32000D0273



Official Journal L 086 , 07/04/2000 P. 0015 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Marzu 2000

dwar il-proċedura għal-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' seba' prodotti għal Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej mingħajr Linji ta' Gwida

(notifikat taħt id-dokument numru K (2000) 668)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/273/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 89/93/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) ta' din,

billi:

(1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, "il-proċedura li hija l-inqas oneruża konsistenti mas-sigurtà". Dan ifisser li huwa neċessarju li wieħed jiddeċiedi, fir-rigward ta' prodott speċifiku, l-esistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manufattur hijiex kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mall-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), hijiex meħtieġa l-intervent ta' korp ta' ċertifikazzjoni approvat.

(2) Artikolu 13(4) jirrikjedi li l-proċedura stabbilità b'dan il-mod għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Ikun għalhekk tajjeb jekk jiġu identifikati l-prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(3) Iż-żewġ proċeduri msemmija f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott, minħabba li Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

(4) Il-proċedura msemmija fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III. Il-proċedura msemmija fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) taqbel masi sistemi stipulati fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III.

(5) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti li jinsabu f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta' proċedura li permezz tagħha l-manifattur għandu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika li tiżgura li l-prodott huwa konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stipulati f'Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta' proċedura li, flimkien ma' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika mħaddma mill-manufattur, tinkludi l-involviment ta' korp ta' ċertifikazzjoni approvat għall-evalwazzjoni u għas-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall attestazzjoni tal-konformità kif stipulata f'Anness III għandha tiġi indikata fl-approvazzjonijiet tekniċi rilevanti Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, ta' l-14.2.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Apparat għall-isolazzjoni mil-impatt ta' vibrazzjoni u ħsejjes għall-uċuħ ta' l-art li jiċċaqilqu (EOTA ref. 05.03/03):

Għal kull tip ta' użu apparti dawk soġġetti għal regolament ta' reazzjoni għal ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet AFL [1], BFL [2], CFL [3],

Apparat għall-isolazzjoni mill-vibrazzjoni u l-ħsejjes għal ħitan (EOTA ref. 06.01/09):

Għal kull tip ta' użu apparti dawk soġġetti għal-regolamenti ta' reazzjoni għall-ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [4], B [5], C [6],

Pjanċi tal-ħitan magħmula minn azzar li ma jissaddadx (EOTA ref. 06.04/04)

Apparat li jaqbad l-ilma għall-iskart (EOTA ref. 07.04/04)

[1] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[2] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[3] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[4] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[5] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[6] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Apparat għall-isolazzjoni mil-vibrazzjoni u l-impatt mil-ħsejjes għal uċuħ ta' l-art li jiċċaqalqu (EOTA ref. 05.03/03):

Għal kull tip ta' użu soġġett għar-regolamenti dwar il-ħruq għal prodotti magħmula minn materjali fil-klassijiet AFL [1], BFL [2], CFL [3],

Apparat għall-isolazzjoni mil-vibrazzjoni u l-ħsejjes għall-ħitan (EOTA ref. 06.01/09):

Għal kull tip ta' użu soġġett għar-regolamenti dwar ħruq għal prodotti magħmula minn materjali li jaqgħu fil-klassijiet A [4], B [5], C [6],

"Channel bars" (EOTA ref. 06.01/01)

Apparat ta' ankrar kimiku (EOTA ref. 06.01/01)

Apparat ta' ankrar tal-konkrit epoxy/poliestru rinforzat bil-ħġieġ/mortar ta' l-epoxy (EOTA ref. 06.03/03)

[1] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[2] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[3] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[4] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[5] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

[6] Materjali fir-rigward ta' liema r-reazzjoni għal ħruq tista' tinbidel waqt il-produzzjoni. (B'mod ġenerali, dawk soġġetti għal modifikazzjoni kimika, per eżempju ritardanti tan-nar, jew dawk fejn tibdil ta' komposizzjoni tista' twassal għal tibdil fir-reazzjoni għal ħruq).

--------------------------------------------------

ANNESS III

ATTESTAZZJONI TA' KONFORMITÀ

Nota:

Fir-rigward ta' prodotti/armar li jkollhom iktar minn użu intenzjonat wieħed speċifikat fil-gruppi li ġejjin, id-dmirijiet għall-korp approvat, derivati mis-sistemi rilevanti ta' attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TAL-PRODOTTI

SEBA' PRODOTTI GĦAL APPROVAZZJONIJ TEKNIKA EWROPEA (1/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu maħsub/a elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' attestazzjoni ta' konformità fl-approvazzjoni teknika rilevanti Ewropea:

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(i), mingħajr eżami b'awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu maħsub | Livell (i) jew klassi (jiet) | Affermazzjoni ta' sistema (i) ta' konformità |

"Channel bars" (EOTA ref. 06.01/01)Apparat ta' ankrar kimiku (EOTA ref. 06.01/11) | għal użu ta' ankraġġ | - | 1 |

Apparat ta' ankrar tal-konkrit epoxy/poliestru rinforzat bil-ħġieġ/mortar ta' l-epoxy (EOTA ref. 06.03/03) | għal tiswija strutturali | - | 1 |

Pjanċi tal-ħajt magħmula minn azzar li ma jissaddadx (EOTA ref. 06.04/04) | għal użu f'ħitan tal-ġebel | - | 3 |

Apparat għall-isolazzjoni mill-impatt ta' vibrazzjoni u ħsejjes għall-uċuħ ta' l-art li jiċċaqalqu (EOTA ref. 05.03/03):Apparat għall-isolazzjoni mil-vibrazzjoni u l-ħsejjes għall-ħitan (EOTA ref. 06.01/09) | għal użu ġewwa l-bini | - | 3 |

Apparat li jaqbad l-ilma maħmuġ(EOTA ref. 07.04/04) | għal użu ġewwa l-bini | - | 4 |

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta r-rendiment tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TAL-PRODOTTI

SEBA' PRODOTTI GĦAL APPROVAZZJONI TEKNIKA EWROPEA (2/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u użu intenzjonat(i) elenkati hawn isfel, EOTA hija mitluba li tispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta' attestazzjoni ta' konformità fl-approvazzjoni teknika rilevanti Ewropea:

Sistema 1: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(i), mingħajr eżami b'awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III.2(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott (i) | Użu intenzjonat | Livell (i) jew klassi (jiet) | Attestazzjoni tas-sistema (i) ta' konformità. |

Apparat għall-impatt ta' isolazzjoni mil-vibrazzjoni u l-ħsejjes għall-uċuħ ta' l-art li jiċċaqalqu (EOTA ref. 05.03/03)Apparat għall-isolazzjoni tal-vibrazzjoni u tal-ħsejjes għall-uċuħ ta' l-art li jiċċaqalqu (EOTA ref. 06.01/09) | Għal użu soġġett għar-reazzjoni lejn regolamenti tan-nar | A, B, C AFL, BFL, CFL | 1 |

A, B, C AFL, BFL, CFL | 3 |

A, D, E, F AFL, DFL, EFL, FFL | 4 |

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anki meta r-rendiment tagħha ma teħtieġx li tiġi eżaminata għal xi karatteristika partikolari, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed m' għandu ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet il-verifika ta' din il-karatteristika ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manufattur jekk hu ma jixtieqx jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

--------------------------------------------------