31999R1661



Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0017 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/1999

tas-27 ta' Lulju 1999

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon nuklejari ta' Chernobyl

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta' Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija nuklejari ta' Chernobyl [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 686/95 [2] u b'mod partikolari Artikolu 6 tiegħu,

(1) Billi x-xita ta' radjuċesju mill-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986 affettwat firxa kbira ta' pajjiżi terzi; billi kienu ġew reġistrati każi ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'kunsinni ta' ċerti tipi ta' faqqiegħ importat minn numru ta' pajjiżi terzi;

(2) Billi xita simili affetwat ċerti partijiet tat-territorji ta' uħud mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

(3) Billi ġeneralment il-foresti u l-inħawi bis-siġar huma l-ambjent naturali ta' faqqiegħ mhux ikkultivat (il-prodotti elenkati f'Anness I) u eko-sistemi bħal dawn għandhom tendenza li jżommu r-radjuċesju f'ċiklu ta' skambju bejn il-ħamrija u l-ħxejjex;

(4) Billi, b'konsegwenza, il-kontaminazzjoni kontinwa ta' faqqiegħ mhux ikkultivat bir-radjuċesju, matul il-perjodu sa minn meta seħħ l-inċident imsemmi hawn fuq, ftit li xejn naqset u jista' jkun li din żdiedet fil-każ ta' ċerti speċje;

(5) Billi, fl-1986, il-Kummissjoni wettqet u sussegwentament aġġornat stima tar-riskji possibli fuq is-saħħa umana minn oġġetti ta' l-ikel kontaminati biċ-ċesju radjoattiv; billi dik l-istima ta' riskji possibli għadha valida anke llum; billi tat kas tal-perjodu fiżiku radjoattiv tal-materjal imsemmi, u, barra minn hekk, il-livell massimu permess jikkonforma fil-qofol mal-livell rakkomandat mill-Kummissjoni Codex Alimentarius;

(6) Billi, bi qbil ma’ Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi;

(7) Billi ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1983/88 [3];

(8) Billi hemm il-ħtieġa li jkunu aġġortanti dawn id-dispożizzjonijiet u li jiġu ssuplimentati b'kondizjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti; bħal ma jidher mill-konsiderazzjonijiet stabbiliti fih;

(9) Billi id-Direttiva tal-Kunsill 92/59/KEE tad-29 ta' Ġunju 1992 dwar is-sigurtà ġenerali ta' prodott [4] stabbiliet sistema għall-iskambju mgħaġġel ta' informazzjoni;

(10) Billi il-miżuri in situ fit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea joħorġu mill-obbligi legali ta' dawk l-Istati bi qbil ma’ Artikoli 35 u 36 tat-Trattat Euratom, il-miżuri tal-Komunità li diġà hemm referenza għalihom u l-miżuri nazzjonali u l-kontrolli li, meħudha flimkien, huma, f'termini ta' ekwivalenza ta' riżultat, ugwali għal dawk approvati f'dan ir-Regolament; billi l-Kummissjoni qiegħda tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu konformi b'mod effettiv ma l-obbligi legali f'dan ir-rigward;

(11) Billi anke jekk id-dispożizzjonijiet għal teħid ta' kampjuni u analiżi ta' prodotti agrikoli varji jeħtieġilhom konsiderazjoni fil-futur, il-ħtieġa immedjata hija li jiġu msaħħa dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-faqqiegħ;

(12) Billi sabiex jitħallew kontrolli aktar effettivi, huwa, bħala konsegwenza, meħtieġ li jkun identifikat numru ristrett ta' uffiċċji doganali minn fejn ċerti prodotti jkunu jistgħu jiġu ddikjarati għal ċirkolazjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea;

(13) Billi il-listi ta' uffiċċji doganali u ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu riveduti kif xieraq, billi jingħata kas inter alia tal-konformità fil-futur mal-livelli massimi permessi u ta' informazzjoni oħra li tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tiġġudika jekk ikunx hemm il-ħtieġa li tinżamm lista ta' pajjiżi terzi fuq il-lista li tinsab f'Anness IV;

(14) Billi għall-istess raġuni huwa xieraq li jiġu pprovduti ċertifikati ta' l-esportazjoni, bħal ma hemm referenza għalihom f'Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, għal kull kunsinna ta' prodotti bħal dawn;

(15) Billi huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu awtorizzati, fuq id-diskrezzjoni tagħhom biss, li jimponu ħlas għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżi u għall-qerda tal-prodott jew ir-rimborż tiegħu sakemm ikun osservat il-prinċipju ta' proporzjonalità meta tkun eżerċitata l-għażla tal-qerda jew tar-rimborż u sakemm ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-ħlasijiet hekk imposti ma jaqbżux l-ispejjeż;

