Official Journal C 203 , 17/07/1999 P. 0001 - 0001
Dikjarazzjonijiet fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implementazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni (1999/C 203/01) 1. DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (L-Artikolu 4) Taħt il-proċedura tal-amministrazzjoni, il-Kummissjoni tiftakar illi hija l-prattika kostanti li tipprova tassigura deċiżjoni soddisfaċenti li tħeġġeġ kemm tista l-akbar appoġġ fil-Kumitat. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-posizzjonijiet tal-membri tal-Kumitat u taġixxi b'modd li tevvita li tmur kontra kwalunkwe posizzjoni predominanti li tista tidher kontra l-opportunità ta' miżura implimentata. 2. DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni u l-Kunsill jaqblu li d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumitati li jgħinu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri previst fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 87/373/KEE għandhom jiġu emendati mingħajr dewmien ħalli jkunu allinjati mal-Artikolu 3, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE skond il-proċeduri leġislattivi xierqa. Dawn l-arranġamenti għandhom isiru hekk kif ġej: - il-proċedura attwali I għandha tiġi mibdula fil-proċedura l-ġdida konsultattiva. - il-proċeduri attwali II(a) u II(b) għandhom jiġu mibdulin fil-proċedura l-ġdida tal-amministrazzjoni. - il-proċeduri attwali III(a) u III(b) għandhom jiġu mibdulin fil-proċedura l-ġdida tar-regolamentazzjoni. Modifikazzjoni tat-tip ta' kumitat previst f'att bażiku għandu jsir fuq kull każ waħdu, magħtul il-proċess normali tar-reviżjoni tal-leġislatura, ggwidat inter alia mill-kriterju previst fl-Artikolu 2. Dan l-emendament għandu jsir skond l-obligazzjonijiet li huma dmir ta' l-istruzzjonijiet Kumunitarji. M' għandux ikollu l-effett li jikkomprometti l-kisba ta' l-għanijiet ta' l-att bażiku jew l-effettivittà ta' azzjoni Komunitarja. 3. DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (L-Artikolu 5) Fir-reviżjoni ta' proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw setturi sensittivi partikolarment, il-Kummissjoni, bil-għan li ssib soluzzjoni bbilanċata, tireaġġixxi b'modd li tevvita li tmur kontra kwalunkwe posizzjoni predominanti li, tista tinħoloq fil-Kunsill, kontra l-opportunità ta' miżura. --------------------------------------------------