32000D0300



Official Journal L 097 , 19/04/2000 P. 0015 - 0015


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ April 2000

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2000/86/KE li tistabbilixxi ċerti kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċina

(notifikati bin-numru tad-dokument C(2000) 831)

(test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/300/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) In segwitu għad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/86/KE [3], l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat għall-Ispezzjoni tad-Dħul/Ħruġ u Kwarantina (CIQ SA) hija l-awtorità kompetenti fiċ-Ċina għall-verifika u l-iċċertifikar tal-ħarsien ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.

(2) Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 2000/86/KE, l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd miċ-Ċina kienet awtoriżżata, bħala punt ta’ prinċipju, skond il-kundizzjonijiet previsti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 2000/170/KE [5], minn stabbilimenti approvati minn kull Stat Membru.

(3) Biex tiġi faċilitata t-transizzjoni għar-reġim previst fid-Deċiżjoni Nru 2000/86/KE, u biex jiġi evitat li jitħarbat il-kummerċ, perijodu limitat ta’ transizzjoni għandu jingħata għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ċertifikati mill-awtorità kompetenti Ċiniża mhux iżjed tard mit-2 ta’ Frar 2000 u li jsalu fil-Komunità mhuz iżjed tard mill-1 ta’ Marzu 2000.

(4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti l-Artikolu 4a qed jiddaħħal fid-Deċiżjoni Nru 2000/86/KE:

"L-Artikolu 4a

L-Istati Membri jistgħu jawtoriżzaw l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina u li ġejjin mill-istabbilimenti mhux inklużi fl-Anness B hawn, bla ħsara għas-segwenti kundizzjonijiet:

1. li l-istabbilimenti kienu approvati mill-Istat Membru li qed jimporta sat-22 Diċembru 1999,

2. li ċ-ċertifikat tas-saħħa kien maħruġ mill-awtorità kompetenti Ċiniża sa mhux izjed tard mit-2 ta’ Frar 2000, u

3. tali prodotti tas-sajd kienu preżentati fil-post ta’ l-ispezzjoni tal-fruntiera tal-Komunità mhux iżjed tard mill-1 ta’ Marzu 2000, u kummerċjati biss fit-territroju ta’ l-Istat Membru li qed jimporta, jew Stati Membri oħra li approvaw l-isabbilir ta’ l-oriġini."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ April 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 26, tat-2.2.2000, p. 26.

[4] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21.

[5] ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 68.

--------------------------------------------------