(16) Billi id-dispożizzjonijiet approvati hawn taħt huma konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tal-Komunità Ewropea, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, billi jingħata kas tad-dritt tal-Komunità li taddotta u li tapplika miżuri li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell ta' protezzjoni sanitarja magħżul fit-territorju ta' l-Istati Membri tagħha;

(17) Billi il-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat ad hoc li hemm referenza għalih f'Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-kontrolli fuq il-kontenut ta' radjuċesju li hemm referenza għalihom f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90 tal-prodotti li hemm referenza għalihom f'Artikolu 7 ta' l-istess Regolament, biex jiżguraw li l-livelli massimi permessi stabbiliti bir-Regolament imsemmi jiġu osservati għandhom jitwettqu mill-Istati Membri li fihom, il-prodotti, jiġu meħlusa għal ċirkolazjoni ħielsa u l-aktar tard f'dak il-ħin.

2. Il-kontrolli għandhom isiru permezz ta' teħid ta' kampjuni bi qbil ma’ dawn in-normi minimi li ġejjin:

(a) Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3 (b), l-għażla ta' l-Istat Membru dwar l-intensità tal-kontrolli li għandhom jitwettqu għandha ssir billi jingħata kas b'mod partikolari tal-grad ta' kontaminazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, il-karatteristiċi tal-prodotti imsemmija, ir-riżultati ta' kontrolli preċedenti u ċ-ċertifikati ta' esportazjoni li hemm referenza għalihom f'Artikolu 3.

(b) Mingħajr preġudizzju għal aktar miżuri li għalihom hemm provdut f'Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, meta prodott li joriġina minn pajjiż terz ikun irreġistrat bħala li jaqbeż il-livelli massimi permessi, il-kontrolli għandhom jiġu intensifikati għal dawk il-prodotti kollha ta' l-istess tip li joriġinaw mill-pajjiż terz imsemmi.

3. Il-kontrolli fuq prodotti speċifiċi għandhom jitwettqu bi qbil mar-regoli li ġejjin:

(a) Għal annimali għall-qatla, il-kontrolli għandhom jiġu mwettqa mingħajr preġudizju għar-regoli doganali stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [5] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [6] u dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali. Permess għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal dak l-effett, li l-laħam imsemmi jkun għadda mis-sistema ta' kontrolli u li dawk il-kontrolli urew li l-livelli massimi permessi ma ġewx maqbuża.

(b) Għal prodotti elenkati f'Anness I, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi elenkati f'Anness IV, il-kontrolli dokumentarji għandhom jiġu mwettqa fuq il-bażi ta' ċertifikati ta' l-esportazjoni mimlija kif dovut li hemm referenza għalihom f'Artikolu 3 li jakkumpanjaw kull kunsinna. Kull kunsinna li taqbeż l-10 kg ta' prodotti friski jew l-ekwivalenti tagħhom għandha tkunu soġġetta għal teħid ta' kampjuni u analiżi sistematiċi, billi jingħata l-każ dovut ta' l-informazjoni li tkun tinstab fiċ-ċertifikat ta' l-esportazzjoni. Dawn il-prodotti jistgħu jiġu dikjarati biss għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni f'numru ristrett ta' uffiċċji doganali elenkati f'Anness III.

4. Meta jkun osservat nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodott partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jista’ jeħtieġ li l-prodott importat jiġi meqrud jew li jiġi rritornat lura lejn il-pajjiż ta' oriġini. Fil-każ ta' l-aħħar, għandha tkun imwassla evidenza bil-miktub lill-awtorità doganali li tkun irrifjutat il-ħelsien għal ċirkolazjoni ħielsa, li l-prodott ikun ħallha t-territorju tal-Komunità Ewropea.

5. Għall-prodotti li hemm referenza għalihom f'Artikolu 1(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom biss, jimponu ħlasijiet fuq l-importatur għat-teħdi ta' kampjuni u analiżi tal-prodotti għall-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Għal kunsinni li jaqbżu il-livelli massimi permessi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirkupraw minn dak li jkollu l-ħsieb jimporthom, l-ispejjeż marbuta jew mal-qerda tal-kunsinna jew mar-ritorn tagħha lejn il-pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 2

1. Kull Stat Membru għandu, b'analoġija, japplika Artikolu 8 tad-Direttiva Nru 92/59/KEE biex jgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-każi rreġistrati ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-livelli massimi permessi, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 737/90, jiddikjara l-pajjiż ta' l-oriġini, id-deskrizzjoni u l-grad tal-kontaminazzjoni ta' l-oġġetti, il-mezzi tat-trasport, l-esportatur u d-deċiżjoni meħudha fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija.

2. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korpi assenjati biex iwettqu il-kontrolli.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'każi reġistrati ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi permezz tas-Sistema Mgħaġġla ta' Allarm fil-Komunità imsemmija fid-Direttiva Nru 92/59/KEE.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta' l-esportazjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi elenkati f'Anness IV għandhom jiddikjaraw li l-prodotti li huma jakkompanjaw ikunu konformi mal-livelli massimi permessi stabbiliti f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni għandhom jiġu mimlija billi tintuża formola stampata fuq karta bajda bi qbil mal-mudell f'Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri, id-dettalji li tkun irċeviet dwar l-awtoritajiet awtorizzati joħorġu iċ-ċertifikati ta' l-esportazjoni fil-pajjiżi terzi imsemmija.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KEE) Nru 1983/88 huwa revokat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p. 1.

[2] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 15.

[3] ĠU L 174, tas-6.7.1988, p. 32.

[4] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 24.

[5] ĠU L 302, tat-13.10.1992, p. 1.

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA' PRODOTTI LI GĦALIHOM GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI ID-DISPOSIZZJONIJIET TA' ARTIKOLU 1(3)(b)

KODIĊI NM | |

ex070951 | Faqqiegħ, frisk jew iffriżat, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex07108069 | Faqqiegħ (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex07119060 | Faqqiegħ priservat b'mod proviżorju (per eżempju, b'gass tad-diossidu tas-sulfur, fis-salmura, fl-ilma tas-sulfur jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex07123000 | Faqqiegħ imnixxef, sħiħ, maqtugħ, maqtugħ flieli, miksur jew f'forma ta' trab, iżda mhux imħejji aktar, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex20019050 | Faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew b'aċidu aċetiku, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex20031080 | Faqqiegħ, ippreparat jew priservat b'mod ieħor barra minn bil-ħall jew b'aċidu aċetiku, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

LISTA TA' UFFIĊĊJI DOGANALI LI FIHOM IL-PRODOTTI ELENKATI F'ANNESS I JISTGĦU JKUNU IDDIKJARATI GĦAL ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FIL-KOMUNITÀ EWROPEA

Stat Membru | Uffiċċju Doganali |

| |

Il-BELĠJU | Anvers D.E. - voie maritime Bierset - (Grâce-Hollogne) D.E. - voies aériennes et/ou terrestre Bruxelles D.E. - voie aérienne Zaventem D. - voie aérienne |

ID-DANIMARKA | Kull port u ajruport fid-Danimarka |

IL-ĠERMANJA | Baden-Württemberg | HZA Lörrach - ZA Weil am Rhein-Autobahn HZA Stuttgart - ZA Flughafen |

Bayern | HZA München-Flughafen HZA Hof - ZA Schirnding-Landstraße HZA Weiden - ZA Furth im Wald-Schafberg HZA Weiden - ZA Waldhaus-Autobahn |

Berlin | HZA Berlin-Packhof - ZA Marzahn, Abfertigungsstelle Grossmarkthallen HZA Berlin-Packhof - ZA Tegel-Flughafen |

Brandenburg | HZA Frankfurt (Oder) - ZA Autobahn HZA Cottbus - ZA Forst-Autobahn |

Bremen | HZA - Bremen ZA Neustädter Hafen HZA Bremerhaven - ZA Container-Terminal HZA Bremerhaven - ZA Rotersand |

Hamburg | HZA Hamburg-Freihafen - Abfertigungsstelle HZA Hamburg-Freihafen - ZA Ericus-Abfertigungsstelle Südbahnhof Hamburg-Harburg - ZA Köhkleetdamm HZA Hamburg-Hamburg - St. Annen-ZA Altona HZA Hamburg-Hamburg - St. Annen-ZA Oberelbe HZA Hamburg-Waltershof - Abfertigungsstelle HZA Hamburg-Waltershof - ZA Flughafen |

Hessen | HZA Frankfurt am Main-Flughafen |

Meklenburg-Vorpommern | HZA Neubrandenburg - ZA Pomellen - Grenzkontrollstelle Pomellen HZA Schwerin - ZA Rostock-Seehafen - Grenzkontrollstelle Rostock-Seehafen, HZA Stralsund - ZA Mukran Grenzkontrollstelle Rügen/Mukran Im Flughafen |

Niedersachsen | HZA Lüneburg - Abfertigungsstelle HZA Göttingen - Abfertigungsstelle HZA Hannover - Abfertigungsstelle |

Nordrhein-Westfalen | HZA Dortmund - ZA Ost |

Rheinland-Pfalz | HZA Trier - ZA Idar-Oberstein, Grenzkontrollstelle Flughafen Hahn, Gebäude 401 |

