Official Journal L 167 , 02/07/1999 P. 0022 - 0026
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/1999 ta’ l-1 ta’ Lulju 1999 li jesiġi in-normi tal-marketing għall-bżar ħelu IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 t’Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu, (1) Billi bżar ħelu huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 bħala prodotti li dwarhom normi għandhom ikunu adottati; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 79/88 tat-13 ta’ Jannar 1988 jesiġi in-normi tal-kwalità tal-ħass, indivja bil-weraq mibrum, indivja bil-weraq wiesgħa (Batavian) u bżar ħelu [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 888/97 [4], kien ġie emendat diversi drabi u m’għadhux aktar jassigura ċarezza legali; (2) Billi, fl-interess taċ-ċarezza, r-regoli dwar bżar ħelu għandhom ikunu separati minn dawk ta’ prodotti oħra permezz tar-Regolament (KEE) Nru 79/88; billi r-regoli f’dak il-każ għandhom għalhekk ikunu miktuba mill-ġdid u l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 79/88 dwar il-bżar ħelu jkun imħassar; billi, għal dak il-għan, għal raġunijiet ta’ trasparenza fis-swieq dinjija, akkont għandu jittieħed tan-normi rakkomandati għal bżar ħelu mill-Grupp tax-Xogħol dwar l-Istandardiżazzjoni ta’ Prodotti li Jitħassru u ta’ Żvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE); (3) Billi l-effetti ta’ dawn in-normi għandhom ikunu li jneħħu prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti mis-suq, iħejju produzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiffaċilita it-relazzjonijiet tal-kummerċ fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġusta, b’hekk jgħinu biex jirrendu l-produzzjoni bi qliegħ akbar; (4) Billi n-normi huma applikabbli fl-istadji kollha tal-kummerċ; billi trasport ma’ tul distanzi kbar, ħażniet għal tul ta’ żmien twil u l-operazjonijiet varji tal-maneġġjar li dwarhom il-prodotti jkunu soġġetti jistgħu jġibu deterjorament minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew it-tħassir tagħhom; billi akkont għandu jittieħed ta’ dak id-deterjorament meta jkunu applikabbli in-normi fl-istadji tal-marketing wara t-tluq tal-oġġetti; (5) Billi l-miżuri li hemm disposizzjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kunsill ta’ Ġestjoni għal Frott u Ħxejjex Friski, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 In-normi tal-marketing jabilita għal bżar ħelu skond il-kodiċi CN 07096010 għandhom ikunu stipulati fl-Anness. In-normi għandhom ikunu applikati fl-istadji kollha tal-marketing permezz tal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2200/96. B’danakollu, fi stadji ta’ wara t-tluq, il-prodotti jistgħu juru, b’relazzjoni mad-disposizzjonijiet tan-normi, nuqqas żgħir ta’ freskezza u nefħa, u tħassir żgħir minnħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li jitħassru. Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 79/88 huwa emendat kif ġej: 1. fit-titolu, "indivja b’weraq mibrum, indivja b’weraq wiesgħa (Batavian) u bżar ħelu" huwa mibdul bi "indivja b’weraq mibrum w indivja b’weraq wiesgħa (Batavian)"; 2. l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej: "In-normi tal-kwalità għall-ħass, indivja bil-weraq mibrum u indivja b’weraq wiesgħa (Batavian) li jidħlu fis-subintestaturi 070511, ex070519 u 07052900 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness.;" 3. L-Anness II huwa mħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-ewwel jum tax-xahar wara dak tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.12.1996, p. 1. [2] ĠU L 100, tas-26.6.1999, p. 80. [3] ĠU L 10, ta’ l-14.1.1988, p. 8. [4] ĠU L 126, tas-17.5.1997, p. 11. -------------------------------------------------- ANNESS NORMI GĦALL-BŻAR ĦELU I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dawn in-normi japplikaw għal bżar ħelu tal-varjetajiet (cultivars) imkabbra minn Capsicum