Official Journal L 338 , 30/12/1999 P. 0001 - 0055
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2765/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabblixxi nomenklatura tal-prodotti agrikoli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura għal prodotti agrikoli għal fondi ta' l-esportazzjoni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2605/1999 [2], u partikolarment l-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 3 tiegħu, Billi: Ir-Regolament (KEE) No 3846/87 jipprovvdi għall-pubblikazzjoni tal-verżjoni sħiħa tan-nomenklatura tar-rifondi li għandha tkun użata mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kif isegwi mid-disposizzjonijiet regolatorji dwar l-arranġamenti għall-eportazzjoni tal-prodotti agrikoli [3]; (2) Akkont għandu jittieħed ta' l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999 tat-12 Ottubru 1999, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u tat-Tariffa Doganali Komuni [4], applikabbli mill-1 ta' Jannar 2000, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 jiġi mibdul bl-Anness ta' hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-16 ta' Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1. [2] ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 32. [3] Inkorporat fl-Anness ma' dan ir-Regolament huma l-emendi li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin: - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/1999 (ĠU L 46, ta’ l-20.2.1999, p. 28), - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/1999 (ĠU L 70, tas-17.3.1999, p. 3). [4] ĠU L 278, tat-28.10.1999, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS NOMENKLATURA TA' PRODOTTI AGRIKOLI GĦAL RIFONDI FUQ L-ESPORTAZZJONI Ara: Ir-Regolament tal-Kummisjoni 2180/2003, ĠU L 335, tat-22.12.2003, minn pagna 1 sa pagna 51. --------------------------------------------------