Sachsen | HZA Dresden - ZA Friedrichstadt, Grenzkontrollstelle Dresden/Friedrichstadt (für Eisenbahntransport) HZA Pirna - ZA Zinnwald, Grenzkontrollstelle Zinnwald (für Straßentransport) HZA Löbau - ZA Ludwigsdorf-Autobahn, Grenzkontrollstelle Ludwigsdorf (für Straßentransport) |

Schleswig-Holstein | HZA Kiel - ZA Wik, Grenzkontrollstelle Kiel Ostuferhafe HZA Lübeck - ZA Travemünde Grenzkontrollstelle |

GREĊJA | Αθηνών, Περαιά, Κρατικού Αερολιμένα Αθηνών, Θεơ/νίκης Αρολιένα Μίκρας, Βόλον, Πατρών, Ηρακλείον, Αερολιμένα, Ηρακλείον Κρήτης, Καβάλας, Ιωαννίνων, Νανπλίον |

SPANJA | Algeciras (Puerto), Alicante (Aeropuerto, Puerto), Almería (Aeropuerto, Puerto), Barcelona (Aeropuerto, Puerto), Bilbao (Aeropuerto, Puerto), Cádiz (Puerto), Cartagena (Puerto), Gijón (Aeropuerto, Puerto), Huelva (Puerto), La Coruña-Santiago de Compostela (Aeropuerto, Puerto), Las Palmas de Gran Canaria (Aeropuerto, Puerto), Madrid-Barajas (Aeropuerto), Málaga (Aeropuerto, Puerto), Palma de Mallorca (Aeropuerto), Pasajes-Irún (Aeropuerto, Puerto), Santa Cruz de Tenerife (Aeropuerto, Puerto), Santander (Aeropuerto, Puerto), Sevilla (Aeropuerto, Puerto), Tarragona (Puerto), Valencia (Aeropuerto, Puerto), Vigo-Villagareia (Aeropuerto), Marín (Puerto), Vitoria (Aeropuerto), Zaragoza (Aeropuerto) |

FRANZA | Dunkerque (transport maritime) Lille (transport aérien et terrestre) Marseille (transport aérien, terrestre et maritime) Roissy (transport aérien et terrestre) St Louis/Bâle (transport aérien et terrestre) Strasbourg (transport terrestre) |

L-IRLANDA | L-uffiċċji doganali kollha |

L-ITALJA | Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Trieste Ufficio di Sanità aerea di Torino-Caselle Ufficio di Sanità aerea di Roma - Fiumicino Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Venezia Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Genova Ufficio di Sanità marittima di Livorno Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Ancona Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Brindisi Ufficio di Sanità aerea di Varese - Malpensa Ufficio di Sanità aerea di di Bologna - Panicale Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Bari Posto d'Ispezione frontaliera di Chiasso |

IL-LUSSEMBURGU | Bureau des Douanes et Accises Centre Douanier - Lussemburgu Bureau des Douanes et Accises Lussemburgu-Aéroport - Niederanven |

L-OLANDA | L-uffiċċji doganali kollha |

L-AWSTRIJA | Drasenhofen (Repulik Tschechien) Berg (Slowakische Republik) Nickelsdorf (Republik Ungarn) Heiligenkreuz (Republik Ungarn) Spielfeld (Republik Slownien) Tisis (Schweiz) Wien Flughafen Schwechat |

IL-PORTUGALL | Airports of Lisabon, Porto and faro Ports of Lisbon an Leixões. |

SUOMI-IL-FINLANDJA | Helsinki, Vaalimaa, Niirala, Vartius, Raja-Jooseppi, Utsjoki, Kilpisjärvi |

L-ISVEZJA | Arlanda, Göteborg, Landvetter, Helsingborg, Karlskrona, Stockholm, Ystad, Wallhamn, Varberg |

IR-RENJU UNIT | L-Ajruport Internazzjonali ta' Belfast, il-Port ta' Belfast, il-Port ta' Dover, il-Port ta' Falmouth, il-Port ta' Felixstowe, l-Ajruport ta' Gatwick, il-Port ta' Hull, Port ta' Larne, Port ta' Londra, Port ta' Southampton |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM F'ARTIKOLU 3

L-Albanija

Il-Belarus

Il-Bosnia u Ħerzegovina

Il-Bulgarija

Il-Kroazja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Estonja

L-Ungerija

Il-Latvja

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Il-Moldova

In-Norveġja

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Ir-Russja

Ir-Repubblika Slovakka

L-Islovenja

L-Isvizzera

It-Turkija

L-Ukraina

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja

--------------------------------------------------