32000D0016



Official Journal L 006 , 11/01/2000 P. 0039 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-2 ta' Diċembru 1999

li tikkonkludi l-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2000/16/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 170, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel subparagrafu ta'l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Il-Komunità u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qegħdin isegwu programmi speċifiċi ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku (RŻT) fl-oqsma ta' interess komuni;

(2) Fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba fil-passat, iż-żewġ partijiet esprimew xewqa li jwaqqfu qafas aktar wiesgħa u dettaljat biex tikber il-kollaborazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija;

(3) Il-koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija tifforma parti mill-koperazzjoni globali bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

(4) Bid-deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' Ġunju 1998, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim dwar il-koperazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija bejn il-Komunità u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ("Ftehim");

(5) Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' Diċembru 1998, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim għandu jiġi ffirmat għan-nom tal-Komunita;

(6) Il-Ftehim ġie ffirmat fit-22 ta' Diċembru 1998;

(7) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qiegħed jiġi b'hekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim qed jiġi anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ikunu twettqu min-naħa tal-Komunità [3].

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU C 247 E, tal-31.8.1999, pġ. 32.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-3 ta' Novembru 1999 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------