32000D0147

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tat-8 ta' Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini (notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 133)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 050 , 23/02/2000 P. 0014 - 0018
CS.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
ET.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
HU.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
LT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
LV.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
MT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
PL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
SK.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7
SL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 3 - 7


Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni

tat-8 ta' Frar 2000

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini

(notifikata taħt id-dokument numru K(2000) 133)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2000/147/KE)

IL-KUMMISSJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89//106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispozizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment Artikoli 3, 6 u 20 tagħha,

Billi:

(1) Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 89/106/KEE jistqarr li, biex jittieħed akkont tal-livelli differenti tal-protezzjoni għax-xogħlijiet għall-bini li jistgħu jkunu prevalenti fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, kull ħtieġa essenzjali tista' jagħti lok għall-istabbiliment ta' klassijiet tad-dokumenti interprettativi. Dawn id-dokumenti kienu ġew ippubblikati bħala l-

"Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-dokumenti interprettativi tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

[3]

.

(2) Il-Paragrafu 4.2.1 tad-dokument interprettativ Nru 2 jiġġustifika l-ħtieġa ta' livelli differenti ta' ħtiġiet essenzjali bħala funzjoni tat-tip, l-użu u l-lokalità tax-xogħol għall-bini, it-tqassim tiegħu u d-disponnibilità tal-faċilitajiet ta' l-emerġenza.

(3) Il-Paragrafu 2.2 tad-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta' miżuri interrelatati għas-sodisfazzjon tal-ħtiġiet essenzjali, "Sigurtà f'każ ta' nar" li flimkien jikkontribwixxu biex jiddefinixxu l-istrateġija tas-sigurtà f'każ ta' nar li tista' tiġi żviluppata f'metodi differenti fl-Istati Membri.

(4) Il-Paragrafu 4.2.3.3 tad-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika wieħed minn dawn il-miżuri li huma prevalenti fl-Istati Membri li jikkonsistu fil-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u t-tixrid ta' nar u d-duħħan fil-kamra ta' l-oriġini (jew f'post speċifiku) billi tillimita il-kontribuzzjoni tal-prodotti għall-bini għall-iżvilupp sħiħ tan-nar.

(5) Id-definizzjoni ta' klassijiet ta' ħtiġiet essenzjali tiddependi parzjalment fuq il-livell ta' din il-limitazzjoni.

(6) Il-livell ta' din il-limitazzjoni jista' jiġi espress biss bil-livelli differenti tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(7) Il-Paragrafu 4.3.1.1 tad-dokument interpretattiv Nru 2 jispeċifika li biex jiffaċilita r-reazzjoni għan-nar tal-prodotti li jkunu evalwati, soluzzjoni armonizzata għandha tkun żviluppata li tista' tutilizza skala sħiħa jew ta' tqabbil tal-provi li għandhom x'jaqsmu ma' xenarji tan-nar veri u relevanti.

(8) Is-soluzzjoni armonizzata tinsab f'sistema ta' klassijiet li mhumiex inklużi fid-dokument interpretattiv.

(9) Is-sistema ta' klassijiet identifikati għal dan il-għan tirreferi għal numru ta' metodi ta' ttestjar diġà magħrufa mal-korpi ta' standardazzjoni Ewropej.

(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/KE tad-9 ta' Settembru 1994 dwar l-applikazzjoni ta' Artikolu 20 tad-Direttiva 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini [4], li tiddeskrivi s-sistema tal-klassijiet, ma tindikax l-egħtiebi tal-gruppi B, Ċ u D, minħabba li t-test ta' single burning item ma kienx żviluppat biżżejjed dak iż-żmien.

(11) Id-data relevanti hija issa disponibbli u d-Deċiżjoni 94/611/KE għandha għalhekk tkun sostitwita b'deċiżjoni ġdida li tinkludi l-egħtiebi tal-klassijiet u xi addattazzjonijiet għal progress tekniku. Il-proċeduri ta' testijiet alternattivi għandhom ikunu deskritti sewwa fi standard futur Ewropew, jew f'deċiżjoni tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b'konsultazzjoni ma' CEN/CENELEC u EOTA.

