32000D0076



Official Journal L 030 , 04/02/2000 P. 0033 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Diċembru 1999

li temenda d-Deċiżjoni 97/468/KE dwar it-tfassil ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tal-kaċċa

(notifikata bid-dokument numru C (1999) 4675)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2000/76/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jitfasslu, għal perjodu temporanju, listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari bl-Artiklu 2 (1) tagħha;

Billi:

(1) listi proviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-kaċċa ģew imfassla bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/KE [3];

(2) Il-Latvja bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-kaċċa u li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbiliment jaqbel mar-regoli tal-Komunita;

(3) lista proviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tal-kaċċa tista’ tkun għalhekk imfassla għal-Latvja;

(4) il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/468/KE.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-15 ta’ Diċembru 1999.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

[3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 62.

--------------------------------------------------

ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA

"País: LETONIALand: LETLANDLand: LETTLANDΧώρα: ΛΕΤΟΝΙΑCountry: LATVIAPays: LETTONIEPaese: LETTONIALand: LETLANDPaís: LETÓNIAMaa: LATVIALand: LETTLAND

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

LV 04 G | Adazi-Kover | Riga disctrict | Adazu parish | PH | a" |

--------------------------------------------------