annuum L. li għandhom ikunu fornuti friski lill-konsumatur, bżar ħelu għal proċessar industrijali jkun eskluż. Skond il-għamla tagħhom distinzjoni hija mgħamula għall-erba’ tipi kummerċjali: - bżar ħelu tawwali (bil-ponta), - bżar ħelu kwadru (mingħajr ponta), - bżar ħelu kwadru li jkun ġej bil-ponta (parti ta’ fuq għamla ta’ labra tal-inxir), - bżar ħelu ċatt (bżar tat-tadam). II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDJAW IL-KWALITÀ L-iskop tan-normi huwa li jiddefinixxi l-ħtiġijiet għal bżar ħelu wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar. A. Ħtiġiet minimi Fil-klassijiet kollha, suġġett għal disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu għandu jkun: - intatt, - sod; prodotti li jkunu affettwati bit-tħassir jew deterjorazzjoni hekk li jagħmluhom mhux tajbin għal konsum huma esklużi, - nadif, prattikament ħieles minn kull element barrani - frisk fid-dehra, - prattikament ħieles minn insetti, - prattikament ħieles minn ħsarat ikkawżati mill-insetti, - żviluppat sew, - ħieles mill-ħsarat ikkawżati mill-ġlata, - ħieles minn ħsarat li ma jkunux fiequ, - ħieles minn ħruq tax-xemx (ħlief għall l-ispeċifikazzjonijiet fil-Kapitolu B: Klassifikazzjoni, punt (ii), - b’żokk żgħir imwaħħal, - ħieles minn umdità esterna anormali, - ħieles minn xi rieħa stramba u/jew togħma. L-iżvilupp u l-kundizzjoni ta’ bżar ħelu għandu jkun tali li dawn ikunu jistgħu: - jirreżistu t-trasportar u l-immaneġġjar, u - jiwassal f’kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. B. Klassifikazzjoni Bżar ħelu huma klassifikati f’żewġ klassijiet, definiti hawn taħt: (i) Klassi I Bżar ħelu f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karrasteristiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali f’dak li jirrigwardja żvilupp, għamla u kulur billi jkun ikkunsidrat kemm ikun sar. Għandhom ikunu: - sodi, - prattikament ħielsa minn tbajja. Iz-zokk qasir jista jkun kemm xejn imħassar jew maqtuħ bil-buttun intatt. (ii) Klassi II Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax sabiex ikun inkluż fi Klassi I imma jissodisfa l-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq. Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew basta li l-bżar iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu f’dak li jirrigwardja l-kwalità, iż-żamm tal-kwalità u l-preżentazzjoni: - difetti fil-għamla u l-iżvilupp, - ħruq mix-xemx jew ħsarat żgħar li jkunu fiequ, b’limitu ta’ 2 cm fit-tul tad-difetti jew ta’ għamla tawwalija, u 1 cm2 tat-total tal-wiċċ għal difetti oħra, - xquq irqaq xotti superfiċjali li ma jeċċedux il-tul totali kumulattiv ta’ 3 cm. Jistgħu jkunu anqas iebsa mingħajr ma jidbielu. Iz-zokk żgħir jista jkun imħassar jew maqtuħ. III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-QISIEN Il-qies huwa ddeterminat bid-dijametru tal-ispalla (wiesa’) tal-bżar ħelu. Fil-każ ta’ bżar ħelu ċatt (bżar tat-tadam) it-termini "wiesa’" jfisser id-dijametru massimu tal-qadd Għal bżar ħelu li jkun imkejjel, id-differenza fid-dijametru bejn l-akbar u l-iżgħar bżar ħelu fl-stess paletta ma jistax jeċċedi 20 mm. Il-wisgħa tal-bżar ħelu ma tistax tkun anqas minn: - bżar ħelu tawwali (bil-ponta): 30 mm - bżar ħelu kwadru (ċatt) u bżar ħelu kwardu li jkun ġej għal ponta (parti ta’ fuq f’għamla ta’ labbra tal-inxir): 40 mm - bżar ħelu ċatt (bżar tat-tadam): 55 mm Il-qisien mhumiex obligatorji għal Klassi II, soġġetti għal qisien minimi. Id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq ma japplikawx għal bżar ħelu b’fosdqa rqieqa ta’ tul medju ("tip peperoncini") imkabbar minn varjetajiet partikolari ta’ Capsicum annuum L. var. longum. Dawn għandhom jeċċedu 5 cm fit-tul. IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI Tolleranzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalità u daqs għandhom ikunu permessi għal prodotti li ma jissodissfawx il-ħtiġiet tal-klassi