32000D0496



Official Journal L 200 , 08/08/2000 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 2000

li temeda d-Deċiżjoni 97/467/KE li tfassal listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet

(notifikat taħt id-dokument numru Ċ (2000) 1997)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2000/496/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Fil-waqt li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għat-tfassil, għal żmien temporanju, ta’ listi provviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski b’valvoli ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/603/KE [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1) Tħejjew listi provviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/329/KE [4].

(2) Is-Slovenja bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet u li għaliha l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma skond ir-regoli Komunitarji.

(3) Lista provviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-fenek u tas-selvaġġina mrobbija fl-irziezet tista’ għalhekk titħejja għas-Slovenja.

(4) Id-Deċiżjoni 97/467/KE għandha tiġi hekk emendata.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiżdied ma’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/467/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

[3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 57.

[4] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 35.

--------------------------------------------------

ANNESS

"País: ESLOVENIALand: SLOVENIENLand: SLOWENIENΧώρα: ΣΛΟΒΕΝΙΑCountry: SLOVENIAPays: SLOVÉNIEPaese: SLOVENIALand: SLOVENIËPaís: ESLOVÉNIAMaa: SLOVENIALand: SLOVENIEN

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

484 | NIMROD d.o.o. | Lublijana | Lublijana | SH, CP | 7, b, ċ" |

--------------------------------------------------