31999R2780



Official Journal L 334 , 28/12/1999 P. 0020 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2780/1999

tas-27 ta' Diċembru, 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2449/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti annwali tat-tariffa għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 07141091, 07141099, 07149011 u 07149019 li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi ħlief għat-Tajlandja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju, 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżżla fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2449/96 [2] jistabillixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni għal ċerti kwoti annwali tat-tariffa li taħtha prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 07141091, 07141099, 07149011 u 07149019 u li joriġinaw minn pajjiżi terzi ħlief għat- Tajlandja li jistgħu jiġu mpurtati fil-Komunità b'rata mnaqqsa ta' dazju;

(2) ir-regoli dettaljati għall-aplikazzjoni jipprovdu għall-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biss jekk il-Kummissjoni tiftiehem bil-quddiem għall-ħruġ tagħhom;

(3) billi din id-dispożizzjoni qamet minn xewqa ta' amministrazzjoni kif imiss tal-kwoti, l-esperjenza turi li m'hijiex meħtieġa u li tikkomplika l-amministrazzjoni;

(4) għandha għalhekk titħassar, waqt li ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni jkollha żmien suffiċjenti meta liċenzi ta' importazzjoni jkunu qed jinħarġu biex tintervjeni ma' l-awtoritajiet nazzjonali meta jinqalgħu l-problemi;

(5) il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafi (4) u (5) ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2449/96 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4. Il- liċenzi ta' importazzjoni għandhom għandhom jinħarġu fir-raba ġurnata tax-xogħol li jiġu wara d-data ta' meta jintbagħtu, minbarra fejn il-Kummissjoni tkin informat lill-awtoritajiet ta' Istati Membri permezz ta' fax jew telex li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzi in kwistjoni ma jkunu ġew imħarsa.

F'dawk il-każi l-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ta' oriġini fejn meħtieġ, għandha tieħu l-miżuri xierqa.

5. Liċenzi ta' importazzjoni għall-prodotti li joriġinaw fl-Indonesja jew iċ-Ċina li fir-rigward tagħhom applikazzjonijiet jintbagħtu f'Diċembru għas-sena ta' wara m'għandhomx jiħarġu qabel l-ewwel ġurnata tax-xogħol f'Jannar tas-sena in kwistjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[2] ĠU L 333, tal-21.12.1996, p. 14

--------------------------------------------------