ndikata. A. Tolleranzi fil-kwalità (i) Klassi I 10 % bin-numru jew bil-piż ta’ bżar ħelu li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi, imma li jilħqu dawk tal-klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi. (ii) Klassi II 10 % bin-numru jew bil-piż ta’ bżar ħelu li ma jissodisfa la l-ħtiġiet tal-klassi u l-anqas il-ħtigiet minimi, bl-aċċezzjoni ta’ prodott affettwat bit-tħassir jew b’xi deterjorament ieħor li jgħamluh mhux tajjeb għall-konsum. B. Tolleranzi fid-daqs (i) Klassi I 10 % bin-numru jew bil-piż ta’ bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta’ ± mm inkluż mhux aktar minn 5 % ta’ bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif esiġit. (ii) Klassi II - Bżar ħelu skond id-daqs 10 % bin-numru jew bil-piż ta’ bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta’ ± mm inkluż mhux aktar minn 5 % ta’ bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif esiġit. - Bżar ħelu li ma jkunx skond id-daqs 5 % bin-numru jew bil-piż ta’ bżar ħelu sa 5 mm iżgħar mid-daqs minimu kif stipulat. V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-PREŻENTAZZJONI A. Uniformità Il-kontenut ta’ kull pakkett għandhom ikunu uniformi u jkun fihom bżar ħelu biss tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk bid-daqs) u, fil-każ ta’ Klassi I, li aktarx ikun ta’ l-istess grad ta’ kemm ikun sar u tal-kulur. B’danakollu, taħlita ta’ bżar ħelu ta’ kuluri differenti huwa permess sakemm l-oriġini, it-tip kummerċjali, il-kwalità jew id-daqs (jekk skond id-daqs) ikunu uniformi u li jkun hemm l-istess numru ta’ bżat ħelu ta’ kull kulur. Għall-pakketti ta’ bżar ħelu b’piż minimu ta’ 1 kg, uniformità hija biss meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam mal-oriġini u l-kwalità. Meta jinbiegħu bżar ħelu ta’ kuluri differenti, l-uniformità tal-oriġini mhix meħtieġa. Fil-każ ta’ prodotti skond id-daqs, bżar ħelu tawwali għandu jkun ta’ uniformità suffiċjenti fit-tul. Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakketti għandha tkun rapreżentattiva tal-kontenut kollu. B. Pakketti Il-bżar ħelu għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun imħares kif xieraq. Il-materjal wżat ġewwa l-pakketti għandu jkunu ġdid, nadif u ta’ kwalità tali li tevita xi ħsara esterna jew interna ghall-prodott. L-użu ta’ materjal, partikolarment karta jew timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjoni tan-negozju, basta li l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b’linka jew kolla li ma tkunx tossika. il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani. VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-IMMARKAR Kull pakkett għandu jkollu fuqu dawn il-partikolaritajiet, b’ittri miġbura flimkien fuq l-istess naħa, immarkati b’linka li ma titħassar u li jistgħu jinqraw, u viżibbli minn naħa ta’ barra: A. Identifikazzjoni Min jippakkja u/jew min jibgħat: Isem u ndirizz jew simbolu uffiċjalment maħruġ jew aċċettat. B’danakollu, meta kodiċi (simbolu) tkun użata, il-kliem "ipakkat u/jew minbgħut" (jew abbrevjazjonijiet ekwivalenti) għandhom jitqgħiedu viċin ta’ din il-kodiċi (simbolu). B. Natura tal-prodott - "Bżar ħelu" u l-kulur jew kuluri jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. - It-tip kummerċjali ("tawwali", "kwadru ċatt", "kwadru bil-ponta", "ċatt") jew isem tal-varjetà jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. - "Peperoncini" jew denominazjoni ekwivalenti fejn xieraq. C. Oriġini tal-prodott - Pajjiż tal-oriġini u, jekk iridu, distrett fejn ikun imkabbar jew in-nazzjonalità, ir-reġjun jew l-isem tal-post lokali. D. Speċifikazzjoni kummerċjali - Klassi - Daqs (jekk skond id-daqs) muri bħala dijametri minimi u massimi jew il-marka "mhux skond id-daqs" kif xieraq - Piż nett u numru ta’ unitajiet (mhux obligatorju). E. Marki uffiċċjali ta’ kontroll (mhux obbligatorji) --------------------------------------------------