31999R2654



Official Journal L 325 , 17/12/1999 P. 0010 - 0011


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2654/1999

tas-16 ta' Diċembru 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2921/90 dwar għajnuna tal-produzzjoni ta' casein u caseinates minn ħalib bla xaħam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jissostitwixxi, b'effett mill-1 ta' Jannar 2000, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 (2), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 (3), u, inter alia, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 987/68 tal-15 ta' Lulju 1968 li jipprovdi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna għal ħalib bla xaħam proċessat f'casein jew caseinates (4), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1435/90 (5). Biex jingħata kont ta' dawn l-arranġamenti l-ġodda, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90 ta' l-10 ta' Ottubru 1990 dwar l-għajnuna għall-produzzjoni ta' casein u caseinates mill-ħalib bla xaħam (6), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2501/1999 (7). Id-Definizzjonijiet tal-prodotti li jikkwalifikaw għal din l-iskema ta' għajnuna għandhom jiżdiedu ma' dak ir-Regolament u li l-korp li lilu applikanti għall-għajnuna għandhom jindirizzaw l-applikazzjonijiet tagħhom għandu jiġi speċifikat. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2000.

(2) Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tagħx opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2921/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Il-parti introduttorja tal-paragrafu 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

"2. L-għajnuna għandha titħallas fuq il-bażi ta' applikazzjoni bil-miktub mibgħuta minn produtturi ta' casein jew caseinate lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn il-caseins jew il-caseinates kienu prodotti, li tkun turi:"

2. Il-paragrafu li ġej qiegħed jiżdied:

"4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) ħalib bla xaħam' tfisser ħalib ta' baqra jew mogħża waħda jew aktar li ma ġie miżjud xejn miegħu u li x-xaħam tneħħa minnu biss parzjalment biex jitnaqqas il-kontenut ta' xaħam tiegħu għal mhux aktar minn 0,10 %;

(b) casein mhux maħdum' tfisser prodotti li ma jdubux fl-ilma, miksuba minn ħalib bla xaħam permezz ta' preċipitazzjoni permezz ta' aċidifikazzjoni mikrobijali jew iż-żieda ta' aċidi, tames jew enzimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib, irrispettivament minn xi użu minn qabel ta' bdil ta' ions jew proċessi ta' konċentrazzjoni;

(ċ) casein' tfisser prodotti maħsula u mnixxfa, li ma jdubux fl-ilma miksuba minn casein mhux maħdum jew ħalib bla xaħam bi preċipitazzjoni permezz ta' aċidifikazzjoni mikrobijali jew iż-żieda ta' aċidi, tames jew enzimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib, irrispettivament minn xi użu qabel ta' bdil ta' ions jew proċessi ta' konċentrazzjoni;

(d) caseinates' tfisser prodotti miksuba bit-tnixxif ta' casein jew casein mhux maħdum ittrattat b'aġenti li jinnewtralizzaw."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

1) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

2) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

3) ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

4) ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 6.

5) ĠU L 138, tal-31.5.1990, p. 8.

6) ĠU L 279, tal-11.10.1990, p. 22.

7) ĠU L 304, tas-27.11.1999, p. 13.