Official Journal L 160 , 26/06/1999 P. 0018 - 0020
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1253/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1766/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2731/75 li jistabbilixxi l-kwalitajiet standard għall-qamħ komuni, is-segala, ix-xgħir, il-qamħirrum u l-qamħ duru IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tar-Reviżjoni [5], (1) Billi wara r-riformi tas-sena 1992 dwar l-istrateġija agrikola komuni, kien hemm titjib partikolari fil-bilanċi tas-swieq; (2) Billi s-serħan tar-raba' skond is-sistema ta' appoġġ lill-produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba' maħrut introdotti fis-sena 1992 b'żieda mat-tnaqqis fil-prezz ta' l-intevent, kien għen biex il-produzzjoni tinżamm taħt kontroll, filwaqt illi l-kompetittività miżjuda fil-prezzijiet ippermettiet kwanitajiet sinifikanti addizzjonali fiċ-ċereali għalbiex jintużaw fis-suq domestiku, l-aktar bħala għalf għall-annimali. (3) Billi, bla ħsara għaż-żidiet fil-qasam tal-ħlasijiet skond iż-żona bis-sistema ta' assistanza għall-uċuħ tar-raba' maħrut kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' assistanza lill-produtturi ta' ċerti uċuh tar-raba' maħrut [6], sabiex jissaħħaħ mill-ġdid l-effett tar-riforma ta' l-1992, il-kompetittività tal-prezzijiet għandha tiġi msaħħa bi tnaqqis ieħor fil-prezz ta' l-intervent, hekk illi titniżżel f'żewġ stadji għall-livell tax-xibka tas-salvagward; billi l-prezz ta' l-intervent, jekk meħtieġ, għandu jkun bla ħsara għal tnaqqis finali, b'mod partikolari sabiex jiżgura bilanċ aħjar fis-suq; (4) Billi d-disposizzjonijiet tal-kwalità standard ma għadx baqgħalhom aktar relevanza prattika u għandhom, għalhekk, jiġu rtirati; (5) Billi ġaladarba l-prezz tal-lamtu li ma jkunx miċ-ċereali u l-arranġamenti għall-kumpens minn dejjem kienu regolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali, l-aġġustament ta' dawn l-arranġamenti għandu jsegwi l-miżuri meħuda għaċ-ċereali, li bihom il-prezz minimu tal-patata maħsuba għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-patata u l-ħlasijiet lill-produtturi ta' din il-patata għandhom jiġu stabbiliti f'livell ogħla minn dak ekwivalenti għaċ-ċereali, billi jitqiesu l-kwoti tal-produzzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta' kwoti f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [7] issa qegħdin jiġu mnaqqsa; (6) Billi l-kwoti tat-tariffa li jirriżultaw mill-ftehim finalizzati skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kull Att ieħor tal-Kunsill għandhom jiġu miftuħa u amministrati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' regoli dettaljati; (7) Billi, meta titqies l-influwenza tal-prezz fis-suq mondjali fuq il-prezz intern, għandhom jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati, mill-Kummissjoni, il-miżuri meħtieġa għalbiex jiġi stabbilizzat is-suq intern, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 [8] huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 (2) għandu jiġi mibdul b'li ġej: "2. Dan ir-Regolament għandu japplika minkejja l-miżuri provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' assistenza lill-produtturi ta' ċerti wċuh tar-raba' maħrut [9]." 2. L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "Artikolu 3 1. Il-prezz ta' l-intervent għaċ-ċereali bla ħsara għall-intervent għandu jiġi ffissat għal: - 110,25 EUR għal kull tunnellata metrika għas-sena tas-suq 2000/2001, - 101,31 EUR għal kull tunnellata metrika mis-sena tas-suq tal-2001/2002 'il quddiem. Il-prezz ta' l-intervent validu għall-qamħirrum u għall-qamħ tas-sorgu f'Mejju għandu jibqa' validu f'Lulju, Awissu u Settembru ta' l-istess sena. 2. Il-prezz ta' l-intervent għandu jkun bla ħsara għaż-żidiet ta' kull xahar għas-sena kollha tas-suq jew parti minnha. L-ammonti taż-żidiet ta' kull xahar u n-numru tagħhom iridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat. 3. Il-prezz ta' l-intervent għandu jirreferi għall-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa għall-oġġetti kunsinjati lill-maħżen, qabel il-ħatt. Għandu jkun validu għaċ-ċentri kollha Komunitarji ta' l-intervent nominati għall kull tip ta' ċereali. 