizzjonali fir-rigward ta' mard li jittieħed tal-kanal ta' l-imnieħer fl-ifrat destinat għad-Danimarka, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja ħielsa mill-marda.

(2) Sabiex jiġi assigurat progress u sabiex jinġieb fi tmiemu b'suċċess il-programm li nbeda għall-qerda tal-marda li tittieħed tal-kanal ta' l-imnieħer fl-ifrat, il-Provinċja ta' Bolzano fl-Italja ingħatat ċerti garanziji addizzjonali permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/109/KE ([5]), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 1999/579/KE.

(3) L-Italja tikkonsidra li l-Provinċja ta' Bolzano hija issa ħielsa mill-marda li tittieħed tal-kanal ta' l-imnieħer fl-ifrat u issottomettiet dokumenti ta' sostenn lill-Kummissjoni.

(4) L-awtoritajiet ta' l-Italja japplikaw regolamenti dwar moviment ta' l-ifrat li huma ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk previsti fid-deċiżjoni preżenti.

(5) Huwa xieraq li jiġu suġġeriti ċerti garanziji addizzjonali sabiex jiġi mħares il-progress li sar ġewwa l-Provinċja ta' Bolzano fl-Italja u biex jiġi għalhekk emendat l-Anness għad-Deċiżjoni 93/42/KEE.

(6) Fid-dawl tal-miżuri proposti d-Deċiżjoni 95/109/KE għandha tiġi revokata.

(7) Programm ta' qerda ta' mard li jittieħed tal-kanal ta' l-imnieħer fl-ifrat fl-Italja, notevolment il-Provinċja ta' Bolzano, kien approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/580/KE ([6]), għal tliet snin. Fid-dawl tal-miżuri proposti din id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata.

(8) Il-miżuri maħsuba f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Anness għad-Deċiżjoni 93/42/KEE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2. Id-Deċiżjoni 95/109/KE hija revokata.

3. Id-Deċiżjoni 98/580/KE hija revokata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Stat Membru Reġjun

Id-Danimarka Reġjuni kollha

L-Italja Provinċja ta' Bolzano

L-Awstrija Reġjuni kollha

Il-Finlandja Reġjuni kollha

L-Isvezja Reġjuni kollha

[1] ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 35.

[3] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50.

[4] ĠU L 219, tad-19.8.1999, p. 53.

[5] ĠU L 79, tas-7.4.1995, p. 32.

[6] ĠU L 279, tas-16.10.1998, p. 49.