31999R1459

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1459/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' organiżmi frieħ tal-baħar

Official Journal L 168 , 03/07/1999 P. 0001 - 0005
CS.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
ET.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
HU.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
LT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
LV.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
MT.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
PL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
SK.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142
SL.ES Chapter 04 Volume 04 P. 138 - 142


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1459/1999

ta' l-24 ta' Ġunju 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' organiżmi frieħ tal-baħar

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) l-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' l-organiżmi frieħ tal-baħar [4] jiddikjara illi l-iktar tard sa sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill irid jiddeċidi, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar il-preskrizzjoni ta' regoli dwar il-kombinazzjoni tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek tas-sajd illi jridu jiġu applikati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(2) sabiex jiġu żgurati l-kontroll effettiv, l-immonitorjar u l-infurzar ta' dan ir-Rgolament għall-użu tal-kombinazzjoni tad-daqsijiet tal-malji tax-xbieki tas-sajd u tal-vjaġġi tal-bastimenti tas-sajd illi jkopru iktar minn reġjun wieħed jew żona ġeografika waħda, l-użu bil-fors tar-reġistru tal-bastiment għandu jiġi estiż biex jinkludi bastimenti tas-sajd li sa issa kienu eżenti minn dan l-obbligu;

(3) għalhekk, l-Artikoli 4 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandhom jiġu rriveduti;

(4) ir-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1) l-Artikolu 4 għandu jittieħed mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Għal kull wieħed mir-reġjuni jew kull waħda miż-żoni ġjografiċi msemmija fl-Annessi I sa V, u jiddependi fejn applikabbli fuq il-perijodu taż-żmien, l-ispeċji tal-ħut immirati għalihom għal kull skala ta' daqs tal-malji tax-xbiek tas-sajd huma kif definiti fl-Anness rilevanti.

2. (a) Huwa ppprojbit l-użu, matul kull vjaġġ għas-sajd, ta' kull kombinazzjoni ta' xbieki rmunkati ta' iktar minn skala waħda tad-daqs tal-malji.

- ġewwa t-totalità tar-Reġjuni l u 2 għajr l-Iskagerrak u l-Kattegat, u jiddependi fejn applikabbli skond il-perijodu taż-żmien, għajr jekk id-daqsijiet tal-malji ta' dawn ix-xbieki użati humiex konformi ma' mhux iktar minn waħda mill-kombinazzjonijiet tal-qisien permessi fl-iskali tad-daqs tal-malji preskritti fl-Anness VIII, u

- ġewwa r-Reġjun 3 għajr fit Taqsima IXa ta' l-ICES fil-lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48″ P għajr jekk id-daqsijiet tal-malji ta' dawn ix-xbieki użati humiex konformi ma' mhux iktar minn waħda mill-kombinazzjonijiet permessi fl-iskali ta' daqsijiet tal-malji preskritti fl-Anness IX.

(b) Ġewwa kull wieħed mir-reġjuni jew kull waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Annessi III, IV, u V, u jiddependi, fejn applikabbli, fuq il-perijodu taż-żmien, għandu jitħalla l-użu, matul kull vjaġġ għas-sajd, ta' kull kombinazzjoni ta' xbieki rmunkati fl-iskali tad-daqs tal-malji speċifikat fl-Anness rilevanti.

(ċ) Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd illi matul kull vjaġġ għas-sajd ma jimlewx reġistru tal-bastiment skond mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 ma għandhomx jużaw matul dan il-vjaġġ l-ebda kombinazzjoni ta' xbieki rmunkati ta' iktar minn skala waħda tad-daqs tal-malji ġewwa l-ibħra tas-sajd Komunitarji. Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għall-vjaġġi għas-sajd ġewwa l-ibħra tal-Komunità fir-Reġjuni 4, 5 u 6.