(12) Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Meta l-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tal-prodott għall-bini huwa tali li jista' jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni u t-tixrid tan-nar u d-duħħan fil-kamra (jew fiż-żona) ta' oriġini jew lill hinn, il-prodott għandu jkun klassifikat fuq il-bażi tar-reazzjoni tiegħu għall-imġieba għan-nar, billi titqies is-sistema tal-klassifikazzjoni stabbilita fit-Tabelli 1 u 2 ta' l-Anness.

2. Il-prodotti għandhom ikunu meqjusa in relazzjoni ma' l-applikazzjoni ta' użu aħħari tagħhom.

Jekk il-klassifikazzjoni bażata fuq testijiet u kriterji standardizzati stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 ta' l-Anness ma tkunx xierqa, waħda jew aktar xenarji ta' referenza (skala rappreżentattiva tat-test(ijiet) li tkun tipika għax-xenarji ta' perikolu li jkun hemm ftehim fuqhom jistgħu jintużaw, fil-kuntest ta' proċedura li tipprovdi għal testijiet alternattivi.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/116/KE hija mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU Ċ 62, tat-28.2.1994, p. 1."

[4] ĠU L 241, tas-16.3.1999, p. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS

Simboli [1]

ΔT | Żieda fit-temperatura |

Δm | Telf tal-massa |

tf | It-tul tal-ħin tal-fjamma |

PCS | Il-potenzjal gross kalorifiku |

FIGRA | Ir-rata tat-tixrid tal-fjamma |

THR600s | Ir-rilaxx totali tas-sħana |

LFS | It-tixrid laterali tal-fjamma |

SMOGRA | Ir-rata tal-kobor tad-duħħan |

TSP600s | Il-produzzjoni totali tad-duħħan |

Fs | It-tixrid tal-fjamma |

Definizzjonijiet

"Materjal": sustanza singola bażika jew taħlita mxerrda uniformament ta' sustanzi, per eżempju metall, ġebel, injam, konkrit, suf minerali b'rabta uniformament imxerrda, polimeri.

"Prodott omoġenju": prodott li jikkonsisti f'materjal singolu, li għandu densità uniformi u kompożizzjoni ma tul il-prodott kollu.

"Prodott mhux omoġenju": prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet ta' prodott omoġenju. Huwa prodott kompost b'wieħed jew aktar komponenti, sostanzjali u/jew mhux sostanzjali.

"Komponent sostanzjali": materjal li jikkostitwixxi parti sinifikanti ta' prodott mhux omoġenju. Saff b'massa għal kull żona ta' l-unità ≥1,0kg/m2 jew ħxuna ≥1,0 mm huwa meqjus li huwa komponent sostanzjali.

"Komponent mhux sostanzjali": materjal li ma jikkostitwixxix parti sinifikanti ta' prodott mhux omoġenju. Saff b'massa għal kull żona ta' unità <1,0kg/m2 u ħxuna < 1,0 mm huwa meqjus li mhuw komponent sostanzjali.

Żewġ saffi jew aktar li ma humiex sostanzjali li huma ħdejn xulxin (i.e b'komponent(i) li ma humiex sostanzjali bejn is-saffi) huma meqjusa bħala komponent mhux sostanzjali u, għalhekk, għandhom flimkien ikunu konformi mal-ħtiġiet għal saff li mhux komponent sostanzjali.

Għal komponenti mhux sostanzjali, distinzzjoni hija magħmula bejn komponenti nterni mhux sotanzjali u komponenti esterni mhux sostanzjali, kif ġej.

"Komponent intern mhux sostanzjali": komponent mhux sostanzjali li huwa mgħotti fuq iż-żewġ naħat mill-anqas b'komponent sostanzjali wieħed.

