31999Y0826(01)



Official Journal C 241 , 26/08/1999 P. 0009 - 0009


Avviż tal-Kummissjoni fuq l-adattamenti tekniċi għall-metodu biex ikunu stabbiliti r-referenza u r-rati ta' l-iskont

(1999/C 241/09)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Fit-2 ta' Lulju 1997 il-Kummissjoni ddeċidiet li taddotta, b'effett mill-1 ta' Awissu 1997, metodu ġdid biex ikunu stabbiliti w aġġornati r-rati ta' referenza u ta' skont. L-Istati Membri kienu nfurmati b'ittra (li ġġib id-data tat-18 ta' Awissu 1997) u b'avviż ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (Ċ 273 tad-9 ta' Settembru 1997).

Dan il-metodu jistabbilixxi r-referenza għal kull Stat Membru fuq il-bażi ta' rati indikattivi definiti bħala l-medja ta' kull xahar tar-rati ta' tibdil interbankarji ta' ħames snin, kif ukoll premjum ta' aġġustament.

Wara d-dħul fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta' Jannar 1999 u minħabba l-użu ta' l-ewro mis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel dawn l-adattamenti tekniċi li ġejjin:

1. Mill-1 ta' Awissu 1999 ir-rata tar-referenza għandha tkun l-istess għall-ħdax-il Stat Membru li addottaw l-ewro;

2. Għal dawk il-pajjiżi, ir-rata indikattiva għandha tkun definita bħala l-medja tar-rati tat-tibdil interbankarju ta' ħames snin, kif ukoll premjum ta' 75 punti bażiċi.

L-aspetti l-oħra kollha tal-metodu deskritt fl-avviż tal-Kummissjoni tad-9 ta' Settembru 1997 ikomplu japplikaw.

Għall-Istati Membri li ma daħħlux l-ewro, il-metodu ta' kif għadhom ikunu stabbiliti r-rati tar-referenza ma jinbidilx.

--------------------------------------------------