31999R2471



Official Journal L 301 , 24/11/1999 P. 0003 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2471/1999

tat-23 ta' Novembru 1999

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 ta' l-14 ta' April 1987 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe, li jiddefinixxi dispożizzjonijiet dettaljati sabiex jiġu emendati u addattati dawn il-miżuri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1983/95 [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1034/98 [2], u b'mod partikolari Artikoli 5 u 6 tiegħu,

(1) Billi d-Deċiżjoni Nru 1/99 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/id-Danimarka/Gżejjer Faroe [3] irrevokat il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar it-trattatment ta' tariffi u arranġamenti applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità jew importati fil-Faroes;

(2) Billi l-Protokoll 1 il-ġdid abolixxa l-klawsola dwar prezzijiet ta' referenza, l-ogħla limiti tat-tariffa tal-Komunità, u s-sorveljanza statistikali applikata fil-preżent għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd eżenti mid-dazji doganali; billi, għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 669/97 għandu jiġi emendat sabiex iħassar l-Artikoli li ntroduċew dawn il-miżuri, flimkien ma’ Annessi II u III għalihom;

(3) Billi l-kwota tat-tariffa mingħajr dazju għas-salamun (09.0673) ġiet mibdula b'importazzjonijiet mingħajr dazju mhux limitati; billi l-istatus ta' l-aktar nazzjon favorit (ANF) reġa’ ġie mdaħħal għal ċerti prodotti li fil-preżent igawdu minn ħelsien mid-dazju taħt il-kwoti ta' tariffi, b'mod partikolari aringi u kavalli ppreparati u ppreservati (09.0677), fillets tal-marlozz (09.0683), granċijiet (09.0685) u mussels (09.0687); billi kwoti ta' tariffi jibqgħu għal erba’ prodotti oħra; billi Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/97 għandu jiġi emendat sabiex jagħti kas ta' dawn il-bidliet;

(4) Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 669/97 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-titolu, il-kliem "u l-ogħla limiti" u l-kliem "u li tistabbilixxi s-sorveljanza tal-Komunità" huma mħassra.

2. F’"Artikolu 1" Anness I huwa mibdul b’"Anness".

3. Artikoli 4 u 7 huma mħassra.

4. Anness I huwa mibdul bl-Anness għal dan ir-Regolament.

5. Il-kwantitajiet importati mill-1 ta' Jannar 1999 taħt il-kwoti ta' tariffi b'numri ta' l-ordni 09.0671, 09.0675, 09.0679 u 09.0681 applikabbli għar-Regolament (KE) Nru 669/97 għandhom jgħoddu lejn il-kwoti ta' tariffi relevanti elenkati fl-Anness għar-Regolament.

6. Annessi II u III huma mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Awissu 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fit-23 ta' Novembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 101, tat-18.4.1997, p. 1.

[2] ĠU L 148, tad-19.5.1998, p. 6.

[3] ĠU L 178, ta'l-14.7.1999, p. 58.

--------------------------------------------------

ANNESS

PRODOTTI TAS-SAJD SOĠĠETTI GĦAL KWOTI TA' TARIFFI

Numru ta' l-ordni | Kodiċi NM | Sub-diviżjoni tat-TARIC | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju | Volum tal-kwota (tunnellati) |

09.0671 | 0301 | | Ħut ħaj | | 700 |

| | | — Ħut ħaj ieħor: | | |

| ex03019190 | *10 | — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 0302 | | Ħut frisk jew imkessaħ, għajr fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' intestatura Nru 0304: | | |

| | | — Salmonidae, għajr il-fwied u l-għenieqed tal-bajd fl-ovarji tal-ħut: | | |

| ex03021190 | *10 | — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 0303 | | Ħut iffriżat, għajr fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' intestatura Nru 0304: | | |

| ex03032190 | *10 | — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 0304 | | Fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat kif ukoll jekk le), frisk, imkessaħ jew iffriżat: | | |

| 030410 | | — Frisk jew imkessaħ: | | |

| | | — — Fillets: | | |

| | | — — — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | | |

| ex03041011 | *10 | — — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 030420 | | — Fillets iffriżati: | | |

| | | — — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | | |

| ex03042011 | *10 | — — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 030490 | | — Oħrajn | | |

| ex03049010 | | — — — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu: | | |

| | *11 | — — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

09.0675 | 1604 | | Ħut ippreparat jew ippreservat: kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-kavjar: | | 400 |

| | | — Ħut, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat: | | |

| ex16041100 | | — — Salamun: | | |

| | *30 | — — — Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar) | 0 | |

| 160419 | | — — Ieħor | | |

| ex16041910 | | — — — Salmonidae, għajr is-salamun: | | |

| | *10 | — — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

| 160420 | | — Ħut ieħor ippreparat jew ippreservat: | | |

| ex16042010 | | — — — Salamun: | | |

| | *30 | — — — — Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar | 0 | |

| ex16042030 | | — — — Salmonidae, għajr is-salamun | | |

| | *10 | — — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss | 0 | |

09.0681 | 1604 | | Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparat mill-bajd tal-ħut: | | 1200 |

| | | — Ħut, sħiħ jew f'biċċiet iżda mhux ikkapuljat: | | |

| 16041992 | | — — — — — Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) | 0 | |

| 16041993 | | — — — — — Merlangu (Pollachius virens) | 0 | |

| 16041994 | | — — — — — Marlozz (Merluccius spp. Urophycis spp.) | 0 | |

| 16041995 | | — — — — — Pollakkju ta' l-Alaska (Theragra chalcogramma) u Pollach (Pollachius pollachius) | 0 | |

| 16041998 | | — — — — — Oħrajn | 0 | |

| 160420 | | — Ħut ippreparat jew ippreservat ieħor: | | |

| 16042005 | | — — Preparazzjoni ta' surimi | 0 | |

| ex16042090 | | — — — Ta' ħut ieħor: | | |

| | * 20 | — — — — Merlangu ffumigat, ippreservat | 0 | |

| | | — — — — Aringi jew sardin żgħar (Sprattus sprattus): | | |

| | *30 | — — — — — F'laned li ma tidħolx arja fihom | 0 | |

| | *35 | — — — — — Oħrajn | 0 | |

| | *40 | — — — — Tal-makkarel (Scomber australasicus) | 0 | |

| | *50 | — — — — Buwaħħal | 0 | |

| | *90 | — — — — Oħrajn | 0 | |

09.0679 | 1605 | | Krustaċji, molluski u invertebri akwatiċi oħra, ippreparati u ppreservati: | | 2000 |

| 160520 | | — Gambli u gambli kbar: | | |

| 16052010 | | — — F'laned li ma tidħolx arja fihom | 0 | |

| | | — — Oħrajn: | | |

| 16052091 | | — — — F'pakketti immedjati ta' kontenut nett ta' mhux aktar minn 2 kg | 0 | |

| 16052099 | | — — — Oħrajn | 0 | |

| ex16054000 | | — Krustaċji oħra: | | |

| | *20 | — — Nephrops norvegicus | 0 | |

--------------------------------------------------