"Komponent estern mhux sostanzjali": komponent mhux sostanzjali li mhux mgħotti fuq naħa waħda b'komponent sostanzjali.

Tabella 1

IL-KLASSIJIET TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR GĦAL PRODOTTI GĦALL-BINI U ESKLUŻ IL-KISI TA' L-ART [2]

Klassi | Metodu(i) tat-test(ijiet) | Kriterja tal-klassifikazzjoni | Klassifikazzjoni addizzjonali |

A1 | EN ISO 1182 [3] u | ΔT ≤ 30 °C u Δm ≤ 50 % u tf = 0 (i.e. imma l-ebda sostenn tal-fjammi) | — |

EN ISO 1716 | PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 u [3] PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 [4] u [5] PCS ≤ 1,4 MJ.m-2 u [6] PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 [7] | — |

A2 | EN ISO 1182 [3] jew | ΔT ≤ 50 °C u Δm ≤ 50 % u tf ≤ 20s | — |

EN ISO 1716 u | PCS ≤ 3,0 MJ.kg-1 u [3] PCS ≤ 4,0 MJ.kg-1 u [4] PCS ≤ 4,0 MJ.m-2 u [6] PCS ≤ 3,0 MJ.kg-1 [7] | — |

EN 13823 (SBI) | FIGRA ≤ 120 W.s-1 u LFS < it-tarf tal-kampjun u THR600s ≤ 7.5 MJ | Il-produzzjoni tad-duħħan, [8] u t-taqtir/partiċelli bin-nirien [9] |

B | EN 13823 (SBI) u | FIGRA ≤ 120 W.s-1 u LFS < it-tarf tal-kampjun u THR600s ≤ 7.5 MJ | Il-produzzjoni tad-duħħan, [8]u t-taqtir/partiċelli bin-nirien [9] |

EN ISO 11925-2 [11]Esposizzjoni = 30s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan is-60s |

Ċ | EN 13823 (SBI) u | FIGRA ≤ 120 W.s-1 u LFS < it-tarf tal-kampjun u THR600s ≤ 15 MJ | Il-produzzjoni tad-duħħan, [8]u t-taqtir/partiċelli bin-nirien [9] |

EN ISO 11925-2: [11]EsposizzjoniŽ = 30s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan is-60s |

D | EN 13823 (SBI) u | FIGRA ≤ 750 W.s-1 | Il-produzzjoni tad-duħħan, [8]u t-taqtir/partiċelli bin-nirien [9] |

EN ISO 11925-2: [11]Esposizzjoni = 30s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan is-60s |

E | EN ISO 11925-2: [11]Esposizzjoni = 15s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan l-20s | Taqtir/partiċelli bin-nirien [10] |

F | L-ebda imġieba determinata |

Tabella 2

IL-KLASSIJIET TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR GĦALL-KISI TA' L-ART

Klassi | Metodu(i) tat-test(ijiet) | Kriterja tal-klassifikazzjoni | Klassifikazzjoni addizzjonali |

A1FL | EN ISO 1182 [12] u | ΔT ≤ 30 °C u Δm ≤ 50 % u tf = 0s (i.e. l-ebda fjamma ma tkun sostnuta) | — |

EN ISO 1716 | PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 u [12] PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 u [13] PCS ≤ 1,4 MJ.m-2 u [14] PCS ≤ 2,0 MJ.kg-1 [15] | — |

A2FL | EN ISO 1182 [12] u | ΔT ≤ 50 °C u Δm ≤ 50 % u tf = 20s | — |

EN ISO 1716 u | PCS ≤ 3,0 MJ.kg-1 u [12] PCS ≤ 4,0 MJ.kg-1 u [13] PCS ≤ 4,0 MJ.m-2 u [14] PCS ≤ 3,0 MJ.kg-1 [15] | — |

