31999R2758



Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0049 - 0050


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2758/1999

tat-22 ta’ Diċembru 1999

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel u ta’ oriġini mill-annimali

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2757/1999 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu;

Billi:

(1) bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti ta’ residwi massimi jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-għalf lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

(2) limiti ta’ residwi massimi suppost ikunu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Kumitat ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi għas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ affarijiet ta’ l-ikel;

(3) fl-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi massimi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali f’liema residwi jistgħu jkunu preżenti, l-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut target) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur);

(4) għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimu suppost is-soltu jkunu stabbiliti għat-tessuti target ta’ fwied jew kliewi. Imma, l-fwied u l-kliewi huma s-soltu mneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu suppost għalhekk ikunu dejjem stabbiliti għal tessuti ta’ muskolu jew xaħam;

(5) fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu fi tjur li jbidu, annimali li jagħtu l-ħalib jew naħal li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

(6) ġel ta’ l-aloe vera u estratt tal-werqa sħiħa ta’ l-aloe vera suppost ikunu imdaħħla fl-Anness II lill-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

(7) perjodu adegwat suppost ikun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtorizzazzjoni biex tpoġġi l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fuq is-suq li ġew mogħtija bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendat minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(8) l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT IS-SEGWENTI REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huwa minn issa emendat kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-60 ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.1.

[2] Ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p1

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

6. Sustanzi ta’ oriġini mill-ħaxix

"Sustanza(i) attiva(i) farmakoloġikament | Speċi ta' annimali | Dispożizzjonijiet oħra |

Ġel aloe vera u l-estratt mill-werqa sħiħa tal-aloe vera | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | Għall-użu lokali biss" |

--------------------------------------------------