(d) Matul kull vjaġġ għas-sajd il-bastimenti tas-sajd jistgħu jġorru abbord kull kombinazzjoni ta' xbieki rmunkati bl-iskali ta' daqs tal-malji illi ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet prteskritti fis-sotto-paragrafi (a) jew (b), basta iżda illi dawn ix-xbieki kollha jkunu marbuta u stivati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Kull xibka rmunkata li ma tkunx marbuta u stivata skond id-disposizzjonijiet msemmija iktar 'il fuq għandha tiġi kkunsidrata illi tkun qiegħda tintuża.

(e) Kull meta jkunu qegħdin jiġu rmunkati iktar minn xibka waħda minn bastiment tas-sajd jew minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, kull xibka għandha tkun ta' l-istess skala ta' daqs ta' malji.

(f) L-użu ta' kull xibja rmunkata tad-daqs tal-malji:

- inqas minn 16-il mm għandu jiġi ppprojbit fir-Reġjun 3 għajr fit-Taqsima IXa ta' l-ICES fil-lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48″ P,

- inqas minn 40 mm għandu jiġi pprojbit fit-Taqsima IXa ta' l-ICES fil-lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48″ P,

- inqas minn 20 mm għandu jiġi pprojbit fir-Reġjuni 4 u 5,

- inqas minn 45 mm għandu jiġi pprojbit fir-Reġjun 6.

3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li ma jimlewx reġistru tal-bastiment skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 ma għandhomx, matul kull vjaġġ, jistadu f'iktar minn wieħed mir-reġjuni jew waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Annessi I sa V. Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għall-bastimenti illi, matul kull vjaġġ għas-sajd, jużaw biss xbieki rmunkati bid-daqs tal-malji ugwali għal jew iktar minn 100 mm.

4. (a) Għal kull vjaġġ għas-sajd li matulu jiġu użati kull kombinazzjoni ta' xbieki rmunkati b'iktar minn skala waħda ta' daqs tal-malji, huwa pprojbit it-tniżżil l-art tal-ħut kull meta:

(i) il-qbid tal-ħut isir fir-Reġjuni 1 jew 2 għajr għall-Iskagerrak u l-Kattegat u kull waħda mix-xbieki użati għandha d- daqs tal-malji ugwali għal jew ikbar minn 100 mm, għajr jekk il-komposizzjoni perċentwali tal-qabdiet miżmuma abbord tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti preskritti fl-Anness X(A); jew

(ii) il-qbid meħud mill-Iskagerrak u l-Kattegat u kull waħda mix-xbieki użati għandha l-malji ta' daqs ugwali għal jew ikbar minn 90 mm, għajr jekk il-komposizzjoni perċentwali tal-qabdiet miżmuma abbord tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti preskritti fl-Anness X(B); jew

(iii) il-qbid meħud mir-Reġjun 3 għajr għat-Taqsima IXa ta' l-ICES fil-lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48″ P u kull waħda mix-xbieki użati hija ta' daqs tal-malju ugwali għal jew ikbar minn 70 mm, għajr jekk il-komposizzjoni perċentwali tal-qabdiet miżmuma abbord tikkonforma mal-kondizzjnijiet rilevanti preskritti fl-Anness XI(A); jew

(iv) il-qabda meħuda mit-Taqsima IXa ta' l-ICES fil-lvant tal-lonġitudni 7° 23' 48″ P u kull waħda mix-xbieki użati hija ta' daqs tal-malji ugwali għal jew ikbar minn 55 mm, għajr jekk il-komposizzjoni perċentwali tal-qabdiet miżmuma abbord tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti preskritti fl-Anness XI(B);

(b) Jekk ikun xorta oħra, il-komposizzjoni perċentwali tal-qabdiet meħuda b'kull waħda mill-iskali ta' daqs tal-malji użati, ġewwa kull waħda miż-żoni msemmija fl-Annessi I sa V, u miżmuma abbord għandha tkun skond il-kondizzjonijiet rilevanti preskritti fl-Anness rilevanti.

