32000D0460



Official Journal L 183 , 22/07/2000 P. 0016 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta' Lulju 2000

li temenda d-Deċiżjoni 1999/311/KE li tadotta t-tielet fażi ta' l-iskema trans-Ewropea għall-edukazzjoni għolja (Tempus III) (2000 to 2006)

(2000/460/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Billi:

(1) B'Deċiżjoni 1999/311/KE [4] il-Kunsill adotta it-tielet fażi ta' l-iskema ta' kooperazzjoni trans-Ewropea għall-edukazzjoni għolja (Tempus III) (2000 sa 2006).

(2) Dan il-programm huwa maħsub għall-pajjiżi mhux assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant eliġibbli għall-għajnuna ekonomika bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 (programm Phare) [5] jew il-programm maħsub biex jissostitwih u l-istati indipendenti ġodda ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika kif dispost fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 tad-29 ta' Diċembru 1999 li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta' għajnuna lill-Istati sħab fl-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali [6] (li jieħu post il-programm il-qadim Tacis).

(3) In-nota tal-qiegħ mdaħħla fl-Artikolu 2 tgħid li "bħalissa" il-programm għandu x'jaqsam ma' l-Albanija, il-Bosnia-Herzegovina u Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(4) Huwa importanti li jkun jista' jiġi estiż il-programm Tempus III lill-pajjiżi oħra fir-reġjun għall-ġejjieni, partikolarment il-Kroazja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Deċiżjoni Nru 1999/311/KE huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'li ġej:

"Tempus III jikkonċerna l-pajjiżi mhux assoċjati ta' l-Ewropa taċ-Ċentru u tal-Lvant indikati bħala eliġibbli għall-għajnuna ekonomika bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 (programm Phare) jew il-programm maħsub biex jieħu postu, u l-istati indipendenti ġodda ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika u l-Mongolja msemmija fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 99/2000 (li jieħu post il-programm qadim Tacis). Dawn il-pajjiżi huma minn hawn 'l quddiem msejħin "pajjiżi eliġibbli"."

2. In-nota 1 f'qiegħ il-paġna għandha titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Lulju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Fabius

[1] Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta' Ġunju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

[2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Mejju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta' Ġunju 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

[4] ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 30.

[5] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1266/1999 (ĠU L 161, ta' l-20.6.1999, p. 68).

[6] ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 1.

--------------------------------------------------