EN ISO 9239-1 [16] | It-tisfija kritika [17]≥ 8,0 kW.m-2 | Produzzjoni tad-duħħan [18] |

BFL | EN ISO 9239-1 [16] u | It-tisfija kritika [17]≥ 8,0 kW.m-2 | Produzzjoni tad-duħħan [18] |

EN ISO 11925-2 [19]Esposizzjoni = 15s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan 20s |

CFL | EN ISO 9239-1 [16] u | It-tisfija kritika(?) [17]≥45 kW.m-2 | Produzzjoni tad-duħħan [18] |

EN ISO 11925-1 [19]Esposizzjoni = 15s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan 20s |

DFL | EN ISO 9239-1 [16] u | It-tisfija kritikali [17]≥ 3,0 kW.m-2 | Produzzjoni tad-duħħan [18] |

EN ISO 11925-1 [19]Esposizzjoni = 15s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan 20s |

EFL | EN ISO 11925-2 [19]Esposizzjoni = 15s | Fs ≤ 150 mm fi ħdan 20s | |

F fl | L-ebda imġieba determinata |

[1] Il-karatteristiċi huma definiti fir-rigward tal-metodu xieraq tat-test.

[2] It-trattament ta' uħud mill-familji tal-prodotti, eż. prodotti lineari (pajpijiet, kanali, fili, eċċ.), għadu qiegħed jiġi rivedut u jista' jkun jeħtieġ emenda għal din id-Deċiżjoni.

[3] Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta' prodotti mhux omoġenji

[4] Għal kwalunkwe komponent estern mhux sostanzjali ta' prodotti mhux omoġenji

[6] Għal kwalunkwe komponent intern mhux sostanzjali ta' prodotti mhux omogenji.

[7] Għall-prodott kollu bħala tali

[8] s1 = SMOGRA ≤ 30s2.s-2 u TSP600s ≤ m2; S2 = SMOGRA ≤ 180s2.s-2 u TSP600s 200 m2; s3 = mhux s1 jew s2.

[9] d0 = L-ebda taqtir/particelli bin-nirien fil-EN 13823 (SBI) fi ħdan il-600s; d1 = l-ebda taqtir/partiċelli bin-nirien ma jdumu aktar minn 10s fil-EN 13823 (SBI) fi ħdan 600s; d2 = mhux d0 mhux d1; it-tqabbid tal-karta huwa EN ISO 11925-2 jirriżulta fil-klassifikazzjoni d2.

[10] Pass (għadda) = l-ebda tqabbid tal-karta (l-ebda klassifikazzjoni); falliment (m'għaddiex) it-tqabbid tal-karta (klassifikazzjoni d2).

[11] Skond il-kondizzjonijiet ta' l-attakk ta' fjamma fuq il-wiċċ u, jekk xieraq, għall-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tal-prodott, attakk fit-tarf tal-fjamma.

[12] Għal prodotti omoġenji u komponenti sostanzjali ta' prodotti mhux omoġenji.

[13] Għal kwalunkwe komponent estern mhux sostanzjali ta' prodotti mhux omoġenji

[14] Għal kwalunkwe komponent intern mhux sostanzjali ta' prodotti mhux omoġenji

[15] Għall-prodott kollu bħala tali

[16] It-tul tat-test = 30 minuta

[17] It-tisfija kritika hija definita bħala t-tisfija radjanti li fiha l-fjamma tintefa jew it-tisfija radjanti wara perijodu ta' test ta' 30 minuta, liema minnhom ikun l-aktar baxx (i.e. it-tisfija korrispondenti mal-limitu l-aktar il-bogħod tat-tixrid tal-fjamma).

[18] s1 = Duħħan ≤ 750 %.min; s2 = mhux s1.

[19] Skond il-kondizzjonijiet tal-ħbit ta' fjamma fuq il-wiċċ u, jekk xieraq, għall-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tal-prodott, attakk fit-tarf tal-fjamma.

--------------------------------------------------