5. (a) Il-perċentwali ta' l-ispeċji ta' ħut immirati u ta' speċji oħra għandhom jinkisbu bl-aggregazzjoni tal-kwantitajiet miżmuma abbord, jew ittrasferiti għal fuq bastimenti oħra, ta' l-ispeċji ta' ħut immirati u ta' l-ispeċji l-oħra kif iddikjarati fl-Annessi I sa V.

(b) Madankollu, għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 48 regoli dettaljati sabiex tinkiseb il-perċentwali ta' l-ispeċji ta' ħut immirati u ta' speċji oħra miżmuma abbord, meta dawn jinqabdu b'xibka jew bi xbieki rmunkati simultanjament minn iktar minn bastiment wieħed tas-sajd.

6. Qabel il-31 ta' Mejju 2001, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-kondizzjonjiet preskritti f'dan l-Artikolu, fl-Artikolu 15 u fl-Anness rilevanti. Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa. Il-Kunsill għandu jiddeċidi, fuq il-bażi ta' kull proposta minn din, qabel il-31 ta', Ottubru 2001."

(2) L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 15

1. Il-kwantitajiet ta' organiżmi tal-baħar maqbuda in eċċess tal-perċentwali permessi speċifikati fl-Annessi 1 sa VII, X u XI ma jistgħux jitniżżlu l-art imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar qabel kull tniżżil l-art tal-ħut.

2. Fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ għas-sajd, u wara l-għażla tal-qabda tal-ħut, il-perċentwali ta' l-ispeċji tal-ħut immirati kif definiti fl-Annessi I sa VIl miżmuma abbord għandu jkun ta' mill-inqas in-nofs tal-perċentwali minimi ta' l-ispeċji tal-ħut immirati rriferiti fl-Annessi msemmija.

3. Il-kaptani tal-bastimenti illi huma meħtieġa illi jimlew reġsitru tal-bastiment għandhom jiżguraw illi wara li jkunu temmew l-ewwel 24 siegħa tal-vjaġġ tagħhom tas-sajd, għandu jintlaħaq il-perċentwali minimu ta' l-ispeċji tal-ħut immirati kif iddikjarati fl-Annessi I sa VII, X u XI fil-ħin tat tkomplija tal-mili tar-reġistru tal-bastiment, skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

4. Kull meta, matul vjaġġ għas-sajd, bastiment jidħol għall-ewwel darba f'xi wieħed mir-reġjuni jew xi waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Annessi I sa V, il-perċentwali minimu ta' l-ispeċji tal-ħut immirati, kif iddikjarati fl-Annessi I sa VII, X u XI, maqbuda u miżmuma abbord mir-reġjun jew iż-żona ġeografika mistada qabel matul dan il-vjaġġ għandu jintlaħaq fi żmien sagħtejn."

(3) L-Anness X għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"

ANNESS X

A. IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA' ĊERTU KOMBINAZZJONIJIET TAD-DAQSIJIET TAL-MALJI TAX-XBIEKI FIR-REĠJUNI 1 U 2, GĦAJR GĦALL-L-ISKAGERRAK U L-KATTEGAT

1. Kombinazzjonijiet tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 16 sa 31 mm + > = 100 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 50 % ta' kull taħlita ta' gambli u gambli kbar komuni (Pandalus montagui, Crangon spp. u Palaemon spp.).

2. Kombinazzjonijiet tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 32 sa 54 mm + > = 100 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 20 % ta' kull taħlita ta' gambli u gambli kbar (Crangon spp., Pandalus spp., Palaemon spp., Parapenaeus longirostris);

jew

il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 50 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness I bħala l-ispeċji tal-ħut immirati għad-daqsijiet tal-malji tax-xbieki bejn it-32 u l-54 mm, għajr gambli u gambli kbar (Crangon spp., Pandalus spp., Palaemon spp., Parapenaeus longirostris) u mhux iktar minn 15 % ta' kull taħlita ta' l-ipeċji ta' ħut immarkati bis-simbolu "y" fl-Anness I.