4. Il-prezzijiet fissati f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu mibdula fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-produzzjoni u tas-swieq skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat. B'mod partikolari għandha tittieħed deċiżjoni dwar it-tnaqqis finali fil-prezz ta' l-intervent li jrid jiġi applikat mill-2002/2003 'il quddiem fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq." 3. L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "Artikolu 8 1. Il-prezz minimu tal-patata maħsuba għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-patata għandu jiġi stabbilit għal: - 194.05 EUR għal kull tunnellata metrika għas-sena tas-suq 2000/2001; - 178, 31 EUR għal kull tunnellata metrika mis-sena tas-suq 2001/2002 'il quddiem. Dan il-prezz japplika għall-kwantità tal-patata kunsinjata fil-fabbrika, li tkun meħtieġa sabiex tagħmel tunnellata metrika ta' lamtu. Trid tittieħed deċiżjoni dwar aktar tnaqqis fil-prezz minimu applikat mis-sena tas-suq 2002/2003 'il quddiem fid-dawl tat-tnaqqis finali fil-prezz ta' l-intervent għaċ-ċereali. 2. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' ħlasijiet lill-produtturi tal-patata maħsuba għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-patata. L-ammont tal-ħlas japplika għall-kwantità tal-patata meħtieġa sabiex tagħmel tunnellata metrika ta' lamtu. Għandha tiġi stabbilita għal: - 98.74 EUR għal kull tunnellata metrika għas-sena tas-suq 2000/2001, - 110.54 EUR għal kull tunnellata metrika mis-sena tas-suq 2001/2002 'il quddiem. L-ammont ta' 110,54 EUR għal kull tunnellata metrika jista' jiġi miżjud mis-sena tas-suq 2002/2003 'il quddiem fid-dawl tat-tnaqqis finali fil-prezz ta' l-intervent għaċ-ċereali. Il-ħlas għandu jsir biss rigward il-kwantità tal-patata koperta b'kuntratt tal-kultivazzjoni bejn il-produttur tal-patata u l-fabbrikant tal-lamtu fil-limiti tal-kwota allokata għal din l-impriża, kif referita fl-Artikolu 2 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta' kwoti f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [*] ĠU L 197, tat-30.7.1994, pġ. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1284/98 (ĠU L. 178, tat- 23.6.1998, pġ. 3).. 3. Il-prezz minimu u l-ħlas għandhom jiġu aġġustati skond il-kontenut tal-lamtu fil-patata. 4. Jekk is-sitwazzjoni fis-suq tal-lamtu tal-patata hekk teħtieġ, il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri approprjati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat. 5. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu wara l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 23." 4. Il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "1. Il-kwoti tat-tariffa għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li jirriżultaw mill-ftehim finalizzati skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kull Att ieħor tal-Kunsill bis-saħħa tat-Trattat, għandhom jiġu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23." 5. L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul b'li ġej: "Artikolu 16 1. Fejn il-kwotazzjonijiet għall-prezzijiet fis-suq dinji għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 jilħqu livell li jħarbat jew jhedded li jħarbat id-disponibbiltà tal-provvista fus-suq tal-Komunità, u fejn din is-sitwazzjoni x'aktarx li tissokta u li teħżien, jitsgħu jittieħdu miżuri approprjati. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu bħala miżuri ta' salvagward fil-każi ta' emerġenza estrema. 2. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23." Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 2731/75 tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi l-kwantitajiet standard għall-qamħ komuni, is-segala, ix-xgħir, il-qamħirrum, u l-qamħ duru [11] huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 3 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Dan ir-Regolament għandu japplika mis-sena tas-suq 2000/2001 'il quddiem. 3. Ir-Regolament (KEE) Nru 2731/75 għandu jissokta japplika f'dak li għandu x'jaqsam mas-snin tas-suq 1998/1999 u 1999/2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Mejju 1999. Għall-Kunsill Il-President K.-H. Funke [1] ĠU C 170, ta' l-4.6.1998, pġ. 1. [2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta’ Mejju 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 284, ta' l-14.9.1998, pġ. 55. [4] ĠU C 93, tas-6.4.1999, pġ. 1. [5] ĠU C 401, tat-22.12.1998, pġ. 3. [6] Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [7] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1284/98 (ĠU L. 178, tat- 23.6.1998, pġ. 3). [8] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/96 (ĠU L. 126, ta' l- 24.5.1996, pġ. 37). [9] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 1. [11] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, pġ. 22. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2594/97 (ĠU L. 351, tat- 23.12.1997, pġ. 10). --------------------------------------------------