3. Kombinazzjoni ta' daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 70 sa 79 mm + > = 100 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 10 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness I bħala l-ispeċji tal-ħut immirati għad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek ta' bejn is-70 u d-79 mm.

4. Kombinazzjonijiet tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 80 sa 99 mm + > = 100 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 50 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness I bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet ta' malji tax-xbiek ta' bejn it-80 u d-99 mm.

B. IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA' ĊERTI KOMBINAZZJONIJIET TA' DAQS TAL-MALJI TAX-XBIEK FL-ISKAGERRAK U L-KATTEGAT

Kombinazzjoni tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek < = 89 mm + > = 90 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 10 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness IV bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet ta' malji ta' bejn is-70 u d-89 mm.

"

4. L-Anness XI għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"

ANNESS XI

A. IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA' ĊERTI KOMBINAZZJONIJET TA' DAQS TAL-MALJI TAX-XBIEK FIR-REĠJUN 3, GĦAJR FIT-TAQSIMA IXa L-ICES FIL-LVANT TAL-LONĠITUDNI 7° 23' 48' W

1. Kombinazzjoni tad-daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 16 sa 31 mm + > = 70 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 40 % ta' kull taħlita ta' gambli (Pandalus montagui, Crangon spp. and Palaemon spp.) u granċijiet li jgħumu ("swimming crab");

jew

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 70 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness II bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet ta' malji tax-xbiek ta' bejn is-16 u l-31 mm, għajr il-gambli (Pandalus montagui, Crangon spp. u Palaemon spp.) u l-ġranċijiet li jgħumu.

2. Kombinazzjoni ta' daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 32 sa 54 mm + > = 70 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 70 % ta' kull taħlita ta' organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness II bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet ta' malji tax-xbiek ta' bejn it-32 u l-54 mm għajr il-gambli u l-gambli kbar (Pandalus spp., Crangon spp. u Palaermon spp.).

3. Kombinazzjoni ta' daqsijiet tal-malji tax-xbiek: 55-59 mm + > = 70 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 20 % ta' kull taħlita ta' gambli u gambli kbar (Pandalus spp., Crangon spp., Palaemon spp., Aristeus antennatus, Aristaeomorpha foliacea, Parapenaeus longirostris);

jew

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 60 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness II bħala l-ispeċji tal-ħut mirati għalihom bid-daqsijiet tal-malji tax-xbiek ta' bejn il-55 u d-59 mm, għajr il-gambli u l-gambli kbar (Pandalus spp., Crangon spp., Palaemon spp., Aristeus antennatus, Aristaeomorpha foliacea, Parapenaeus longirostris).

4. Kombinazzjoni ta' daqsijiet ta' malji tax-xbiek: 60 sa 69 mm + > = 70 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 60 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar kif indikati fl-Anness II bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet tal-malji tax-xbiek ta' bejn is-60 u d-69 mm.

B. IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA' ĊERTI KOMBINAZZJONIJIET TA' DAQSIJIET TAL-MALJI TAX-XBIEK FIT-TAQSIMA IXa TA' L-ICES FIL-LVANT TAL-LONĠITUDNI 7° 23' 48″ W

Kombinazzjoni tad-daqs tal-malji tax-xbiek 40-54mm + > = 55 mm

Il-qabda tal-ħut miżmuma abbord jew imniżżla l-art għandha tikkonsisti f'mill-inqas 50 % ta' kull taħlita ta' dawk l-organiżmi tal-baħar indikati fl-Anness III bħala l-ispeċji tal-ħut immirati bid-daqsijiet tal-malji tax-xbiek ta' bejn l-40 u l-54 mm.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trittin

[1] ĠU C 11, tal-15.1.1999, p. 9.

[2] ĠU C 177, tat-22.6.1999.

[3] ĠU C 138, tat-18.5.1999, p. 23.

[4] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1.

--------------------------------------------------